Il‑Ktieb ta’ Moroni
Kapitlu 1
Moroni jikteb għall‑benefiċċju tal‑Lamaniti—In‑Nefiti li mhux lesti jiċħdu lil Kristu jingħataw il‑mewt. Madwar 401–421 W.K.
1 Issa jiena, Moroni, wara li temmejt nikteb fil‑qosor ir‑rakkont tal‑poplu ta’ Ġared, ħsibt li ma kontx se nikteb aktar, iżda s’issa għadni ma doqtx il‑mewt; u lil‑Lamaniti ma ħallejthomx isiru jafu bija li ma jmorrux joqtluni.
2 Għax araw, huma qed jiġġieldu bejniethom gwerer mill‑aktar qalila; u minħabba l‑mibegħda li għandhom huma qed joqtlu lil kull Nefita li mhux lest li jiċħad lil Kristu.
3 U jiena, Moroni, mhux lest li niċħad lil Kristu; għalhekk, fejn jiena nista’ mmur biex insalva ħajti jiena mmur.
4 Għalhekk, jiena se nikteb ftit ieħor, kontra għal dak li ħsibt li se nagħmel; għax jien ħsibt li ma kont se nikteb xejn aktar; iżda jien se nikteb ftit ieħor, biex forsi dak li se nikteb ikun ta’ siwi għal ħuti, il‑Lamaniti, fi żmien futur, skont ir‑rieda tal‑Mulej.