2014
Nista’ Nieħu Gost Nirreġistra l-Ismijiet?
June 2014


Żgħażagħ

Nista’ Nieħu Gost Nirreġistra l-Ismijiet?

L-awtriċi tgħix f’ Veracruz, il-Messiku.

Jiena ħadt sehem fl-isfida li ngħatajna fil-wited tagħna li nirreġistraw 50,000 isem. Għall-ewwel ma kinetx ħaġa facli. Ħafna drabi kien ikun diffiċli mhux ħażin biex jirnexxieli naqra l-ismijiet li nkun iddawnlowdjajt, u xi kultant kien ikolli aptit ninjorahom kompletament u niddawnlowdja ismijiet differenti. Iżda mbagħad irrealizzajt li jekk kulħadd kien jaħsibha l-istess, dawk l-ismijiet kienu jibqgħu hemm sal-aħħar. Stajt nimmaġina kju sħiħ ta’ nies jistennew fid-dinja tal-ispirti, u dlonk iddeċidejt li nkompli nipprova naqra dawk l-ismijiet u nirreġistrahom mingħajr ma nagħmel ebda żball.

Tgħallimt inħobb verament lil dawk in-nies. Fhemt li huma verament kellhom bżonn l-għajnuna, u li aħna wkoll kellna bżonn l-għajnuna tagħhom. Bdejt nifhem aħjar li l-pjan perfett ta’ Missierna tas-Smewwiet ma jinjora lil ħadd. Meta nimxu wara l-ispirazzjoni u t-tagħlim tal-mexxejja magħżulin Tiegħu, aħna nesperjenzaw il-ħniena u l-imħabba infinità Tiegħu.

Li nirreġistra l-ismijiet kienet għalija esperjenza mill-aktar sabiħa. Tgħallimt napprezza u nħobb ħafna affarijiet dwar l-istorja tal-familja. Ksibt ukoll rigali ta’ valur kbir mingħand il-Mulej meta jiena obdejt xi ħaġa tant sempliċi bħalma hi r-reġistrar tal-ismijiet.