2015
Nitjiebu fit-Talb
Settembru 2015


Żgħażagħ

Nitjiebu fit-Talb

Il-President Eyring jgħallem li l-familja tagħkom tista’ titbierek permezz tar-relazzjoni b’ saħħitha tagħkom ma’ Missierkom tas-Smewwiet. Intom tistgħu ssaħħu r-relazzjoni tagħkom miegħu billi ttejbu t-talb tagħkom! Dawn li ġejjin huma xi ftit ideat kif tistgħu tagħmlu dan:

Qabel tibdew titolbu, iddedikaw ftit minuti biex taħsbu dwar dak li tridu tgħidu. Ikkunsidraw xi mistoqsijiet li jista’ jkollkom jew xi ħwejjeġ li qed idejqukom—tistgħu anke tiktbuhom ħalli ma tinsewhomx. Użaw dan il-ħin ukoll biex twarrbu minn ġewwa moħħkom l-inkwiet kollu tal-jum ħalli tkunu tistgħu tiffukaw biss fuq is-sentimenti ġentili tal-Ispirtu s-Santu. Jekk ħsibijietkom jibdew jiddevjaw xi ftit waqt li tkunu qed titolbu, ippruvaw immaġinaw lil Missierna tas-Smewwiet qiegħed jismagħkom. Kunu speċifiċi meta titkellmu. Iddedikaw ukoll ftit minuti fi tmiem it-talba tagħkom biex tisimgħu x’ inhuma is-suġġerimenti tal-Ispirtu. Forsi tkunu tridu tniżżlu fuq id-djarju tagħkom is-sentimenti li intom tħossu.

Ftakru li t-talb ukoll għandu bżonn il-prattika, għalhekk tinkwetawx jekk iddumu tippruvaw jew jekk għall-ewwel issibuha xi ftit diffiċli! L-isforz li intom tagħmlu meta titolbu jgħinkom tibnu relazzjoni ma’ Alla li tbierek ġenerazzjonijiet sħaħ.

Ipprintja