2023
It-triq tal-konverżjoni personali lejn is-Salvatur
Diċembru 2023


Messaġġ mit-Tmexxija tar-Reġjun

It-triq tal-konverżjoni personali lejn is-Salvatur

Fil-ktieb ta’ Mattew mit-Testment il-Ġdid, meta s-Salvatur jistieden lil Pietru biex jimxi fuq l-ilma, Pietru, bix-xewqa intensa tiegħu li jimxi warajh, jiċħad il-protezzjoni kollha li kienet qed toffrilu d-dgħajsa u minnufih jaqbeż fl-ilma. Għal xi mumenti, b’mod mirakoluż, huwa jimxi fuq l-ilma lejn is-Salvatur, iżda hekk kif il-maltempata tiqliel u l-irjieħ jibdew ivenvnu, il-fidi tiegħu tiddgħajjef u ħabat se jegħreq, filwaqt li b’għajta jsejjaħ lill-Mulej: “Salvani, Mulej!” Is-Salvatur, propju f’dak il-mument, medd idu u, filwaqt li jaħfen lil Pietru, jgħid: “Bniedem ta’ fidi żgħira! Għaliex iddubitajt?”1.

Il-lezzjoni kbira li ħa Pietru tgħallimna li l-konverżjoni ma tasalx mill-avveniment innifsu, iżda minn proċess li jdum matul il-vjaġġ kollu fuq din l-art. Il-proċess ta’ konverżjoni jinkludi l-eżerċizzju tal-fidi f’Ġesù Kristu, l-indiema ta’ kuljum, li nitgħammdu, li nirċievu l-Ispirtu s-Santu, u li nibqgħu sħaħ sal-aħħar. It-triq tal-patt huwa parti minn dan il-vjaġġ ta’ reżistenza sal-aħħar. Meta nibqgħu fuq din it-triq, aħna nistinkaw biex insiru iktar bħal Kristu u nċedu “il-bniedem naturali” tagħna. Is-Sultan Benjamin fil-Ktieb ta’ Mormon jiddeskrivi b’mod perfett parti minn dan il-proċess meta stedinna biex ninżgħu minn fuqna l-bniedem naturali, u b’hekk jgħallimna duttrina importanti dwar il-konverżjoni:

“Għax il‑bniedem naturali hu għadu ta’ Alla, u ilu hekk mill‑waqgħa ta’ Adam, u hekk se jibqa’, għal dejjem ta’ dejjem, sakemm hu ma jissottomettix ruħu għat‑tħajjir tal‑Ispirtu s‑Santu, u jinża’ minn fuqu l‑bniedem naturali u jsir qaddis permezz tal‑espjazzjoni ta’ Kristu l‑Mulej, u jsir bħat‑tfal, sottomess, ta’ qalb ħelwa, umli, kollu sabar, mimli mħabba, lest li jissottometti ruħu għal dak kollu li lest jgħabbih bih il‑Mulej, sewwasew kif tifel ċkejken jissottometti ruħu għal missieru”2.

Dan il-vers mill-iskrittura jagħti deskrizzjoni ċara tal-proċess tal-konverżjoni: minħabba l-istat li ninsabu fih tal-waqgħa, it-tendenza naturali tagħna hi li mmorru kontra l-ħwejjeġ tal-Ispirtu, u għalhekk il-vera konverżjoni tibda meta aħna nissottmettu ruħna għas-suġġerimenti tal-Ispirtu s-Santu; imbagħad jiġi l-proċess tal-qdusija permezz tal-Espjazzjoni ta’ Kristu. L-attributi deskritti mill-profeta Benjamin, bħas-sottomissjoni, li nkunu ta’ qalb ħelwa, l-umiltà, is-sabar, u li nkunu mimlija mħabba, huma l-frott ta’ konverżjoni vera.

Rigward li nkunu ta’ qalb ħelwa, il-Presbiteru Bednar għallem dan li ġej: “L-attribut li jiddefinixxi lill-Feddej huwa l-qalb ħelwa tiegħu, u din hija distnta mill-karratteristika ta’ respons ġust, rieda għas-sottomissjoni, u kontroll personali qawwi”3.

Meta nikkonvertu tassew, aħna minnufih naċċettaw li nagħmlu r-ridea ta’ Missierna fis-Smewwiet. Għalkemm ħafna drabi dan ifisser li titfa lilek innifsek f’baħar skonoxxut u mqalleb, il-provi u l-isfidi tal-ħajja jgħinuna nkattru l-fidi tagħna f’Ġesù Kristu meta nkunu fit-triq tal-patt. Li nżommu l-patti u li nżidu l-għerf tagħna permezz tal-istudju u r-rivelazzjoni li nirċievu personalment huma elementi kruċjali tal-proċess.

Il-President Russell M. Nelson għallimna li “Is-Salvatur u Feddej tagħna, Ġesù Kristu, se jwettaq uħud mill-aqwa ħidmiet Tiegħu bejn issa u meta Hu jerġa’ jiġi. Aħna se naraw indikazzjonijiet mirakolużi li Alla l-Missier u Ibnu, Ġesù Kristu, jippresedu fuq din il-Knisja fil-maestà u l-glorja. Iżda fil-jiem li ġejjin, mhuwies se jkun possibbli li wieħed jissopravivi spiritwalment mingħajr il-gwida, id-direzzjoni, il-faraġ, u l-influwenza kostanti tal-Ispirtu s-Santu”4.

L-istess bħall-esperjenza ta’ Pietru u l-appostli l-oħrajn fuq id-dgħajsa, aħna nistgħu nesperjenzaw il-qawwa li nimxu wara Ġesù Kristu bil-fidi billi ninxteħtu fl-ilmijiet tiegħu bla biża’, mingħajr l-ebda biża’ li negħrqu, għaliex l-ilmijiet tiegħu huma s-sors tal-ħajja eterna. Bħalma ddikjara s-Salmista: “[…] Ħdejn l-ilma, fejn nistrieħ, jeħodni”5.

Jien nistedinkom biex tagħmlu l-ħajja personali kuljum proċess ta’ konverżjoni lejn is-Salvatur u Missierna fis-Smewwiet.

Noti

  1. Mattew 14:29–31.

  2. Mosija 3:19.

  3. David A. Bednar, Ta’ Qalb Ħelwa u Umli, Konferenza Ġenerali, April 2018.

  4. Pres. Russel M. Nelson, Rivelazzjoni għall-Knisja, rivelazzjoni għal ħajjitna, Konferenza Ġenerali, April 2018.

  5. Salmi 23:2.

Ipprintja