“4. Tmexxija u Kunsilli fil-Knisja ta’ Ġesù Kristu,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali (2023).
“4. Tmexxija u Kunsilli fil-Knisja ta’ Ġesù Kristu,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali
4.
Tmexxija u Kunsilli fil-Knisja ta’ Ġesù Kristu
4.0
Introduzzjoni
Bħala mexxej fil-Knsija, int ġejt imsejjaħ bl-ispirazzjoni permezz tal-qaddejja awtorizzati tal-Mulej. Int għandek il-privileġġ li tassisti fil-ħidma tal-Missier fis-Smewwiet billi “ġġib fis-seħħ l-immortalità u l-ħajja eterna tal-bniedem” (Mosè 1:39).
4.2
Prinċipji dwar Tmexxija fil-Knisja
Tul il-ministeru tiegħu fid-dinja, is-Salvatur ħallielna l-eżempju ta’ tmexxija għall-Knisja tiegħu. L-għan ewlieni tiegħu kien li jwettaq ix-xewqa ta’ Missieru fis-Smewwiet u jgħin lill-oħrajn jifhmu u jgħixu l-Evanġelju tiegħu (ara Ġwanni 5:30; Mosija 15:7).
Fittex il-gwida ta’ Alla biex tgħinek titgħallem u taqdi d-dmirijiet li msejjaħ twettaq.
4.2.1
Ħejji Lilek Innifsek Spiritwalment
Ġesù pprepara lilu nnifsu spiritwalment għall-missjoni tiegħu fid-dinja (ara Luqa 4:1-2). Bl-istess mod int pprepara ruħek spiritwalment billi tersaq qrib il-Missier fis-Smewwiet permezz tat-talb, tal-istudju tal-iskrittura, u tal-ubbidjenza tal-kmandamenti tiegħu.
Fittex rivelazzjoni biex tifhem il-bżonnijiet ta’ dawk li tmexxi u kif se tissodisfa x-xogħol li Alla sejjaħlek biex tagħmel.
Il-Mulej wiegħed ukoll doni spiritwali lil dawk li jfittxuhom (ara Duttrina u Patti 46:8).
4.2.2
Imministra lill-Ulied Kollha ta’ Alla
Ħobb lin-nies li sservi kif għamel Ġesù. Itlob “bl-enerġija kollha ta’ qalbek” biex timtela b’imħabbtu (Moroni 7:48).
Għin individwi japprofondixxu l-konverżjoni u jsaħħu l-fidi tagħhom fil-Missier tas-Smewwiet u f’Ġesù Kristu. Għinhom jippreparaw biex jagħmlu patti hekk kif jirċievu l-ordinanza tagħhom li jmiss. Inkoraġġihom biex iżommu l-patti li jkunu għamlu u jieħdu sehem fil-barkiet ta’ ndiema.
4.2.3
Għallem l-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu
Il-mexxejja kollha huma għalliema. Stinka biex timxi wara l-eżempju tas-Salvatur bħala għalliem (ara kapitlu 17; Ngħallmu bil-Mod tas-Salvatur). Permezz ta’ kliemek u l-azzjonijiet tiegħek, għallem id-duttrina ta’ Ġesù Kristu u l-prinċipji tal-Evanġelju tiegħu (ara 3, Nefi 11:32-33; Duttrina u Patti 42:12–14).
Għallem mill-iskrittura u minn kliem il-profeti tal-aħħar jiem (ara Duttrina u Patti 52:9).
Jekk int imsejjaħ jew assenjat biex tippresedi f’laqgħa tal-Knisja jew attività, agħmel ċert li t-tagħlim huwa edifikanti u korrett skont id-duttrina (ara Duttrina u Patti 50:21-23).
