“7. Il-Veskovat,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali (2023).
“7. Il-Veskovat,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali.
7.
Il-Veskovat
7.1
L-Isqof u l-Kunsilliera Tiegħu
L-isqof iħaddan l-imfietaħ tas-saċerdozju biex imexxi x-xogħol tal-Knisja fil-qasam (ara 3.4.1). Hu u l-kunsilliera tiegħu jiffurmaw veskovat.
L-isqof għandu ħames responsabbiltajiet ewlenin:
-
Huwa s-saċerdot il-kbir li jippresedi fil-qasam.
-
Huwa l-president tas-saċerdozju ta’ Aron.
-
Huwa mħallef komuni.
-
Hu jikkoordina l-ħidma tas-salvazzjoni u l-eżaltazzjoni, inkluż li jieħu ħsieb lil min hu fil-bżonn.
-
Hu jissorvelja r-reġistri, il-finanzi, u l-użu tad-dar tal-laqgħat.
Ir-responsabbiltà ewlenija tal-isqof hija l-ġenerazzjoni li għadha tielgħa fil-qasam (it-tfal, żgħażagħ, u adulti żgħażagħ single). Biex ikun jista’ jikkonċentra fuq ir-responsabbiltà tiegħu, hu jiddelega ħafna essajnments (ara 4.2.5).
7.1.1
Qassis il-Kbir li Jippresedi
L-isqof hu l-mexxej spiritwali ewlieni tal-qasam.
7.1.1.1
Organizzazzjonijiet tal-Qasam u Kworums tas-Saċerdozju
L-isqof għandu r-responsabbiltà fuq l-organizzazzjonijiet fil-qasam tas-Soċjetà tas-Solliev u tat-Tfajliet. Hu jqassam lill-kunsilliera tiegħu responsabbiltà għall-organizzazzjonijiet tal-Iskola tal-Ħadd u tal-Primarja u programmi oħra tal-qasam.
Ir-responsabbiltajiet tal-isqof għall-kworums tas-Saċerdozju ta’ Aron huma spjegati fil- 7.1.2. Ir-responsabbiltajiet tiegħu għall-kworums tal-presbiteri huma spjegati fil- 8.3.1.
7.1.1.2
Ordinanzi u Barkiet
L-isqof jidderieġil-amministrazzjoni fil-qasam tal-ordinanzi u tal-barkiet li ġejjn:
-
Is-sagrament
-
Nagħtu isem u nbierku lit-tfal
-
Magħmudija u konferma ta’ tfal ta’ tmien snin fir-reġistru (għal konvertiti, ara 31.2.3.2)
-
Konferiment tas-Saċerdozju ta’ Aron u ordinazzjoni għall-uffiċċji ta’ djaknu, għalliem, u qassis
7.1.1.3
Kunsilli u Laqgħat
L-isqof imexxi l-kunsill tal-qasam u l-kunsill tal-qasam taż-żgħażagħ (ara 29.2.5 u 29.2.6).
Il-veskovat jippjana laqgħat tas-sagrament u laqgħat oħrajn tal-qasam imniżżla f’ kapitlu 29.
7.1.1.4
Sejħiet u Eżonerar
Ir-responsabbiltajiet tal-isqof għas-sejħiet u eżonerar huma spjegati f’ kapitlu 30.
7.1.2
President tas-Saċerdozju ta’ Aron
L-isqof għandu dawn ir-responsabbiltajiet li ġejjin bħala l-president tas-Saċerdozju ta’ Aron fil-qasam. Il-kunsilliera tiegħu jassistuh.
-
Jissapportja lill-ġenituri biex jgħallmu liż-żgħażagħ.
-
Jissorvelja l-kwora tas-saċerdozju ta’ Aaron u l-klassijiet tat-Tfajliet. L-isqof huwa l-president tal-kworum tal-qassisin (ara Duttrina u Patti 107:87-88.). L-ewwel kunsillier tiegħu għandu r-responsabbiltà tal-kworum tal-għalliema. It-tieni kunsillier tiegħu għand r-responsabbiltà tal-kworum tad-djakni.
-
Jagħti parir lill-president tat-Tfajliet tal-qasam.
-
Jiltaqa’ regolarment ma’ kull żagħżugħ.
7.1.3
Imħallef Komuni
L-isqof huwa l-ġudikatur komuni fil-qasam (ara Duttrina u Patti 107:71-74). Huwa għandu dawn ir-responsabbiltajiet li ġejjin:
-
Jgħin liż-żgħażagħ u lill-adulti jikkwalifikaw u jkunu denji għar-rakkomandazzjoni tat-tempju.
-
Imexxi intervisti kif spjegat f’ 31.2.
-
Jiltaqa’ mal-membri tal-qasam li jfittxu gwida spiritwali, dawk li għandhom problemi personali diffiċli, jew dawk li kkommettew dnubiet serji, billi jgħinhom jiksbu l-qawwa li tfejjaq ta’ Ġesù Kristu.
-
Taħt id-direzzjoni tal-president tal-wited, iżomm sħubija mal-kunsilli kif meħtieġ. Għal linji gwida, ara kapitlu 32.
7.1.4
Nikkoordinaw il-Ħidma tas-Salvazzjoni u l-Eżaltazzjoni
L-isqof jikkoordina x-xogħol ta’ salvazzjoni u eżaltazzjoni fil-qasam (ara kapitlu 1). Il-kunsilliera tiegħu u mexxejja oħra tal-qasam jassistuh.
7.1.4.1
Immexxu Sforzi biex Nieħdu Ħsieb lil Dawk bi Bżonnijiet Temporali
Għal aktar informazzjoni dwar kif l-isqof jieħu ħsieb lil dawk fil-bżonn, ara 22.6.1.
7.1.5
Reġistri, Finanzi, u d-Dar tal-Laqgħat
Għal informazzjoni dwar reġistri, ara kapitlu 33. Għal informazzjoni dwar finanzi, inkluż dieċmi, ara kapitlu 34. Għal informazzjoni dwar djar tal-laqgħat, ara kapitlu 35.
7.3
Segretarju Eżekuttiv tal-Qasam u Assistenti Segretarji Eżekuttivi tal-Qasam
Il-veskovat jirrakkomanda lil wieħed li jħaddan is-Saċerdozju ta’ Melkisedek biex iservi bħala segretarju eżekuttiv tal-qasam.
Huwa għandu dawn ir-responsabbiltajiet li ġejjin:
-
Jiltaqa’ mal-isqof u jipprepara aġenda kif assenjat.
-
Iservi bħala membru tal-kunsill tal-qasam u jattendi laqgħat tal-kunsill tal-qasam.
-
Jiskeda appuntamenti għall-veskovat.
7.4
Skrivan tal-Qasam u Assistenti Skrivani tal-Qasam
Ir-responsabbiltajiet tas-segretarju tal-qasam u tal-assistenti skrivani tal-qasam huma spjegati fil- 33.4.2.