Manwali u Sejħiet
9. Soċjetà tas-Solliev


“9. Soċjetà tas-Solliev,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali (2023).

“9. Soċjetà tas-Solliev,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali

nisa jistudjaw l-iskrittura

9.

Soċjetà tas-Solliev

9.1

Għan u Organizzazzjoni

9.1.1

Għan

Il-Profeta Joseph Smith għallem li għan tas-Soċjetà tas-Solliev huwa li ssalva l-erwieħ u tnaqqas it-tbatija.

Il-motto tas-Soċjetà tas-Solliev huwa “Il-karità ma tintemm qatt” (1 Korintin 13:8).

9.1.2

Sħubija fis-Soċjetà tas-Soliev

Mara żagħżugħa tista’ tibda tattendi s-Soċjetà tas-Solliev malli tagħlaq 18. Meta tkun għalqet 19, jew meta tkun telqet mid-dar, bħal biex tattendi l-università jew isservi missjoni, hija għandha tipparteċipa fis-Soċjetà tas-Solliev.

Nisa miżżewġa taħt it-18 huma wkoll membri tas-Soċjetà tas-Solliev.

9.2

Nipparteċipaw fil-Ħidma tas-Salvazzjoni u l-Eżaltazzjoni

3:42

9.2.1

Ngħixu l-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu

9.2.1.2

Nitgħallmu l-Evanġelju fil-Laqgħat tas-Soċjetà tas-Solliev

Il-laqgħat iseħħu fl-ewwel u r-raba’ Ħadd tax-xahar. Dawn idumu 50 minuta. Il-presidenza tas-Soċjetà tas-Solliev tippjana dawn il-laqgħat. Imexxi membru tal- presidenza.

Il-laqgħat tas-Soċjetà tas-Solliev jiffokaw fuq xi diskors, jew diskorsi, mill-aktar konferenza ġenerali riċenti.

9.2.1.3

Attivitajiet

Il-presidenzi tas-Soċjetà tas-Solliev tista’ tippjana attivitajiet. Il-maġġor-parti tal-attivitajiet ma jsirux filgħaxijiet il-Ħadd jew it-Tnejn.

9.2.2

Nieħdu Ħsieb ta’ Dawk fil-Bżonn

2:43

9.2.2.1

Nimministraw

L-aħwa nisa jirċievu essajnments ta’ ministeru mill-presidenza tas-Soċjetà tas-Solliev. Għall-iktar informazzjoni, ara kapitlu 21.

9.2.2.2

Bżonnijiet għal Żmien Qasir

L-aħwa nisa tal-ministeru ifittxu li jifhmu l-bżonnijiet ta’ dawk li jservu u jirrispondu għalihom. Il-membri jaf ikunu jeħtieġu assistenza ta’ żmien qasir fi żmien ta’ mard, twelid, mewt, telfien ta’ impjieg, u ċirkostanzi oħrajn.

Meta jkun hemm bżonn, l-aħwa nisa tal-ministeru: jistaqsu lill-presidenza tas-Soċjetà tas-Solliev għall-għajnuna.

9.2.2.3

Bżonnijiet għal Tul ta’ Żmien u Awto-Dipendenza

Skont kif inhija kkordinata mill-isqof, is-Soċjetà tas-Solliev u l-presidenzi tal-kworum tal-presbiteri jgħinu membri bi bżonnijiet għal tul ta’ żmien u awto-dipendenza.

Il-president tas-Soċjetà tas-Solliev, il-president tal-kworum tal-presbiteri, jew mexxej ieħor jgħin lill-persuna jew il-familja tiżviluppa Pjan ta’ Awto-Dipendenza..

9.2.2.4

Meta Membru tal-Qasam Imut

Meta membru tal-qasam imut, il-presidenzi tas-Soċjetà tas-Solliev u l-kworum tal-presbiteri joffru faraġ u assistenza. Taħt il-gwida tal-isqof, huma jistgħu jgħinu fil-funeral.

Għal iktar informazzjoni, ara 38.5.8.

9.2.3

Nistiednu lil Kulħadd biex Jirċievi l-Evanġelju

Il-president tas-Soċjetà tas-Solliev jassenja membru tal-presidenza biex jgħin fit-tmexxija tal-ħidma tal-membri missjunarji fil-qasam. Hija taħdem mal-membru assenjat mill-presidenza tal-kworum tal-presbiteri biex tikkoordina dawn l-isforzi (ara 23.5.1).

9.2.4

Ngħaqqdu Flimkien lill-Familji għall-Eternità

Il-president tas-Soċjetà tas-Solliev jassenja membru tal-presidenza biex tgħin fit-tmexxija fil-ħidma tat-tempju u tal-istorja tal-familja fi ħdan il-qasam. Hija taħdem mal-membru assenjat mill-presidenza tal-kworum tal-presbiteri biex tikkoordina dawn l-isforzi (ara 25.2.2).

