Tfal
Ħoloq ta’ Mħabba
Itlob lil xi ħadd adult sabiex jaqta’ 28 strixxi karti, kull waħda minnhom wiesgħa pulzier (2.5 ċm) u twila 8 pulzieri (20 ċm). Kull jum tul dan ix-xahar, wettaq xi att ta’ servizz biex turi l-imħabba tiegħek lejn xi ħadd. Tista’ forsi tgħin lill-ġenituri tiegħek inaddfu d-dar tagħkom jew tikteb xi erba’ kelmiet ta’ ġid lil xi ħadd li joqgħod ħdejkom.
Fuq kull strixxa tal-karti ddeskrivi l-mod li bih kuljum inti qdejt lil xi ħadd, u mbagħad waħħal bit-tejp jew bil-kolla t-truf tal-istrixxa flimkien biex tifforma ċirku. Tista’ tgħaqqad iċ-ċrieki tiegħek billi tisslajdja tarf ta’ strixxa ġdida minn ġo ċ-ċirku tal-jum ta’ qabel, qabel ma inti twaħħal flimkien bit-tejp jew bil-kolla t-truf tal-istrixxa l-ġdida. Ħu gost ara l-ħoloq ta’ mħabba jikbru! Tista’ anke tkompli żżid mal-katina tas-servizz tiegħek wara li jkun għadda Frar.