4.2.4
Ippresedi fis-Sewwa
Kull uffiċjal li jippresedi jservi taħt id-direzzjoni ta’ persuna li tħaddan l-imfietaħ tas-saċerdozju (ara 3.4.1). Din l-istruttura tipprovdi ordni u linji ċari ta’ responsabbiltà u kontabilità fil-ħidma tax-xogħol tal-Mulej.
Uffiċjal li jippresedi jaf jiddelega lil persuna oħra essajment temporanju biex jippresedi.
Mexxej li jippresedi f’organizzazzjoni tal-Knisja, laqgħa, jew attività jagħmel ċert li l-għanijiet tal-Mulej ikunu milħuqa. Permezz ta’ dan, il-mexxej isegwi prinċipji tal-evanġelju, polisis tal-Knisja, u d-direzzjoni tal-Ispirtu s-Santu.
Sejħa jew essajment biex tippresedi ma tagħmilx lill-persuna li tirċieviha aktar importanti jew stmata minn oħrajn (ara Duttrina u Patti 84:109–10).
Mhux xieraq li taspira biex tippresedi fi kwalunkwe organizzazzjoni fil-Knisja tal-Mulej (ara Duttrina u Patti 121:34–37).
4.2.5
Iddelega r-Responsabbiltà u Assigura l-Kontabilità
Is-Salvatur ta lid-dixxipli tiegħu essajments u responsabbiltajiet sinifikanti (ara Luqa 10:1). Hu tahom opportunità biex jagħtu kont tax-xogħol li kienu mogħtija biex jagħmlu (ara Luqa 9:10).
Bħala mexxej, int tista’ tgħin lill-oħrajn jikbru billi tiddelega essajments lilhom. Stinka biex tinvolvi l-membri kollha biex iwettqu l-ħidma ta’ Alla.
Li tiddelega jgħinek sabiex toffri s-servizz tiegħek b’mod aktar effettiv. Fittex il-gwida tal-Ispirtu dwar x’għandek tiddelega biex tkun tista’ tiffoka fuq l-ogħla prijoritajiet.
4.2.6
Ħejji lil Oħrajn biex Ikunu Mexxejja u Għalliema
Meta tikkunsidra min jista’ jservi fis-sejħiet jew essajments tal-Knisja, irrikorri għat-talb. Ftakar li l-Mulej jikkwalifika lil dawk li jsejjaħ. Li hu veru importanti hu li dawk li huma lesti li jservu, ifittxu b’umiltà l-għajnuna tal-Mulej, u jistinkaw biex ikunu denji.
4.2.7
Ippjana Laqgħat, Lezzjonijiet, u Attivitajiet b’Għanijiet Ċari
Fittex il-gwida tal-Ispirtu fl-ippjanar tal-laqgħat, lezzjonijiet, u attivitajiet li jkollhom għanijiet ċari. Dawn l-għanijiet għandhom isaħħu invidiwi u familji, iressquhom eqreb lejn Kristu, u jgħinuhom jilħqu l-ħidma ta’ Alla għas-salvazzjoni u eżaltazzjoni (ara kapitlu 1 u 2).
4.2.8
Nevalwaw l-Isforzi Tiegħek
Irrevedi regolarment ir-responsabbiltajiet u t-tkabbir spiritwali tiegħek bħala mexxej. Ikkunsidra wkoll it-tkabbir ta’ dawk li tmexxi.
Is-suċċess tiegħek bħala mexxej huwa mkejjel primarjament bl-impenn tiegħek biex tgħin lil ulied Alla jsiru dixxipli fidili ta’ Ġesù Kristu. Int tista’ tkun taf li l-Mulej huwa kuntent bl-isforzi tiegħek għax tħoss l-Ispirtu jaħdem fik.
4.3
Kunsilli fil-Knisja
Il-Mulej ordna lill-mexxejja tal-Knisja tiegħu biex jagħtu pariri lil xulxin waqt li jagħmlu xogħlu (ara Duttrina u Patti 41:2–3). Il-kunsilli jipprovdu opportunitajiet għall-membri tal-kunsill biex jirċievu rivelazzjoni hekk kif ifittxu li jifhmu l-bżonnijiet ta’ ulied Alla u jippjanaw kif se jilħquhom.
4.4
Prinċipji ta’ Kunsilli Effettivi
4.4.1
Għanijiet tal-Kunsilli
Il-Kunsilli joffru enfażi speċjali biex jgħinu lil membri jirċievu ordinanzi u jżommu l-patti assoċjati.
4.4.2
Tħejjija għal-Laqgħat tal-Kunsilli
Presidenzi u kunsilli huma mistennija li jiltaqgħu regolarment. Dawn il-mexxejja jfittxu l-gwida tal-Mulej fl-ippjanar tal-laqgħat tal-kunsill. Huma jfittxu wkoll rakkomandazzjonijiet mill-membri tal-kunsill biex jiddeċiedu x’se jiddiskutu.
Il-mexxejja jinfurmaw minn qabel lill-membi tal-kunsill dwar x’materjali se jiġu diskussi. Membri tal-kunsill jippreparaw biex jaqsmu l-ħsibijiet dwar dawn il-materjali.
4.4.3
Diskussjoni u Deċiżjonijiet
Matul laqgħa tal-kunsill, il-mexxej (jew xi ħadd li jqabbad il-mexxej) jispjega l-materjal li jkun qed jiġi kkunsidrat. Il-mexxej imbagħad jinkoraġixxi diskussjoni mal-membri tal-kunsill, billi jistaqsi mistoqsijiet u jfittex ideat.
Membri jaqsmu s-suġġerimenti u jisimgħu lil xulxin b’rispett. Hekk kif ifittxu li jsiru jafu r-rieda tal-Mulej, spirtu ta’ ispirazzjoni u unità jista’ jirbaħ.
F’kunsill li jinkludi nisa u rġiel, il-mexxej ifittex għarfien u ideat migħand it-tnejn. Nisa u rġiel spiss ikollhom perspettivi differenti li jipprovdu bilanċ bżonnjuż.
Mexxej jiggwida d-diskussjonijiet tal-kunsill. Madankollu, huma jridu jisimgħu aktar milli jitkellmu.
Wara d-diskussjoni, il-mexxej jista’ jew jiddeċiedi fuq azzjoni jew jipposponi xi deċiżjoni waqt li jfittex informazzjoni addizzjonali jew gwida.
4.4.4
Unità
Membri tal-kunsill ifittxu biex isiru ħaġa waħda fix-xewqa u fl-għan mal-Missier fis-Smewwiet u Ġesù Kristu. Huma jistinkaw għall-unità fid-diskussjonijiet u d-deċiżjonijiet tagħhom.
4.4.5
Azzjoni u Kontabilità
Membri tal-kunsill jagħmlu ħafna mix-xogħol tagħhom qabel u wara laqgħat tal-kunsill. Waqt il-lagħat, ifittxu ispirazzjoni li tiżviluppaw pjanijiet sabiex jimplimentaw deċiżjonijiet. Il-mexxej tal-kunsill jistieden membri biex iwettqu essajments relatati ma’ dawn il-pjanijiet.
Membri tal-kunsill jirrapportaw fuq l-essajments tagħhom. Il-progress ħafna drabi jirrikjedi attenzjoni sostnuta u segwitu ta’ essajments.
4.4.6
Kunfidenzjalità
Il-mexxejja jużaw id-diskrezzjoni meta jaqsmu informazzjoni personali ma’ kunsill. Ġeneralment huma jfittxu l-permess tal-membru biex jaqsmu din l-informazzjoni.
Membri tal-kunsill ma jistgħux jaqsmu informazzjoni personali barra l-kunsill sakemm mhux meħtieġ għat-twettieq ta’ essajment mill-mexxej tal-kunsill.
Xi materjali huma wisq sensittivi biex jitressqru quddiem kunsill sħiħ.