2011
Il-Ħafna Missjunarji f’ Ħajti
Frar 2011


Iż-Żgħażagħ

Il-Ħafna Missjunarji f’ Ħajti

L-ewwel Ħadd li attendejt il-knisja mal-missjunarji, għaraft numru ta’ nies li kont trabbejt magħhom u li jiena kont naf fil-komunità. Rajt waħda mill-akbar ħbieb li kelli l-iskola, lis-segretarji kemm tal-iskola primarja kif ukoll dik sekondarja, lil tifla li fil-passat ma tantx kont partikolarment xi ħabiba tagħha, u saħansitra anke lill-ġuvni li darba kont niffansja.

Kull waħda u wieħed minn dawn l-individwi ħallew impatt kbir fuqi. L-akbar ħabiba tiegħi kienet tfajla ta’ integrità kbira, u minħabba fiha għażilt li nkompli ninvestiga l-Knisja. Is-segretarji li baqgħu jiftakruni mill-iskola għenuni nkun naf li jiena importanti. Tgħallimt dwar l-imħabba divina u l-karità minn dik it-tfajla li laqgħatni fi ħdanha avolja l-imġiba tiegħi lejha fil-passat ma kenitx xi waħda ħanina. Dak li kont niffansja meta kont iżgħar kien għalija veru ta’ eżempju tajjeb, għaraft fih id-dawl u ridt inkun fejn ikun hu.

Dawn l-esperjenzi għenuni nitgħallem, anke qabel ma sirt naf lill-missjunarji, li Missierna tas-Smewwiet ħejjieni sabiex nirċievi l-evanġelju permezz tan-nies li Huwa poġġa madwari. Minn hemm tgħallimt li l-affarijiet iż-żgħar li aħna nagħmlu jistgħu jħallu effett kbir. L-aktar importanti, tgħallimt li l-ħidma missjunarja tibda minni.

Ipprintja