2:49

9.3

Mexxejja tas-Soċjetà tas-Solliev

9.3.1

Isqof

L-isqof normalment jiltaqa’ mal-president tas-Soċjetà tas-Solliev kull xahar. Huma jiddiskutu l-ħidma tas-salvazzjoni u tal-eżaltazzjoni, inkluż is-servizz tal-aħwa nisa tal-ministeru.

9.3.2

Presidenza tas-Soċjetà tas-Solliev

9.3.2.1

Sejħa ta’ Presidenza tas-Soċjetà tas-Solliev

L-isqof isejjaħ mara biex isservi bħala president tas-Soċjetà tas-Solliev fil-qasam. Jekk il-unit huwa kbir biżżejjed, hija tirrakkomandalu mara jew tnejn biex iservu bħala kunsillieri.

Xi units żgħar jaf ma jkollhomx Mara Żagħżugħa jew president tal-Primarja. F’dawn il-units, il-president tas-Soċjetà tas-Solliev jista’ jgħin lill-ġenituri jippjanaw struzzjoni għal żgħażagħ u tfal.

9.3.2.2

Responsabbiltajiet

Il-president tas-Soċjetà tas-Solliev għandha dawn ir-responasabbiltajiet li ġejjin: Il-kunsilliera tagħha jassistuha.

  • Isservi fuq il-kunsill tal-qasam.

  • Tmexxi l-isforzi tas-Soċjetà tas-Solliev biex tipparteċipa fil-ħidma tas-salvazzjoni u l-eżaltazzjoni (ara kapitlu 1).

  • Torganizza u tissorvelja s-servizz ta’ nisa tal-ministeru.

  • Taħt il-gwida tal-isqof, tikkonsulta ma’ membri adulti tal-qasam.

    3:13
  • Tikkordina l-isforzi tas-Soċjetà tas-Solliev biex tqawwi sl-aħwa nisa adulti żgħażagħ fil-qasam, kemm dawk single u dawk miżżewġin.

  • Tiltaqa’ ma’ kull membru tas-Soċjetà tas-Solliev inividwalment mill-inqas darba fis-sena.

  • Tissorvelja r-reġistrazzjonijiet, rapporti, u finanzi tas-Soċjetà tas-Solliev (ara ).

9.3.2.3

Laqgħa tal-Presidenza tal-Wited

Il-presidenza tas-Soċjetà tas-Solliev u s-segretarju jiltaqgħu regolarment. Il-president imexxi dawn il-laqgħat. L-aġenda tista’ tkun tinkludi dawn il-punti li ġejjin:

  • Pjan kif jitqawwew l-aħwa nisa u l-familji tagħhom.

  • Koordinazzjoni tal-ħidma missjunarja umtat-tempju u l-ħidma tal-Istorja tal-familja.

  • Rispons għal assenjazzjonijiet minn laqgħat tal-kunsill tal-qasam.

  • Reviżjoni tal-informazzjoni mill-intervista tal-ministeru.

  • Konsiderazzjoni ta’ aħwa nisa biex iservu sejħiet u assenjazzjonijiet tas-Soċjetà tas-Solliev.

  • Pjan tal-laqgħat u attivitajiet tas-Soċjetà tas-Solliev.

9.3.3

Segretarju

Il-presidenza tas-Soċjetà tal-Għajnuna Jalla tirrakkomanda lis-sisters biex iservu f’ dawn is-sejħiet.

9.4

Ngħinu lit-Tfajliet Jitħejjew biex Jipparteċipaw fis-Soċjetà tas-Solliev

Il-presidenza tas-Soċjetà tas-Solliev taħdem mat-tfajliet, mal-ġenituri tagħhom, u mal-mexxejja tat-Tfajliet biex tgħin lit-tfajliet jitħejjew biex jipparteċipaw fis-Soċjetà tas-Solliev.

Il-mexxejja jipprovdu wkoll opportunitajiet kurrenti għal tfajliet u l-aħwa nisa tas-Soċjetà tas-Solliev biex jiżviluppaw relazzjonijiet. Li nservu flimkien bħala nisa aħwa fil-ministeru huwa mod wieħed imprezzabbli biex isiru l-konnessjonijiet.

9.6

Linji gwida u Polisis Addizzjonali

9.6.2

Litteriżmu

Skont kif inhu meħtieġ, il-presidenza tas-Soċjetà tas-Solliev taħdem mal-isqof, mal-presidenza tal-kworum tal-presbiteri, u mal-kunsill tal-qasam biex tgħin lil membri jitgħallmu jaqraw u jiktbu.