Kapitlu 22
Fi żmien il‑millennju l‑bnedmin kollha se jroddu ħajr lill‑Mulej—Hu se jgħammar fosthom—Qabbel Isaija 12. Madwar 559–545 Q.K.
1 U inti tgħid dakinhar: Inroddlok ħajr, O Mulej; minkejja li għadabt għalija l‑korla tiegħek reġgħet lura, u farraġtni.
2 Araw, Alla s‑salvazzjoni tiegħi; jiena nafda u ma jkollix mniex nibża’; għax qawwieti u għanjieti hu l‑Mulej Jaħweh li sar ukoll is‑salvazzjoni tiegħi.
3 Għalhekk, kollkom hena timlew l‑ilma mill‑għejun tas‑salvazzjoni.
4 U f’dak il‑jum għad tgħidu: Roddu ħajr lill‑Mulej, sejħu ismu, għarrfu lill‑ġnus bl‑għemejjel tiegħu, xandru li ismu huwa fil‑għoli.
5 Għannu lill‑Mulej; għax għamel ħwejjeġ eċċellenti; dan magħruf mal‑art kollha.
6 Għolli leħnek u għajjat, int li tgħammar f’Sijon; għax kbir hu f’nofsok il‑Qaddis ta’ Iżrael.