“2. Nissapportjaw Individwi u Familji fil-Ħidma tas-Salvazzjoni u Eżaltazzjoni,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali (2023).
“2. Nissapportjaw Individwi u Familji,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali
2.
Nissapportjaw Individwi u Familji fil-Ħidma tas-Salvazzjoni u Eżaltazzjoni
2.0
Introduzzjoni
Bħala mexxej fil-Knisja ta’ Ġesù Kristu, int tissapportja individwi u familji biex iwettqu x-xogħol tas-salvazzjoni u eżaltazzjoni ta’ Alla (ara 1.2). L-għan aħħari ta’ dan ix-xogħol huwa li tgħin lill-ulied kollha ta’ Alla jirċievu l-barkiet tal-ħajja eterna u l-milja ta’ ferħ.
Ħafna mix-xogħol ta’ salvazzjoni u eżaltazzjoni huwa mwettaq fil-familja. Għal membri kollha tal-Knisja, dan ix-xogħol huwa ċċentrat fid-dar.
2.1
L-Irwol tal-familja fil-Pjan ta’ Alla
Bħala parti mill-pjan tiegħu, Missier fis-Smewwiet stabbilixxa familji fid-dinja. L-intenzjoni tiegħu hi li l-familji jġibulna l-ferħ. Il-familji jipprovdu opportunitajiet biex jitgħallmu, jikbru, iservu, jindmu, u jaħfru. Huma jistgħu jgħinuna nitħejjew għall-ħajja eterna.
Il-wegħda ta’ Alla tal-ħajja eterna tinkludi żwieġ etern, ulied, u l-barkiet l-oħrajn kollha tal-familja eterna. Din il-wegħda tapplika għal dawk li mhumiex preżentament miżżewġin jew huma mingħajr familja fil-Knisja.
2.1.1
Familji Eterni
Familji eterni jiġu ffurmati meta membri tal-Knisja jagħmlu patti hekk kif jirċievu l-ordinanzi tas-siġill fit-tempju. Il-barkiet tal-familja eterna jiġu rrealizzati hekk kif il-membri jżommu dawk il-patti u jindmu meta jonqsu. Mexxejja tal-Knisja jgħinu lil membri jippreparaw biex jirċievu dawn l-ordinanzi u jonoraw il-patti tagħhom.
Aspett addizzjonali ta’ kif nistabbilixxu famili eterni hu billi nwettqu ordinanzi fit-tempju li jippermettu membri jiġu ssiġillati mal-antenati li ħallew din id-dinja.
2.1.2
Raġel u Mara Miżżewġin
Żwieġ bejn raġel u mara hu ordnat minn Alla (ara Duttrina u Patti 49:15). Raġel u mara miżżewġin huma intenzjonati li jipprogressaw flimkien lejn ħajja eterna (ara 1 Korintin 11:11).
Wieħed mir-rekwiżiti biex tikseb ħajja eterna huwa li mara u raġel jidħlu f’patt ta’ żwieġ ċelestjali (ara Duttrina u Patti 131:1-4). Koppja tagħmel dan il-patt meta huma jirċievu ordinanza tas-siġill taż-żwieġ fit-tempju. Dan il-patt huwa l-fundament ta’ familja eterna. Meta miżmuma fedelment, tippermetti li ż-żwieġ tagħhom iwassal għal dejjem.
Intimità fiżika bejn raġel u mara miżżewġin hija intenzjonata li tkun sabiħa u sagra. Dan huwa ordnat minn Alla għall-ħolqien tal-ulied u għall-espressjoni ta’ mħabba bejn raġel u mara miżżewġin. Ħlewwa u rispett—mhux egoiżmu—għandhom jiggwidawh il-ħajja intima tagħhom.
Alla ordna li l-intimità sesswali għandha tiġi riservata għal żwieġ bejn raġel u mara.
