Skrittura
Moroni 2


Kapitlu 2

Ġesù ta lit-tnax-il dixxiplu Nefita l-qawwa li huma jistgħu jagħtu d-don tal-Ispirtu s-Santu. Madwar A.D. 401–421.

1 Il-kliem ta’ Kristu, li huwa qal lid-dixxipli tiegħu, lit-tnax li huwa għażel, hekk kif huwa poġġa jdejh fuqhom—

2 U huwa sejħilhom b’isimhom u qalilhom: Għandkom issejħu lill-Missier f’ismi, u titolbu b’qawwa; u wara li tagħmlu dan intom ikollkom il-qawwa li tagħtu l-Ispirtu s-Santu lil min tpoġġu jdejkom fuqu; u f’ismi għandkom tagħmlu dan, għax dan hu li jagħmlu l-appostli tiegħi.

3 Issa Kristu qalilhom dan il-kliem l-ewwel darba li deher fosthom; u l-miġemgħa ma semgħetux jgħid dan, iżda d-dixxipli semgħuh; u l-Ispirtu s-Santu niżel fuq kull min poġġew idejhom fuqu.

Ipprintja