Manwali u Sejħiet
13. Skola tal-Ħadd


“13. Skola tal-Ħadd,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali (2023).

“13. Skola tal-Ħadd,” Selezzjonijiet mill-Manwal Ġenerali

membri tal-familja jistudjaw l-iskrittura

13.

Skola tal-Ħadd

13.1

Għan

Il-mexxejja, l-għalliema, u l-klassijiet tal-Iskola tal-Ħadd:

  • Iqawwu l-fidi f’Missier fis-Smewwiet u f’Ġesù Kristu billi jgħallmu “id-duttrina tas-saltna” (Duttrina u Patti 88:77).

  • Jissapportjaw it-tagħlim tal-evanġelju ċċentrat u ssaportjat mill-Knisja.

  • Jgħinu lill-membri jgħallmu bil-mod tas-Salvatur.

13.2

Tmexxija tal-Iskola tal-Ħadd fil-Qasam

13.2.1

Veskovat

L-isqof jissorvelja l-Iskola tal-Ħadd. Normalment l-isqof jassenja wieħed mill-kunsillieri tiegħu biex dan iwettaq din ir-responsabbiltà taħt id-direzzjoni tiegħu.

13.2.2

President tal-Iskola tal-Ħadd

13.2.2.1

Insejħu President tal-Iskola tal-Ħadd

L-isqof isejjaħ u jiddistingwi wieħed li jħaddan is-Saċerdozju ta’ Melkisedek biex ikun il-president tal-Iskola tal-Ħadd fil-qasam. Jekk hemm ħtieġa ta’ kunsillieri, u jekk hemm biżżejjed nies biex iservu f’dawn il-pożizzjonijiet, il-president tal-Iskola tal-Ħadd jista’ jirrakkomanda kunsillier jew tnejn.

13.2.2.2

Responsabbiltajiet

  • Iservi fuq il-kunsill tal-qasam.

  • Jissorvelja sforzi biex itejjeb it-tagħlim tal-evanġelju d-dar u l-knisja.

  • Jirrakkomanda lill-veskovat adulti memnri biex iservu bħala għalliema tal-Iskola tal-Ħadd.

  • Jissapportja, iħeġġeġ, u jagħti struzzjoni lill-għalliema tal-Iskola tal-Ħadd.

  • Imexxxi laqgħat tal-kunsill tal-għalliema skont kif iggwidat mill-isqof (ara Teaching in the Savior’s Way, 3).

13.2.3

Għalliem tal-Iskola tal-Ħadd

Biex jitħewwew ħalli jgħallmu, l-għalliema tal-Iskola tal-Ħadd jużaw l-iskrittura, Ejja, Imxi Warajja—Għal Individwi u Familji, u Ejja, Imxi Warajja—Għall-Iskola tal-Ħadd.

13.3

Klassijiet tal-Iskola tal-Ħadd

Il-klassijiet tal-Iskola tal-Ħadd isiru fl-ewwel u t-tielet Ħadd tax-xahar.

Bl-approvazzjoni tal-veskovat, il-president tal-Iskola tal-Ħadd jorganizza klassijiet għall-adulti u ż-żgħażagħ.

Mill-inqas żewġ adulti responsabbli għandhom ikunu preżenti f’kull klassi taż-żgħażagħ.

L-adulti kollha li jaħdmu maż-żgħażagħ għandhom jagħmlu t-taħriġ dwar il-protezzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ fi żmien xahar minn meta jkunu ġew sostnuti ().

13.4

Nitgħallmu u Ngħallmu Aħjar fil-Qasam

Il-mexxejja qasam huma responsabbli li jtejbu l-kwalità tat-tagħlim tal-evanġelju fl-organizzazzjonijiet tagħhom. Huma jistgħu jistaqsu lill-president tal-Iskola tal-Ħadd tal-qasam għall-għajnuna jekk meħtieġa.

13.5

Nitgħallmu u Ngħallmu Aħjar fid-Dar

Il-ġenituri huma responsabbli li jgħallmu l-evanġelju lil uliedhom. Huma jistgħu jistaqsu lill-president tal-Iskola tal-Ħadd jgħinhom jitjiebu bħala għalliema.