Skrittura
Moroni 3


Kapitlu 3

Il-Presbiteri jordnaw il-qassisin u l-għalliema permezz tat-tqegħid tal-idejn. Madwar A.D. 401–421.

1 Il-mod kif id-dixxipli, li kienu msejħa bħala l-presbiteri tal-knisja, ordnaw il-qassisin u l-għalliema—

2 Wara li talbu lill-Missier f’isem Kristu, huma poġġew idejhom fuqhom, u qalu:

3 F’isem Ġesù Kristu jiena nordnak biex tkun qassis (jew jekk ikun għalliem, jiena nordnak biex tkun għalliem) ħalli inti xxandar l-indiema u l-maħfra tad-dnubiet permezz ta’ Ġesù Kristu, billi tibqa’ sod fil-fidi tiegħek f’ismu sat-tmiem. Ammen.

4 U b’dan il-mod huma ordnaw il-qassisin u l-għalliema, skont id-doni u s-sejħiet li Alla jagħti lill-bnedmin; u huma ordnawhom bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu, li kienet tinsab fihom.

Ipprintja