Skrittura
Moroni 3


Kapitlu 3

Il‑Presbiteri jordnaw il‑qassisin u l‑għalliema permezz tat‑tqegħid tal‑idejn. Madwar 401–421 W.K.

1 Il‑mod kif id‑dixxipli, li kienu msejħa bħala l‑presbiteri tal‑knisja, ordnaw il‑qassisin u l‑għalliema—

2 Wara li talbu lill‑Missier f’isem Kristu, huma poġġew idejhom fuqhom, u qalu:

3 F’isem Ġesù Kristu jiena nordnak biex tkun qassis (jew jekk ikun għalliem, jiena nordnak biex tkun għalliem) ħalli inti xxandar l‑indiema u l‑maħfra tad‑dnubiet permezz ta’ Ġesù Kristu, billi tibqa’ sod fil‑fidi tiegħek f’ismu sat‑tmiem. Ammen.

4 U b’dan il‑mod huma ordnaw il‑qassisin u l‑għalliema, skont id‑doni u s‑sejħiet li Alla jagħti lill‑bnedmin; u huma ordnawhom bil‑qawwa tal‑Ispirtu s‑Santu, li kienet tinsab fihom.