2023
Nitħejjew biex Nattendu t-Tempju
Diċembru 2023


“Nitħejjew biex Nattendu t-Tempju,” Liahona, Diċ. 2023.

Messaġġ ta’ Kull Xahar mir-rivista Liahona, Diċembru 2023

Nitħejjew biex Nattendu t-Tempju

Immaġni
nies jimxu lejn it-Tempju ta’ Ogden f’Utah

Ritratt tat-Tempju ta’ Ogden f’Utah minn Mark Brunson

Fit-tempji tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien aħna nistgħu nirċievu patti u ordinanzi għalina nfusna u għall-antenati tagħna. Aħna nattendu t-tempju biex nuru l-imħabba u l-gratitudni tagħna għall-Missier fis-Smewwiet u Ġesù Kristu. Aħna nistgħu nitħejjew biex nattendu t-tempju billi nitgħallmu u ngħixu l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu. Għal aktar informazzjoni dwar it-tempji, ara l-artiklu tas-Sisien tal-Evanġelju “Il-Ħidma tat-tempju” fil-ħarġa ta’ Ottubru 2021 ta’ Liahona.

Immaġni
kliem fuq barra tat-Tempju ta’ Durban fl-Afrika t’Isfel

Ritratt tat-Tempju ta’ Durban fl-Afrika t’Isfel minn Mattew Reier

Id-Dar tal-Mulej

It-Tempji huma msejħin “id-dar tal-Mulej.” Huma postijiet sagri fejn aħna nistgħu nħossu l-Ispirtu ta’ Alla u l-imħabba tiegħu għalina. Huma wkoll postijiet fejn aħna nistgħu nagħmlu patti u nirċievu ordinanzi speċjali li jippreparawna biex ikollna ħajja eterna. (Il-Patti huma wegħdiet sagri bejn Alla u wliedu. ) Mod ieħor biex nibnu ħajja kuntenta hu billi nibnu relazzjoni ma’ Missierna fis-Smewwiet u Ġesù Kristu.

Immaġni
żgħażagħ barra t-Tempju ta’ Guayaquil fl-Ekwador

Ritratt tat-Tempju ta’ Guayaquil fl-Ekwador minn Janae Bingham

Min Jista’ Jattendi t-Tempju?

Membri tal-Knisja jistgħu jagħmlu magħmudijiet għall-mejtin u dan jistgħu jagħmluh mis-sena li huma jagħlqu l-età ta’ 12-il sena. Membru jista’ jirċievi d-dota jekk hu jew hi għandhom minn tal-inqas 18, kien jew kienet membru tal-Knisja għal mill-inqas sena, u jixtiequ li jagħmlu u jwettqu patti tat-tempju (ara Manwal Ġenerali: Inservu fil-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, 27.2,2, ChurchofJesusChrist.org). Raġel u mara li diġà rċevew id-dota tat-tempju jistgħu jsiru ssiġillati (miżżewġin) għall-eternità fit-tempju.

Patti u Ordinanzi

Int se tagħmel patti u tirċievi l-ordinanzi fit-tempju. “Meta nidħlu f’relazzjoni ma’ Alla permezz tal-patti dan jorbotna miegħu b’tali mod li dak kollu relatat mal-ħajja jsir aktar faċli” (Russell M. Nelson, “Negħlbu lid-Dinja u Nsibu s-Serħan,” Liahona, Nov. 2022, 97). Ordinanza hija att fiżiku sagru mwettaq bl-awtorità tas-saċerdozju. L-ordinanzi għandhom tifsira spiritwali profonda. Per eżempju, meta tipparteċipa f’ordinanza, turi lil Alla li inti lest li tirċievi u twettaq il-patti Tiegħu.

Tħejjija Personali

Ħejji lilek innifsek b’mod spiritwali billi ssegwi t-tagħlim ta’ Ġesù Kristu u twettaq il-patti li int għamilt ma’ Alla fil-magħmudija. Int tista’ wkoll tistudja r-riżorsi tal-Knisja, bħall-iskrittura u diskorsi tal-konferenza ġenerali. Temples.ChurchofJesusChrist.org tipprovdi informazzjoni dwar x’għandek tistenna meta tattendi t-tempju. Dan jinkludi wkoll dettalji dwar patti tat-tempju, ordinanzi, u simboliżmu.

Immaġni
Barra mit-Tempju ta’ Nauvoo f’Illinois

Ritratt tat-Tempju ta’ Nauvoo f’Illinois minn Eve Tuft

Simboliżmu

Il-Mulej ħafna spiss jgħallimna permezz tas-simboli. Per eżempju, magħmudija—tinżel taħt l-ilma u terġa’ titla’ ’l fuq—huwa bħal meta jmut il-bniedem il-qadim fik u jerġa’ jitwieled wieħed ġdid mill-ġdid (ara Rumani 6:3–6). L-ordinanzi tat-tempju jidderiġuk lejn Ġesù Kristu u l-Espjazzjoni Tiegħu. Tista’ tkun diffiċli biex tifhem is-simboliżmu l-ewwel darba li tattendi t-tempju, imma tista’ tkompli tigħallem hekk kif tirritorna lejn it-tempju matul ħajtek.

Rakkomandazzjoni tat-Tempju

Biex tidħol fit-tempju, trid tkun ippreparat u denn. Int tista’ tirċievi rakkomandazzjoni biex tidħol it-tempju wara intervista mal-isqof tiegħek jew mal-president tal-fergħa u mal-president tal-wited jew tal-missjoni. Dawn il-mexxejja se jistaqsu sett ta’ mistoqsijiet biex ikunu ċerti li qed tgħix il-ħajja tal-evanġelju ta’ Ġesù Kristu. Il-mexxejja tiegħek jistgħu jkellmuk dwar dawn il-mistoqsijiet qabel iż-żmien.

Tirritorna fit-Tempju għall-Antenati Tiegħek

Il-Missier fis-Smewwiet irid lil uliedu kollha biex jagħmlu patti miegħu u jirċievu ordinanzi sagri. Dawn l-ordinanzi, bħal magħmudija u d-dota, iridu jsiru fit-tempji għal dawk li ħallewna mingħajr ma rċevew l-evanġelju. Int tista’ tirritorna lejn it-tempju biex tagħmel l-ordinanzi għall-membri tal-familja tiegħek li ħallewna.

Ipprintja