Skrittura
Moroni 2


Kapitlu 2

Ġesù ta lit‑tnax‑il dixxiplu Nefita l‑qawwa li jagħtu d‑don tal‑Ispirtu s‑Santu. Madwar 401–421 W.K.

1 Il‑kliem ta’ Kristu, li qal lid‑dixxipli tiegħu, lit‑tnax li huwa għażel, hekk kif poġġa jdejh fuqhom—

2 U huwa sejħilhom b’isimhom u qalilhom: Intom għandkom issejħu lill‑Missier f’ismi, u titolbu b’qawwa; u wara li tagħmlu dan intom ikollkom il‑qawwa li tagħtu l‑Ispirtu s‑Santu lil min tpoġġu jdejkom fuqu; u għandkom tagħmlu dan f’ismi, għax dan hu li jagħmlu l‑appostli tiegħi.

3 Issa Kristu qalilhom dal‑kliem l‑ewwel darba li deher fosthom; u l‑miġemgħa ma semgħetux jgħid dan, iżda d‑dixxipli semgħuh; u l‑Ispirtu s‑Santu niżel fuq kull min poġġew idejhom fuqu.