2015
Ftakar fit-Talb
Settembru 2015


Tfal

Ftakar fit-Talb

Il-President Eyring jgħallem li huwa importanti li intom titolbu mal-familja tagħkom. Intom tistgħu tkunu ta’ eżempju għall-familja tagħkom billi titolbu ta’ kuljum. Tistgħu tfakkru wkoll lill-membri tal-familja tagħkom biex jingħaqdu magħkom ħalli titolbu flimkien. Ftakru din il-kwotazzjoni minn diskors ieħor mill-President Eyring: “Missierna tas-Smewwiet jisma’ t-talb tagħkom. Huwa jħobbkom. Huwa jafkom b’ isimkom” (“Continuing Revelation,” Liahona, Nov. 2014, 73). Iktbu din il-kwotazzjoni fuq biċċa karta u poġġuha fejn jistgħu jarawha l-membri kollha tal-familja tagħkom. B’ dan il-mod tkunu tistgħu dejjem tiftakru li Missierkom tas-Smewwiet jixtieq jisma’ x’ għandkom xi tgħidulu!

Ipprintja