Manwali u Sejħiet
8. Kworum tal-Presbiteri


“8. Kworum tal-Presbiteri,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali (2023).

“8. Kworum tal-Presbiteri,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali

irġiel jitkellmu

8.

Il-Kworum tal-Presbiteri

8.1

Għan u Organizzazzjoni

8.1.1

Għan

Irġiel denji ta’ 18-il sena jew aktar jistgħu jirċievu s-saċerdozju ta’ Melkisedek u jkunu ordnati lill-uffiċċju tal-presbiteru. Raġel ordnat f’dak l-uffiċċju jidħol f’patt sagru biex jassisti lil Alla fit-twettiq tax-xogħol tiegħu (ara Doctrine and Covenants 84:33-44.).

8.1.2

Sħubija fil-Kworum tal-Presbiteri

Kull qasam għandu kworum tal-presbiteri. Dan jinkludi l-aħwa li ġejjin:

  • Il-presbiteri kollha fil-qasam.

  • Il-presbiteri prospettivi kollha fil-qasam (ara 8.4).

  • Il-qassisin il-kbar kollha fil-qasam, minbarra dawk li bħalissa qed iservu fi presidenza tal-wited, f’’xi veskovat, f’xi kunsill għoli, jew bħala patrijarka.

Raġel żagħżugħ jaf jibda jattendi laqgħat tal-kworum tal-presbiteri malli jagħlaq 18-il sena, anke jekk għadu ma ġiex ordnat presbiteru. Mal-età ta’ 19-il sena, jew meta jitlaq mid-dar, pereżempju biex jattendi xi università jew iservi xi missjoni, hu għandu jkun ordnat presbiteru jekk hu denju.

Irġiel miżżewġa taħt it-18-il sena huma presbiteri prospettivi u huma wkoll membri tal-kworum tal-presbiteri.

8.2

Nipparteċipaw fil-Ħidma tas-Salvazzjoni u l-Eżaltazzjoni

3:42

8.2.1

Ngħixu l-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu

8.2.1.2

Tagħlim tal-Evanġelju f’Laqgħat tal-Kworum

Il-laqgħat jinżammu fit-tieni jew fir-raba’ Ħadd tax-xahar. Idumu 50 minuta. Il-presidenza tal-kworum tal-presbiteri tippjana dawn il-laqgħat. Membru tal-presidenza jmexxi.

Il-laqgħat tal-Kworum jiffukaw fuq suġġett jew suġġetti ta’ diskors mill-aktar konferenza ġenerali riċenti.

8.2.1.3

Attivitajiet

Presidenzi tal-Kworum tal-Presbiteri jistgħu jippjanaw attivitajiet. Xi drabi, ħafna mill-attivitajiet isiru fi ġranet oħra, apparti l-Ħadd jew it-Tnejn filgħaxija.

8.2.2

Nieħdu Ħsieb ta’ Dawk fil-Bżonn

2:43

8.2.2.1

Nimministraw

Membri tal-kworum tal-presbiteri jirċievu essajments li jimministraw mill-presidenza tal-kworum. Għal aktar informazzjoni, ara kapitlu 21.

8.2.2.2

Ħtiġijiet ta’ qasir żmien

Aħwa li jimministraw ifittxu li jifhmu u jirrispondu għall-bżonnijiet ta’ dawk li jservu. Membri jaf ikollhom bżonn assistenza ta’ qasir żmien fi żminijiet ta’ mard, twelid, mewt, telfien ta’ impjieg, u ċirkustanzi oħra.

Meta jkun hemm bżonn, aħwa li jimministraw jistaqsu lill-presidenza tal-kworum tal-presbiteri biex jgħinu.

8.2.2.3

Ħtiġijiet ta’ Żmien Twil u Awto-Dipendenza

Kif ikkoordinat mill-isqof, il-kworum tal-presbiteri u presidenzi tas-Soċjetà tas-Solliev jgħinu membri bi ħtiġijiet ta’ żmien twil u awto-dipendenza.

Il-president tal-kworum tal-presbiteri, president tas-Soċjetà tas-Solliev, jew mexxej ieħor jgħin lill-persuna jew familja tiżviluppa Pjan tal-Awto-Dipendenza. Aħwa li jimministraw jistgħu wkoll jgħinu bil-pjan.

8.2.2.4

Meta Membru tal-Qasam Imut

Meta membru tal-qasam imut, il-kworum tal-presbiteri u presidenzi tas-Soċjetà tas-Solliev joffru faraġ u assistenza. Taħt il-gwida tal-isqof, huma jistgħu jgħinu fil-funeral.

Għal aktar informazzjoni, ara 38.5.8.

8.2.3

Nistiednu lil Kulħadd biex Jirċievi l-Evanġelju

Il-president tal-kworum tal-presbiteri jassenja membru tal-presidenza biex jgħin fil-ħidma missjunarja tal-membru fil-qasam. Jaħdem mal-membru assenjat tal-presidenza tas-Soċjetà tas-Solliev biex jikkoordinaw dawn l-isforzi.

