Tfal L-Evanġelju—Rigal li Għandna Naqsmuh ma’ Ħaddieħor Il-kelma evanġelju tfisser it-tagħlim kollu u l-ordinanzi kollha mogħtija lilna minn Ġesù Kristu u l-profeti Tiegħu. L-evanġelju huwa bħal qoffa mimlija rigali mingħand Missierna tas-Smewwiet. Inti tista’ tgħin tqassam dawn ir-rigali lil ħaddieħor. Ma’ min tista’ taqsam ir-rigal tal-evanġelju? Aqra kull wieħed minn dawn il-versi mill-iskrittura u għamel lista jew tpinġijiet tar-rigali li nsibu fl-evanġelju. Ġakbu 5:14–15 Mosiah 16:6–7 3 Nephi 18:1–10 D&C 20:72–73 D&C 33:16 D&C 89:4, 18–21 D&C 132:46 D&C 137:10 D&C 138:32–34