2015
Il-Kwalitajiet Divini ta’ Ġesù Kristu: Mimli Qawwa u Glorja
Settembru 2015


Messaġġ tal-Għalliema taż-Żjajjar, Settembru 2015

Il-Kwalitajiet Divini ta’ Ġesù Kristu: Mimli Qawwa u Glorja

Bl-għajnuna tat-talb studja dan il-materjal u fittex sabiex tkun taf x’ għandek taqsam ma’ ħutek. Kif jista’ l-għarfien tiegħek tal-kwalitajiet divini tas-Salvatur ikabbar il-fidi tiegħek fih u jbierek lil dawk li int responsabbli minnhom permezz tat-tagħlim taż-żjajjar? Għal aktar informazzjoni, żuru reliefsociety.lds.org.

Immaġni
Motto tas-Soċjetà tal-Għajnuna

Fidi, Familja, Għajnuna

L-iskrittura tgħallimna li Ġesù Kristu “irċieva l-qawwa kollha, kemm fis-sema kif ukoll fl-art, u l-glorja tal-Missier kienet miegħu” (D&C 93:17). Il-Presbiteru M. Russell Ballard tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu qal li permezz ta’ din il-qawwa s-Salvatur tagħna ħoloq is-smewwiet u l-art, wettaq il-mirakli u kkumbatta l-uġigħ tal-Ġetsemani u l-Kalvarju.1 Hekk kif aħna nibdew nifhmu dan, il-fidi tagħna fi Kristu tikber u aħna nissaħħu.

Hekk kif aħna nagħmlu u nżommu l-patti tat-tempju, il-Mulej iberikna bil-qawwa Tiegħu. Linda K. Burton, il-president ġenerali tas-Soċjetà tal-Għajnuna, qalet: “Iż-żamma tal-patti ssaħħaħna, tqawwina u tipproteġina. … M’ilux iltqajt ma’ ħabiba ġdida u għażiża tiegħi. Hija qasmet miegħi ix-xhieda tagħha li wara li hi rċeviet l-għotja mqaddsa tagħha tat-tempju, hija ħassitha titqawwa bil-qawwa li tirreżisti t-tentazzjoni.”2

Nefi jaqsam magħna t-testimonjanza tiegħu dwar il-qawwa tal-patti “Jiena, Nefi, rajt il-qawwa tal-Ħaruf ta’ Alla, li niżlet … fuq il-poplu tal-patt tal-Mulej, … u huma ġew armati permezz tas-sewwa u permezz tal-qawwa ta’ Alla fl-ogħla glorja.”(1 Nephi 14:14).

Skrittura Addizzjonali

Ġeremija 51:15; Rivelazzjoni 1:6; Jacob 4:6–7; Mosiah 3:17

Mill-Iskrittura

Mimli kompassjoni għal Marta u Marija, Ġesù Kristu qajjem lil ħuhom Lazzru mill-mewt bil-qawwa ta’ Alla li Huwa kien jippossedi.

Ġesù wasal fid-dar ta’ Marta u Marija wara li Lazzru kien diġà ilu erbat ijiem midfun. Huma marru ħdejn il-qabar ta’ Lazzru, u Ġesù talab biex titneħħa l-blata li kienet qed tagħlaq il-qabar. Ġesù qal lil Marta: “Ma għedtlikx li jekk inti temmen, tara l-glorja ta’ Alla?” Imbagħad Huwa talab lil Alla l-Missier u “għajjat b’ leħen għoli, Lazzru, oħroġ!

“U dak li kien mejjet ħareġ, b’idejh u riġlejh infaxxati.” (Ara Ġwanni 11:1-45.) Is-Salvatur uża l-qawwa Tiegħu biex jifdina u jimlina bil-qawwa. Il-fidi tagħna fih tikber hekk kif aħna niftakru li Hu mimli qawwa u glorja.

Noti

  1. Ara M. Russell Ballard, “This Is My Work and My Glory,” Liahona, Mejju 2013, 18.

  2. Linda K. Burton, “The Power, Joy, and Love of Covenant Keeping,” Liahona, Nov. 2013, 111.

Ikkunsidraw Dan

Il-qawwa ta’ Alla kif tista’ tarmana bil-qawwa u l-glorja?

Ipprintja