Il-Kelma tal-Għerf
Din ir-rivelazzjoni, li rċieva l-Profeta Joseph Smith fl-1833, hija gwida mingħand Missierna tas-Smewwiet lil uliedu illum. Dan li ġej huma siltiet minn din ir-rivelazzjoni, li tistgħu ssibuhom f’ Doctrine and Covenants, sezzjoni 89:
“Kelma tal-Għerf, għall-benefiċċju tal- … knisja, u wkoll tal-qaddisin ta’ Sijon …
“Mogħtija bħala prinċipju b’wegħda marbuta magħha, adattata biex tilħaq lid-dgħajfin u lil dawk l-aktar dgħajfa fost il-qaddisin. …
“Araw, fis-sewwa, jgħidilkom il-Mulej: Minħabba l-ħażen u t-tattiċi li jeżistu u se jeżistu fi qlub dawk il-bnedmin li fl-aħħar jiem se jikkonfoffaw, jiena … nwiddibkom minn issa, billi nagħtikom din il-kelma tal-għerf permezz ta’ rivelazzjoni—
“Li mhux tajjeb li jkun hemm min fostkom jixrob l-inbid jew xi xorb ieħor qawwi. …
“Kif ukoll, it-tabakk mhux tajjeb għall-ġisem, lanqas għaż-żaqq, u mhux tajjeb għall-bniedem. …
“Kif ukoll, ix-xorb sħun [te u kafè] mhux tajjeb għall-ġisem jew għall-istonku.
“… Alla ordna l-ħxejjex tajbin kollha għall-iżvilupp, għan-natura, u għall-użu tal-bniedem. …
“Iva, anke l-laħam tal-bhejjem u tat-tjur tal-ajru, jiena, il-Mulej, ordnajtu għall-użu tal-bniedem b’ringrazzjament; madankollu għandu jittiekel bil-qjies. …
“Il-qamħ kollu hu tajjeb biex jittiekel mill-bniedem; l-istess frott il-friegħ; dak li jagħti l-frott, kemm fl-art kif ukoll ’il fuq mill-art. …
“U l-qaddisin kollha li jiftakru sabiex iħarsu u jwettqu dan il-kliem … għandhom jirċievu s-saħħa f’żokrithom u l-mudullun f’għadamhom;
“U għandhom jiksbu l-għerf u teżori ta’ għarfien kbir, saħansitra teżori moħbija;
“U għandhom jiġru u ma jgħejjewx, u jimxu u ma jħosshomx ħażin.
“U jiena, il-Mulej, nagħtihom wegħda, li l-anġlu l-qerriedi jgħaddi minn ħdejhom, bħal ulied Iżrael, u ma joqtolhomx. Amen” (Doctrine and Covenants 89:1, 3–5, 8–10, 12, 16, 18–21).