Kapitlu 33
Kliem Nefi huwa veru—Huwa jixhed dwar Kristu—Dawk li jemmnu fi Kristu jemmnu kliem Nefi, li se jkun xhud quddiem l‑iżbarra tal‑ġudizzju. Madwar 559–545 Q.K.
1 U issa jiena, Nefi, ma nistax nikteb dak kollu li ġie mgħallem fost il‑poplu tiegħi; u jien ma ninqalax biex nikteb bħalma ninqala’ biex nitkellem; għax meta bniedem jitkellem bil‑qawwa tal‑Ispirtu s‑Santu, il‑qawwa tal‑Ispirtu s‑Santu twassal kliemu f’qalb ulied il‑bnedmin.
2 Iżda araw, hemm ħafna li jwebbsu qalbhom kontra l‑Ispirtu s‑Santu, u fihom huwa ma jgħammarx; għalhekk, huma jwarrbu bosta ħwejjeġ li ġew miktuba u jqisuhom bħallikieku ma jiswew xejn.
3 Iżda jien, Nefi, ktibt dak li ktibt, u nqisu li huwa ta’ siwi kbir, speċjalment għall‑poplu tiegħi. Għax jien nitlob għalihom bla heda matul il‑jum, u għajnejja l‑imħadda tiegħi jxarrbu matul il‑lejl, minħabba fihom; u b’fidi nsejjaħ lil Alla tiegħi, u jien naf li hu jisma’ l‑għajta tiegħi.
4 U naf li l‑Mulej Alla jikkonsagra talbi għall‑ġid tal‑poplu tiegħi. U l‑kliem li fi dgħufiti jiena ktibt se jsir qawwi għalihom; għax huwa jipperswadihom biex jagħmlu t‑tajjeb; u jgħarrafhom dwar missirijiethom; u jitkellem dwar Ġesù, u jipperswadihom biex jemmnu fih, u jibqgħu sħaħ sal‑aħħar, u dan iwassalhom għall‑ħajja ta’ dejjem.
5 U jitkellem b’mod iebes kontra d‑dnub, skont is‑sempliċità tal‑verità; għalhekk, l‑ebda bniedem ma jinkorla minħabba l‑kliem li jiena ktibt ħlief dak li jkun maħkum mill‑ispirtu tax‑xitan.
6 Jiena neżulta fis‑sempliċità; jiena neżulta fil‑verità; jiena neżulta f’Ġesù tiegħi, għax huwa ħeles ruħi mill‑infern.
7 Jiena nuri l‑karità mal‑poplu tiegħi, u għandi fidi kbira fi Kristu li jiena sejjer niltaqa’ ma’ bosta erwieħ bla tebgħa quddiem it‑tribunal tiegħu.
8 Jiena nuri karità mal‑Lhud—u meta ngħid Lhud, jien qed nirreferi għal dawk minn fejn jiena ġejt.
9 Jiena nuri karità wkoll mal‑Ġentili. Iżda araw, jien għal ħadd minnhom ma nista’ nittama ħlief għal dawk li jitħabbu ma’ Kristu, u jidħlu mill‑bieb id‑dejjaq, u jimxu fil‑mogħdija stretta li twassal għall‑ħajja, u jibqgħu fil‑mogħdija sa tmiem il‑jum ta’ prova.
10 U issa, għeżież ħuti, kif ukoll intom il‑Lhud, u intom ilkoll minn truf l‑art, isimgħu dan il‑kliem u emmnu fi Kristu; u jekk intom ma temmnux f’dan il‑kliem araw li temmnu fi Kristu. U jekk intom temmnu fi Kristu intom temmnu f’dan il‑kliem, għax dan huwa kliem Kristu, u hu żvelah ili; u huwa jgħallem lill‑bnedmin kollha li għandhom jagħmlu t‑tajjeb.
11 U jekk huwiex kliem Kristu, iġġudikaw intom—għax fl‑aħħar jum Kristu sejjer jurikom, b’qawwa u bi glorja kbira, li dan huwa kliemu; u jien u intom sejrin nieqfu wiċċ imb wiċċ quddiem l‑iżbarra tiegħu; u intom tkunu tafu li huwa ordnali sabiex nikteb dawn il‑ħwejjeġ, minkejja dgħufiti.
12 U jiena nitlob lill‑Missier f’isem Kristu li ħafna minna, jekk mhux kollha, niksbu s‑salvazzjoni fis‑saltna tiegħu f’dak il‑jum kbir u aħħari.
13 U issa, għeżież ħuti, intom kollha li ġejjin mid‑dar ta’ Iżrael, u intom ilkoll minn truf l‑art, jien inkellimkom bħal leħen ta’ wieħed jgħajjat minn ġot‑trab: Ngħidilkom saħħa sakemm jasal dak il‑jum il‑kbir.
14 U intom li mhux se tgawdu mit‑tjubija ta’ Alla, u li mhux se turu rispett lejn kliem il‑Lhud, kif ukoll lejn kliemi, u lejn il‑kliem li se joħroġ minn fomm il‑Ħaruf ta’ Alla, araw, jiena ngħidilkom saħħa għal dejjem, għax dan il‑kliem lilkom għad jikkundanna fl‑aħħar jum.
15 Għax dak li jiena nissiġilla fl‑art, sejjer jinġieb kontrikom quddiem l‑iżbarra tal‑ġudizzju; għax dan hu dak li ordnali l‑Mulej, u jeħtieġ li jiena nobdi. Ammen.