Raġel u mara miżżewġin huma ugwali f’għajnejn Alla. Wieħed m’għandux jiddomina lill-ieħor. Id-deċiżżjonijiet għandhom jiġu magħmula f’unità u mħabba, bil-parteċipazzjoni sħiħa tat-tnejn.
2.1.3
Ġenituri u Wlied
Il-profeti tal-aħħar żmien għallmu li “il-kmandament ta’ Alla għal uliedu li jitkattru u jimlew id-dinja għadu jgħodd” (“Il-Familja: Proklamazzjoni lid-Dinja”; ara wkoll Duttrina u Patti 49:16–17).
Raġel u martu li jinħabbu flimkien jipprovdu ambjent biex irabbu u jrawmu lill-ulied. Ċirkustanzi individwali jafu jipprevenu ġenituri milli jrabbu lil uliedhom flimkien. Madankollu, il-Mulej iberikom hekk kif huma jfittxu l-għajnuna tiegħu u jistinkaw biex iżommu l-patti miegħu.
Il-ġenituri għandhom ir-responsabbiltà essenzjali li jgħinu lil uliedhom jitħejjew ħalli jirċievu l-barkiet ta’ ħajja eterna. Jgħallmu lil uliedhom biex iħobbu u jaqdu lil Alla u lil oħrajn (ara Mattew 22:36-40 ).
“Il-missirijiet għandhom jippresedu fil-familji tagħhom b’imħabba u bis-sewwa u huma responsabbli li jipprovdu l-bżonnijiet tal-ħajja u l-protezzjoni għall-familji tagħhom” (“Il-Familja: Proklamazzjoni lid-Dinja”). Meta ma jkunx hemm missier fid-dar, l-omm tippresedi fil-familja.
Li nippresedu fil-familja hija r-responsabbiltà biex ngħinu niggwidaw membri tal-familja ħallu jgħammru mill-ġdid fil-preżenza ta’ Alla. Dan nagħmluh billi nservu u ngħallmu bi ħlewwa, tjubija, u mħabba pura, fuq l-eżempju ta’ Ġesù Kristu (ara Mattew 20:26-28). Nippresedu fil-familja tinkludi li niggwidaw membri tal-familja f’talb regolari, studju tal-bibbja, u aspetti oħrajn ta’ qima. Il-ġenituri jaħdmu f’unità biex jissodisfaw dawn ir-responsabbiltajiet.
“L-ommijiet huma primarjament responsabbli biex irawmu lil uliedhom” (“Il-Familja: Proklamazzjoni lid-Dinja”). Li trawwem tfisser li titma’, tgħallem, u toffri sapport, billi timxi wara l-eżempju tas-Salvatur (ara 3 Nefi 10:4). F’unità ma’ żewġha, omm tgħin lill-familja tagħha titgħallem veritajiet tal-evanġelju u tiżviluppa tama fil-Missier fis-Smewwiet u Ġesù Kristu. Flimkien huma jrawmu ambjent ta’ mħabba fil-familja.
“F’dawn ir-responsabbiltajiet sagri, missirijiet u ommijiet huma obbligati biex jgħinu lil xulxin bħala msieħba ugwali” (“Il-Familja: Proklamazzjoni lid-Dinja”). Permezz tat-talb jieħdu parir mingħand xulxin u mingħand il-Mulej. Huma jagħmlu deċiżjonijiet flimkien f’unità u mħabba, b’parteċipazzjoni sħiħa tat-tnejn.
2.2
Il-Ħidma tas-Salvazzjoni u l-Eżaltazzjoni fid-Dar
L-Ewwel Presidenza qalet, “Id-dar hija l-bażi ta’ ħajja ġusta” (Ittra tal-Ewwel Presidenza, 11 ta’ Frar, 1999).
Biex tissapportja membri biex jagħmlu xogħol ta’ salvazzjoni u eżaltazzjoni fid-dar, mexxejja tal-Knisja jħeġġuhom biex jistabbilixxu dar fejn l-Ispirtu hu preżenti. Huma jħeġġu wkoll membri biex jonoraw il-jum tal-Mulej, studju u tagħlim tal-evanġelju fid-dar, u jagħmlu lejla d-dar ta’ kull ġimgħa.
2.2.3
Studju u Tagħlim tal-Evanġelju fid-Dar
Li nitgħallmu u ngħallmu l-Evanġelju huma ċċentrati madwar id-dar u ssapportjati mill-Knisja. Mexxejja tal-Knisja jinkoraġixxu lill-membri kollha biex jistudjaw l-evanġelju d-dar fil-jum tal-Mulej u matul il-ġimgħa.
Studju tal-iskrittura kif spjegat f’Ejja, Imxi Warajja—Għall-Individwi u l-Familji huwa l-kors issuġġerut għall-istudju fid-dar.
2.2.4
Lejla d-Dar u Attivitajiet Oħra
Profeti tal-aħħar żmien taw parir lill-membri tal-Knisja biex jagħmlu lejla d-dar ta’ kull ġimgħa. Dan huwa ħin sagru għall-individwi u l-familji biex jitgħallmu l-evanġelju, isaħħu testimonjanzi, jibnu unità, u jgawdu lil xulxin.
Lejla d-dar hija flessibbli skont iċ-ċirkustanzi tal-membri. Jaf tiġi organizzata f’jum il-Mulej jew fi ġranet u ħinijiet oħrajn. Din jaf tinkludi:
-
Studju tal-evanġelju u istruzzjoni (l-Ejja, Imxi Warajja materjali jistgħu jintużaw kif mixtieqa).
-
Naqdu lill-oħrajn.
-
Inkantaw jew indoqqu innijiet u għanjiet tal-Primarja (ara kapitlu 19).
-
Nissapportjaw membri tal-familja fl-iżvilupp tat-Tfal u ż-Żgħażagħ.
-
Kunsill tal-familja biex jitfasslu għanijiet, issolvi problemi, u tikkoordina skedi.
-
Attivitajiet rikreattivi.
Membri single u oħrajn jistgħu jiltaqgħu fi gruppi lil hinn mis-servizzi normali ta’ Jum il-Mulej biex jipparteċipaw f’lejla d-dar u jqawwu lil xulxin permezz tal-istudju tal-evanġelju.
2.2.5
Nissapportjaw l-Individwi
Mexxejja tal-Knisja jassistu membri li għandhom nuqqas ta’ sapport mill-familja.
Mexxejja li jgħinu lil dawn il-membri u lill-familji tagħhom għandhom opportunitajiet għal sħubija, esperjenzi soċjali b’saħħithom, u tkabbir spiritwali.
2.3
Ir-Relazzjoni bejn id-Dar u l-Knisja
Il-Ħidma tas-Salvazzjoni u l-Eżaltazzjoni hija ċċentrata fid-dar u ssapportjata mill-Knisja. Il-prinċipji li ġejjin japplikaw fir-relazzjoni bejn id-dar u l-Knisja.
-
Mexxejja u għalliema jonoraw l-irwol tal-ġenituri u jassistuhom.
-
Xi laqgħat tal-Knisja huma essenzjali f’kull qasam jew fergħa. Dawn jinkludu laqgħa tas-sagrament u l-klassijiet u l-laqgħat tal-kworum li jsiru f’Jum il-Mulej. Ħafna laqgħat oħrajn, attivitajiet, u programmi mhumiex essenzjali.
-
Servizzi tal-Knisja u parteċipazzjoni jinvolvu miżura ta’ sagrifiċċju. Il-Mulej ibierek lill-membri hekk kif iservu u jagħmlu sagrifiċċju fil-Knisja tiegħu. Madankollu, l-ammont ta’ ħin mogħti lis-servizzi tal-Knisja m’għandux inaqqas mill-abbiltà tal-membri biex jaqdu r-responsabbiltajiet tagħhom fid-dar, fuq ix-xogħol, u band’oħra.