“8. Kworum tal-Presbiteri,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali (2023).
“8. Kworum tal-Presbiteri,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali
8.
Il-Kworum tal-Presbiteri
8.1
Għan u Organizzazzjoni
8.1.1
Għan
Irġiel denji ta’ 18-il sena jew aktar jistgħu jirċievu s-saċerdozju ta’ Melkisedek u jkunu ordnati lill-uffiċċju tal-presbiteru. Raġel ordnat f’dak l-uffiċċju jidħol f’patt sagru biex jassisti lil Alla fit-twettiq tax-xogħol tiegħu (ara Doctrine and Covenants 84:33-44.).
8.1.2
Sħubija fil-Kworum tal-Presbiteri
Kull qasam għandu kworum tal-presbiteri. Dan jinkludi l-aħwa li ġejjin:
-
Il-presbiteri kollha fil-qasam.
-
Il-presbiteri prospettivi kollha fil-qasam (ara 8.4).
-
Il-qassisin il-kbar kollha fil-qasam, minbarra dawk li bħalissa qed iservu fi presidenza tal-wited, f’’xi veskovat, f’xi kunsill għoli, jew bħala patrijarka.
Raġel żagħżugħ jaf jibda jattendi laqgħat tal-kworum tal-presbiteri malli jagħlaq 18-il sena, anke jekk għadu ma ġiex ordnat presbiteru. Mal-età ta’ 19-il sena, jew meta jitlaq mid-dar, pereżempju biex jattendi xi università jew iservi xi missjoni, hu għandu jkun ordnat presbiteru jekk hu denju.
Irġiel miżżewġa taħt it-18-il sena huma presbiteri prospettivi u huma wkoll membri tal-kworum tal-presbiteri.
8.2
Nipparteċipaw fil-Ħidma tas-Salvazzjoni u l-Eżaltazzjoni
8.2.1
Ngħixu l-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu
8.2.1.2
Tagħlim tal-Evanġelju f’Laqgħat tal-Kworum
Il-laqgħat jinżammu fit-tieni jew fir-raba’ Ħadd tax-xahar. Idumu 50 minuta. Il-presidenza tal-kworum tal-presbiteri tippjana dawn il-laqgħat. Membru tal-presidenza jmexxi.
Il-laqgħat tal-Kworum jiffukaw fuq suġġett jew suġġetti ta’ diskors mill-aktar konferenza ġenerali riċenti.
8.2.1.3
Attivitajiet
Presidenzi tal-Kworum tal-Presbiteri jistgħu jippjanaw attivitajiet. Xi drabi, ħafna mill-attivitajiet isiru fi ġranet oħra, apparti l-Ħadd jew it-Tnejn filgħaxija.
8.2.2
Nieħdu Ħsieb ta’ Dawk fil-Bżonn
8.2.2.1
Nimministraw
Membri tal-kworum tal-presbiteri jirċievu essajments li jimministraw mill-presidenza tal-kworum. Għal aktar informazzjoni, ara kapitlu 21.
8.2.2.2
Ħtiġijiet ta’ qasir żmien
Aħwa li jimministraw ifittxu li jifhmu u jirrispondu għall-bżonnijiet ta’ dawk li jservu. Membri jaf ikollhom bżonn assistenza ta’ qasir żmien fi żminijiet ta’ mard, twelid, mewt, telfien ta’ impjieg, u ċirkustanzi oħra.
Meta jkun hemm bżonn, aħwa li jimministraw jistaqsu lill-presidenza tal-kworum tal-presbiteri biex jgħinu.
8.2.2.3
Ħtiġijiet ta’ Żmien Twil u Awto-Dipendenza
Kif ikkoordinat mill-isqof, il-kworum tal-presbiteri u presidenzi tas-Soċjetà tas-Solliev jgħinu membri bi ħtiġijiet ta’ żmien twil u awto-dipendenza.
Il-president tal-kworum tal-presbiteri, president tas-Soċjetà tas-Solliev, jew mexxej ieħor jgħin lill-persuna jew familja tiżviluppa Pjan tal-Awto-Dipendenza. Aħwa li jimministraw jistgħu wkoll jgħinu bil-pjan.
8.2.2.4
Meta Membru tal-Qasam Imut
Meta membru tal-qasam imut, il-kworum tal-presbiteri u presidenzi tas-Soċjetà tas-Solliev joffru faraġ u assistenza. Taħt il-gwida tal-isqof, huma jistgħu jgħinu fil-funeral.
Għal aktar informazzjoni, ara 38.5.8.
8.2.3
Nistiednu lil Kulħadd biex Jirċievi l-Evanġelju
Il-president tal-kworum tal-presbiteri jassenja membru tal-presidenza biex jgħin fil-ħidma missjunarja tal-membru fil-qasam. Jaħdem mal-membru assenjat tal-presidenza tas-Soċjetà tas-Solliev biex jikkoordinaw dawn l-isforzi.