Ara 23.5.1 u 23.5.3.

8.2.4

Ngħaqqdu Flimkien lill-Familji għall-Eternità

Il-president tal-kworum tal-presbiteri jassenja membru tal-presidenza biex jgħin il-ħidma tat-tempju u tal-Istorja tal-familja fil-qasam. Jaħdem mal-membru assenjat tal-presidenza tas-Soċjetà tas-Solliev biex jikkoordinaw dawn l-isforzi.

Ara 25.2.2.

2:49

8.3

Mexxejja tal-Kworum tal-Presbiteri

8.3.1

Presidenza u Isqof tal-Wited

il-president tal-kworum tal-presbiteri għandu jiddelega dawn l-essajnments lill- presidenza tal-wited. Hu jiltaqa’ regolarment ma’ membru tal-presidenza biex jirċievi direzzjoni u jirrapporta għar-responsabbiltajiet tiegħu.

Il-president tal-kworum tal-presbiteri jirċievi wkoll gwida mill-isqof, li hu l-uffiċjal li jippresedi fil-qasam. Jiltaqgħu regolarment.

8.3.2

Kunsillier il-Kbir

Il-presidenza tal-wited jassenja kunsillier għoli biex jirrappreżentahom fil-kworum ta’ kull presidenza. Ir-responsabbiltajiet tiegħu huma spjegati fil-6.5.

8.3.3

Presidenza tal-Kworum Presbiteri

8.3.3.1

Insejħu Presidenza tal-Kworum tal-Presbiteri

Wara li jikkonsulta mal-isqof, il-president tal-wited isejjaħ presbiteru jew qassis il-kbir biex iservi bħala president tal-kworum tal-presbiteri.

Jekk il-unit huwa kbir biżżejjed, il-president tal-kworum tal-presbiteri jirrakommanda lill-president tal-wited presbiteru jew tnejn jew qassisin il-kbar biex iservu bħala kunsilliera.

8.3.3.2

Responsabbiltajiet

Il-president tal-kworum tal-presbiteri għandu r-responasabbiltajiet li ġejjin. Il-kunsilliera tiegħu jassistuh.

  • Iservi fuq il-kunsill tal-qasam.

  • Imexxi l-isforzi tal-kworum li jipparteċipa fil-ħidma tas-salvazzjoni u l-eżaltazzjoni (ara kapitlu 1).

  • Jorganizza u jissorvelja s-servizz tal-aħwa li jimministraw.

  • Taħt il-gwida tal-isqof, jieħu parir mingħand il-membri adulti tal-qasam.

  • Jikkordina l-isforzi tal-kworum tal-presbiteri li jissaħħaħu l-aħwa adulti żgħażagħ, kemm single u kemm miżżewġin.

  • Jiltaqa’ ma’ kull membru tal-kworum individwalment mill-inqas darba fis-sena.

  • Jgħallem lill-membri tal-kworum id-dmirijiet tagħhom tas-saċerdozju (ara Duttrina u Patti 1:31). Dan jinkludi li jgħallimhom kif jeżarċitaw is-saċerdozju tagħhom fit-twettiq tal-ordinanzi u l-barkiet.

  • Jissorvelja r-reġistri, ir-rapporti, u l-finanzi tal-kworum (ara ).

8.3.3.3

Laqgħa tal-Presidenza

Il-presidenza tal-kworum tal-presbiteri u s-segretarju jiltaqa’ regolarment. Il-president imexxi dawn il-laqgħat. Il-kunsillier il-kbir assenjat lill-kworum jattendi perjodikament.

L-aġenda tista’ tinkludi dawn il-punti li ġejjin:

  • Pjan kif jitqawwew il-membri tal-kworum (inkluż presbiteri prospettivi) u l-familji tagħhom.

  • Koordinazzjoni tal-ħidma missjunarja u tat-tempju u tal-istorja tal-familja.

  • Rispons għal essajnments minn laqħat tal-kunsill tal-qasam.

  • Reviżjoni tal-informazzjoni mill-intervisti tal-ministeru.

  • Konsiderazzjoni ta’ aħwa biex iservu f’sejħiet u essajnments.

  • Pjan ta’ laqgħat tal-kworum u attivitajiet.

8.3.4

Segretarju

Bl-approvazzjoni tal-isqof, membru tal-kworum tal-presbiteri jista’ jsejjaħ membru tal-kworum biex ikun is-segretarju tal-kworum.

8.4

Ngħinu Presbiteri Prospettivi biex Jirċievu s-Saċerdozju ta’ Melkisedek

Presbiteru prospettiv huwa membru maskili tal-Knisja li għadu ma rċeviex is-Saċerdozju ta’ Melkisedek u (1) għadu mill-inqas 19-il sena u (2) għandu inqas minn 19-il sena u huwa miżżewweġ.

Li ngħinu lil presbiteri prospettivi biex jirċievu s-Saċerdozju ta’ Melkisedek huwa waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-presidenza tal-kworum.