2014
Kun Af l-Istejjer Tiegħek
June 2014


Tfal

Kun Af l-Istejjer Tiegħek

Il-ġenituri u n-nanniet tiegħek għaddew minn bosta avventuri f’ ħajjithom—uħud minnhom lanqas biss taf bihom! Xi wħud mill-istejjer tagħhom jafu jġibulek tbissima, u jistgħu jgħinuk tkabbar il-fidi tiegħek f’ Missierna tas-Smewwiet. Iżda kultant anke l-adulti jibqgħu lura minħabba l-mistħija. Uża l-mistoqsijiet li ġejjin ħalli tgħinhom jiftakru wħud mill-istejjer favoriti tagħhom u ikteb ir-risposti tagħhom jew uri dak li jwieġbu billi tpinġi xi stampi.

  1. Irrakkontali liema kienu t-tliet mumenti li ġabulek l-akbar ferħ f’ ħajtek.

  2. Liema kien l-aktar mument imbarazzanti f’ ħajtek?

  3. Irrakkontali dwar il-jum li fih twelidt jiena.

  4. X’ kont tħobb tagħmel meta kont żgħir?

  5. Kif irnexxielek tikseb testimonjanza tal-evanġelju?

Ipprintja