Fuljetti għat-Tagħlim
Agħti Qima Magħna


Agħti Qima Magħna

Ejja u Ara Kif Jista’ Jberiklek Ħajtek l-Evanġelju Rrestawrat

membri tal-qasam

Il-laqgħa sagramentali hija l-qofol tas-servizz ta’ qima. Normalment iddum ftit aktar minn siegħa u ħafna drabi tikkonsisti f’ dan li ġej:

Innijiet:Jitkantaw mill-kongregazzjoni. (Il-kotba’ tal-innijiet jiġu pprovduti.)

Talb:Offrut mill-membri lokali tal-Knisja.

Is-sagrament:Il-ħobż u l-ilma jitbierku u jitqassmu lill-kongregazzjoni b’ tifkira tal-Att tal-Fidwa ta’ Ġesù Kristu.

Kelliema:Normalment ikun hemm membru jew tnejn minn qalb il-kongregazzjoni li jiġu mitlubin sabiex jitkellmu fuq suġġetti tal-evanġelju.

Tip ta’ lbies:L-irġiel u s-subien ġeneralment jilbsu xi libsa jew qalziet pulit bi qmis u ingravata. In-nisa u l-bniet jilbsu xi libsa twila jew dublett.

Ma jintalbux donazzjonijiet waqt is-servizz ta’ qima.

Nistednukom ukoll sabiex tattendu l-laqgħat l-oħra, skont l-interessi u l-età tagħkom. L-ordni u l-frekwenza ta’ dawn il-laqgħat jistgħu jvarjaw.

Skola tal-Ħadd:Klassijiet għall-istudju tal-iskrittura u d-duttrina tal-evanġelju.

Laqgħat saċerdotali:Klassijiet għall-irġiel u subien minn 12-il sena ’l fuq.

Soċjetà tal-Għajnuna:Klassijiet għal Nisa minn 18-il sena ’l fuq.

Tfajliet:Klassijiet għal bniet minn 12 sa 18-il sena.

Primarja:Servizz u klassijiet għal grupp ta’ tfal ta’ bejn it-3 snin u 11-il sena. Ħafna drabi jkun hemm ukoll Nursery għal tfal ta’ bejn it-18-il xahar u t-3 snin.

laqgħa sagramentali

Ħin għal-laqgħa sagramentali:

Indirizz tal-knisja: