Messaġġ tal-Għalliema taż-Żjajjar, Frar 2011
Restawrazzjoni ta’ Kollox
Studja dan il-materjal, u kif xieraq, iddiskutih mal-aħwa li inti żżur. Uża l-mistoqsijiet sabiex jgħinuk issaħħaħ lil ħutek u biex tagħmel lis-Soċjetà tal-Għajnuna parti integrali minn ħajtek.
Il-Profeta Joseph Smith organizza s-Soċjetà tal-Għajnuna bħala parti essenzjali mill-Knisja. Bħala presidenza, nittamaw li nistgħu ngħinuk tifhem għaliex is-Soċjetà tal-Għajnuna hija essenzjali għal ħajtek.
Nafu li n-nisa tat-Testment il-Ġdid urew fidi f’ Ġesù Kristu u pparteċipaw fil-ħidma Tiegħu. Luqa 10:39 jitkellem dwar Marija, li “niżlet bilqiegħda f’ riġlejn il-Mulej tisimgħu x’ kien qiegħed jgħid.” F’ Ġwanni 11:27 Marta tat xhieda ta’ Kristu: “Weġbitu, Iva, Mulej: Jiena nemmen li inti l-Messija, l-Iben ta’ Alla, dak li ġie fid-dinja.” L-Atti 9:36, 39 jitkellem dwar “waħda mid-dixxipli jisimha Tabita, … mara tagħmel ħafna għemejjel tajba. … U r-romol kollha daru miegħu … juruh l-ilbiesi u l-imnatar li kienet għamlitilhom.” Febi, f’ Rumani 16:1–2, kienet “sservi lill-knisja” u “għajnuna għal ħafna.”
Dawn il-mudelli ta’ fidi, testimonjanzi u servizz komplew fil-Knisja f’ dawn l-aħħar jiem u ġew formalizzati permezz tal-organizzazzjoni tas-Soċjetà tal-Għajnuna. Julie B. Beck, president ġenerali tas-Soċjetà tal-Għajnuna, għallmet: “Hekk kif is-Salvatur stieden lil Marija u lil Marta fi żmien it-Testment il-Ġdid sabiex jipparteċipaw fil-ħidma Tiegħu, l-istess in-nisa ta’ din id-dispensazzjoni ġew uffiċjalment ikkummissjonati sabiex jipparteċipaw fil-ħidma tal-Mulej. … L-organizzazzjoni tas-Soċjetà tal-Għajnuna fl-1842 organizzat fl-imkien il-qawwa kollettiva tan-nisa u l-ħidma speċifika tagħhom biex jibnu s-saltna tal-Mulej.”1
Inwettqu l-ħidma tagħna hekk kif niffokaw fuq l-għanijiet tas-Soċjetà tal-għajnuna: li nkabbru l-fidi u ntejbu lilna nfusna, insaħħu lill-familji tagħna u lil djarna, u nfittxu u ngħinu lil dawk fi bżonn.
Nixhed li s-Soċjetà tal-Għajnuna ġiet organizzata b’ mod divin biex tassisti fil-ħidma tas-salvazzjoni. Kull oħt tas-Soċjetà tal-Għajnuna għandna f’ idejha rwol essenzjali biex titwettaq din il-ħidma sagra.
Silvia H. Allred, l-ewwel kunsillier fil-presidenza ġenerali tas-Soċjetà tal-Għajnuna.
Mill-Iskrittura
Mill-Istorja Tagħna
Sister Julie B. Beck għallmet li “aħna nafu permezz tal-Profeta Joseph Smith li s-Soċjetà tal-Għajnuna kienet parti formali mir-Restawrazzjoni.”2 Il-proċess tar-restawrazzjoni beda bl-Ewwel Dehra fl-1820 u kompla “linja wara linja, preċett wara preċett” (D&C 98:12). Meta s-Soċjetà tal-Għajnuna ġiet organizzata formalment fis-17 ta’ Marzu, 1842, il-Profeta għallem lin-nisa dwar il-post essenzjali tagħhom fil-Knisja rrestawrata. Huwa qal, “Il-Knisja ma kenitx għadha ġiet organizzata b’ mod perfett qabel ma ġew organizzati n-nisa.”3
© 2011 mill- Intellectual Reserve, Inc. Id-drittijiet kollha riservati. Printed in Germany. Approvazzjoni bl-Ingliż: 6/10. Approvazzjoni tat-traduzzjoni: 6/10. Traduzzjoni ta’ Visiting Teaching Message, February 2011. Maltese. 09762 159