Lista ta’ Kliem
-
ApostasijaMeta xi individwi, il-Knisja, jew ġnus sħaħ jiċħdu jew jabbandunaw l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu. L-apostasija twassal għall-firda, konfużjoni u nuqqas ta’ awtorità saċerdotali jew tad-dritt li taġixxi f’ isem Alla.
-
AppostluIt-titlu li Ġesù Kristu ta lit-tnax-il raġel li Huwa għażel bħala l-aktar kollegi viċini Tiegħu tul il-ministeru Tiegħu fid-dinja u li lilhom ta l-awtorità li jaġixxu f’ ismu. Fiż-żminijiet moderni, Ġesù Kristu sejjaħ irġiel oħra sabiex iservu bħala Appostli Tiegħu. L-istess bħal elfejn sena ilu, Appostlu huwa xhud speċjali ta’ Ġesù Kristu u għandu l-awtorità mogħtija minnu.
-
Att tal-FidwaL-avveniment li permezz tiegħu nistgħu nirrikonċiljaw ruħna ma’ Alla. L-Att tal Fidwa huwa meta Kristu sofra l-prezz tad-dnub, fejn b’ hekk neħħa l-effett tad-dnub minn fuq dawk il-midinbin li jindmu. Ġesù Kristu kien l-uniku wieħed li kapaċi jwettaq l-Att tal-Fidwa b’ mod perfett għall-umanità kollha. L-Att tal-Fidwa Tiegħu jinkludi s-sofferenza Tiegħu għal dnubietna, it-tixrid ta’ demmu, u l-mewt u r-Reżurrezzjoni Tiegħu. Minħabba l-Att tal-Fidwa, kull min qatt għex fid-dinja jerġa’ jqum mill-imwiet. L-Att tal-Fidwa jipprovdilna wkoll mod kif aħna nistgħu ninħafru minn dnubietna u kif ngħixu għal dejjem ma’ Alla.
-
EvanġeljuIl-pjan ta’ Missierna tas-Smewwiet sabiex jgħinna jkollna l-paċi f’ ħajjitna u l-ferħ fl-eternità. Il-qofol tal-evanġelju huwa l-Att tal-Fidwa ta’ Ġesù Kristu u jeħtieġ minna li jkollna l-fidi fih, nindmu, nitgħammdu, nirċievu l-Ispirtu s-Santu, u li nibqgħu sodi sat-tmiem.
-
MagħmudijaPass essenzjali biex nirċievu maħfra għal dnubietna. Permezz tal-magħmudija u l-konferma tal-awtorità saċerdotali, aħna nsiru membri tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Jiem. Il-magħmudija ssir b’ immersjoni, li tfisser li persuna li tkun qed titgħammed tiġi mgħaddsa għal ftit ħin fl-ilma. Il-magħmudija turi li aħna lesti li nimxu wara l-eżempju ta’ Kristu u li nagħmlu l-patti ma’ Alla.
-
OrdinanzaAtt sagru u formali mwettaq bl-awtorità tas-saċerdozju. Eżempju ta’ dan hi l-magħmudija.
-
RestawrazzjoniIġġib xi ħaġa lura fl-istat li kienet fih qabel; terġa’ twaqqafha; iġġibha lura mill-ġdid. Wara li l-verità u l-awtorità ttieħdu mid-dinja, l-evanġelju ġie rrestawrat permezz tal-Profeta Joseph Smith. Ir-restawrazzjoni hija differenti mir-riformazzjoni għaliex li tirriforma ifisser li timmodifika xi organizzazzjoni jew prattika eżistenti bi sforz sabiex iġġibha lura fl-istat oriġinali tagħha, filwaqt li tirrestawra ifisser li terġa’ twaqqaf mill-ġdid u ġġedded l-organizzazzjoni jew il-prattika oriġinali kollha kemm hi.
-
ReżurrezzjoniL-unjoni mill-ġdid, wara l-mewt fiżika, bejn l-ispiritu u l-ġisem fiżiku perfett tal-laħam u l-għadam. Ġesù Kristu kien l-ewwel wieħed li qam mill-imwiet.
-
RivelazzjoniKomunikazzjoni bejn Alla u wliedu, normalment permezz tal-Ispirtu s-Santu. L-individwi jistgħu jirċievu rivelazzjoni bħala gwida għal ħajjithom, iżda huwa biss il-profeta magħżul minn Alla li jista’ jirċievi rivelazzjoni għad-dinja kollha. Ir-rivelazzjoni tasal għandna f’ diversi forom, iżda ħafna drabi tasal għandna bħala ħsibijiet, sentimenti u impressjonijiet.
-
SaċerdozjuL-awtorità u l-qawwa ta’ Alla. Alla jagħti din il-qawwa lill-bniedem sabiex jaġixxi f’ ismu. Is-Saċerdozju Aaroniku ġie rrestawrat lil Joseph Smith minn Ġwanni l-Battista, li għammed lil Ġesù. Is-Saċerdozju Melkisedeku ġie rrestawrat minn Pietru, Ġakbu u Ġwanni, tlieta mit-Tnax-il Appostlu ta’ Ġesù.
-
Saċerdozju AaronikuL-anqas saċerdozju. Dan is-saċerdozju jinkludi l-awtorità li tgħammed u huwa msemmi għal Aaron fit-Testment il-Qadim tal-Bibbja.
-
Saċerdozju MelkisedekuL-ogħla jew l-akbar saċerdozju. Huwa msemmi għal Melkisedek fit-Testment il-Qadim tal-Bibbja, li kien qassis il-kbir jew sultan ġust.
-
Spirtu s-SantuJissejjaħ ukoll l-ispirtu ta’ Alla u l-Farrâġ. Huwa jagħti xhieda jew testimonjanza ta’ Missierna tas-Smewwiet u Ġesù Kristu u jiżvela u jgħallem il-verità.