8.2.4
Ngħaqqdu Flimkien lill-Familji għall-Eternità
Il-president tal-kworum tal-presbiteri jassenja membru tal-presidenza biex jgħin il-ħidma tat-tempju u tal-Istorja tal-familja fil-qasam. Jaħdem mal-membru assenjat tal-presidenza tas-Soċjetà tas-Solliev biex jikkoordinaw dawn l-isforzi.
Ara 25.2.2.
8.3
Mexxejja tal-Kworum tal-Presbiteri
8.3.1
Presidenza u Isqof tal-Wited
il-president tal-kworum tal-presbiteri għandu jiddelega dawn l-essajnments lill- presidenza tal-wited. Hu jiltaqa’ regolarment ma’ membru tal-presidenza biex jirċievi direzzjoni u jirrapporta għar-responsabbiltajiet tiegħu.
Il-president tal-kworum tal-presbiteri jirċievi wkoll gwida mill-isqof, li hu l-uffiċjal li jippresedi fil-qasam. Jiltaqgħu regolarment.
8.3.2
Kunsillier il-Kbir
Il-presidenza tal-wited jassenja kunsillier għoli biex jirrappreżentahom fil-kworum ta’ kull presidenza. Ir-responsabbiltajiet tiegħu huma spjegati fil-6.5.
8.3.3
Presidenza tal-Kworum Presbiteri
8.3.3.1
Insejħu Presidenza tal-Kworum tal-Presbiteri
Wara li jikkonsulta mal-isqof, il-president tal-wited isejjaħ presbiteru jew qassis il-kbir biex iservi bħala president tal-kworum tal-presbiteri.
Jekk il-unit huwa kbir biżżejjed, il-president tal-kworum tal-presbiteri jirrakommanda lill-president tal-wited presbiteru jew tnejn jew qassisin il-kbar biex iservu bħala kunsilliera.
8.3.3.2
Responsabbiltajiet
Il-president tal-kworum tal-presbiteri għandu r-responasabbiltajiet li ġejjin. Il-kunsilliera tiegħu jassistuh.
-
Iservi fuq il-kunsill tal-qasam.
-
Imexxi l-isforzi tal-kworum li jipparteċipa fil-ħidma tas-salvazzjoni u l-eżaltazzjoni (ara kapitlu 1).
-
Jorganizza u jissorvelja s-servizz tal-aħwa li jimministraw.
-
Taħt il-gwida tal-isqof, jieħu parir mingħand il-membri adulti tal-qasam.
-
Jikkordina l-isforzi tal-kworum tal-presbiteri li jissaħħaħu l-aħwa adulti żgħażagħ, kemm single u kemm miżżewġin.
-
Jiltaqa’ ma’ kull membru tal-kworum individwalment mill-inqas darba fis-sena.
-
Jgħallem lill-membri tal-kworum id-dmirijiet tagħhom tas-saċerdozju (ara Duttrina u Patti 1:31). Dan jinkludi li jgħallimhom kif jeżarċitaw is-saċerdozju tagħhom fit-twettiq tal-ordinanzi u l-barkiet.
-
Jissorvelja r-reġistri, ir-rapporti, u l-finanzi tal-kworum (ara ).
8.3.3.3
Laqgħa tal-Presidenza
Il-presidenza tal-kworum tal-presbiteri u s-segretarju jiltaqa’ regolarment. Il-president imexxi dawn il-laqgħat. Il-kunsillier il-kbir assenjat lill-kworum jattendi perjodikament.
L-aġenda tista’ tinkludi dawn il-punti li ġejjin:
-
Pjan kif jitqawwew il-membri tal-kworum (inkluż presbiteri prospettivi) u l-familji tagħhom.
-
Koordinazzjoni tal-ħidma missjunarja u tat-tempju u tal-istorja tal-familja.
-
Rispons għal essajnments minn laqħat tal-kunsill tal-qasam.
-
Reviżjoni tal-informazzjoni mill-intervisti tal-ministeru.
-
Konsiderazzjoni ta’ aħwa biex iservu f’sejħiet u essajnments.
-
Pjan ta’ laqgħat tal-kworum u attivitajiet.
8.3.4
Segretarju
Bl-approvazzjoni tal-isqof, membru tal-kworum tal-presbiteri jista’ jsejjaħ membru tal-kworum biex ikun is-segretarju tal-kworum.
8.4
Ngħinu Presbiteri Prospettivi biex Jirċievu s-Saċerdozju ta’ Melkisedek
Presbiteru prospettiv huwa membru maskili tal-Knisja li għadu ma rċeviex is-Saċerdozju ta’ Melkisedek u (1) għadu mill-inqas 19-il sena u (2) għandu inqas minn 19-il sena u huwa miżżewweġ.
Li ngħinu lil presbiteri prospettivi biex jirċievu s-Saċerdozju ta’ Melkisedek huwa waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-presidenza tal-kworum.