Żgħażagħ
Sajf ta’ Servizz
L-awtur tgħix f’ Virġinja, l-Istati Uniti.
Darba kont qattajt sajf f’ pajjiż barrani naħdem ma’ tfal bi bżonnijiet speċjali. Meta ltqajt għall-ewwel darba mat-tfal, ħassejtni verament nervuża. Ma kontx nitkellem bil-lingwa tagħhom, iżda kelli fidi li l-Ispirtu kien sa jiggwidani fil-komunikazzjoni tiegħi. Hekk kif sirt naf lil kull tifel u tifla, irrealizzajt li l-lingwa m’għandhiex iżżommok milli tħobb. Jiena lgħabt, dħaqt, u għamilt xi krafts mat-tfal u ma stajtx ma nħossx imħabba kbira lejhom. Doqt ftit mill-imħabba li Missierna tas-Smewwiet għandu għal uliedu, u m’ għandix kliem biex niddeskrivi l-ferħ li ħassejt ġewwa qalbi.
Kull meta naqdi lil ħaddieħor, jiena nħoss fija mħabba mhux biss lejn dawk li nservi iżda wkoll lejn Missieri tas-Smewwiet. Verament sirt naf li “meta tkun ta’ servizz għal għajrek inti tkun ta’ servizz għal Alla tiegħek” (Mosiah 2:17). L-għan tas-servizz tiegħi, kemm jekk ikun parti minn xi proġett kbir ta’ servizz jew inkella permezz ta’ atti żgħar ta’ mħabba, dejjem kien biex nigglorifika lil Alla (ara Mattew 5:16). Nittama li hekk kif jiena naqdi lil oħrajn, in-nies jagħrfu l-imħabba tiegħi lejn Missieri tas-Smewwiet u d-Dawl ta’ Kristu jħeġġeġ ġewwa fija.