2023
Il-Mejtin Se Jidhru quddiem Alla
Diċembru 2023


“Il-Mejtin Se Jidhru quddiem Alla,” Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ, Diċ. 2023.

Messaġġ ta’ Kull Xahar mir-rivista Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ, Diċembru 2023

Il-Mejtin Se Jidhru quddiem Alla

Fir-rivelazzjoni tiegħu, Ġwanni ra l-Aħħar Ġudizzju

Immaġni
Ġesù Kristu

Hu Jerġa’ Jiġi biex Jaħkem u Jsaltan, Minn Mary Sauer

il-mejtin, żgħar u kbar, jidhru quddiem Alla

Il-qawwa tal-Qawmien mill-imwiet ta’ Ġesù Kristu ġġib magħha lin-nies kollha fil-preżenza ta’ Alla biex jiġu ġġudikati (ara Alma 11:42–44; 33:22; 40:21; Ħilaman 14:15–17; Mormon 9:13–14).

il-kotba nfetħu

Dawn il-kotba jirrapreżentaw rekords miżmuma fuq l-art ta’ dak li għamlu n-nies fid-dinja biex jimxu wara l-patt (ara Doctrine and Covenants 128:7).

il-ktieb tal-ħajja

“F’sens wieħed il-Ktieb tal-Ħajja huwa t-total tal-ħsibijiet u l-għemejjel ta’ persuna—ir-rekord ta’ ħajjitha. Madanakollu, l-iskrittura tindika wkoll li fis-smewwiet jinżamm rekord tal-fidili, inkluż isimhom u r-rakkont tal-għemejjel ġusti tagħhom” (Guide to the Scriptures, “Book of Life,” scriptures.ChurchofJesusChrist.org).

iġġudikat

Il-Ġudizzju Finali jiġi wara li n-nies iqumu mill-mewt. Ġesù Kristu se jkun l-Imħallef ta’ kull persuna. Il-ġudizzju se jiddetermina l-glorja eterna li kull persuna se jirċievi. (Ara Guide to the Scriptures, “Judgment, the Last,” scriptures.ChurchofJesusChrist.org; Alma 41:3–5; Doctrine and Covenants 88:26–32.)

skont għemilhom

Kull persuna se tiġi ġġudikata fuq dak li għamlet u fuq dak li xtaqet (ara Doctrine and Covenants 137:9). Huma se jkunu ġġudikati fuq jekk kinux ubbidjenti għall-kmandamenti ta’ Alla u jekk aġixxewx f’armonija ma’ kwalunkwe dawl u verità li rċevew f’din il-ħajja.

Ipprintja