Fuljetti għat-Tagħlim
Nieqfu Nieħdu Sustanzi li Jagħmlu Ħsara


Nieqfu Nieħdu Sustanzi li Jagħmlu Ħsara

raġel wara l-istering

Jekk qed tuża t-tabakk, tixrob l-alkoħol, il-kafè u t-te, jew qed tieħu xi drogi illegali jew sustanzi vizzjużi oħra li jagħmlu ħsara, ieqaf issa. Inti tkun imbierek b’ġisem u spirtu aktar b’saħħtu. Xi nies waqgħu f’ċerti vizzji jew qed jużaw sustanzi li jagħmilha diffiċli li huma jieqfu minnhom. Jekk għandek diffikultà tieqaf tieħu dawn is-sustanzi vizzjużi, itlob lil Alla biex jgħinek teħles minn kull ħsieb, attività, u tentazzjoni li qed ikunu ta’ ħsara għalik u flokhom imla ħajtek b’influwenzi edifikanti, u tajbin għal saħħtek. Hekk kif ħajtek timlieha bi ħwejjeġ pożittivi u edifikanti, ftit li xejn jibqagħlek post għal dak li hu ta’ ħsara u negattiv. Is-suġġerimenti li ġejjin jistgħu jkunu ta’ għajnuna għalik:

  • Iddeċiedi li sa tieqaf. Itlob u sum b’fiduċja li l-Mulej sa jgħinek tegħleb il-vizzju li għandek.

  • Studja l-iskrittura. Immemorizza ċerti passaġġi u rrepetihom ta’ spiss. Huma jagħtuk qawwa spiritwali.

  • Itlob barka tas-saċerdozju biex tgħinek tirreżisti t-tentazzjoni.

  • Iddisponi minn sustanzi li jagħmlu ħsara, u qis li ma tiksibx aktar minnhom.

  • Niżżel fuq karta l-ħinijiet, il-postijiet, u s-sitwazzjonijiet li fihom ħassejt it-tentazzjoni li tikser il-Kelma tal-Għerf. Tkellem mal-ġenituri tiegħek, mal-konjuġi tiegħek, mal-missjunarji, u ma’ xi ħbieb li tista’ tafda dwar kif tista’ tevita dak li inti niżżilt fuq il-lista tiegħek. Per eżempju, sib xi passatempi ġodda li permezz tagħhom tevita li taqa’ fit-tentazzjoni. Kull meta tkun sa tħoss it-tentazzjoni riesqa, tista’ tisma’ xi mużika edifikanti, tmur taqdi lil ħaddieħor, taqra xi ktieb xieraq, jew inkella tagħmel xi daqsxejn eżerċizzju.

  • Ħu sehem fl-attivitajiet tal-Knisja. B’hekk inti tersaq aktar viċin il-Mulej u jkollok aktar qawwa tegħleb ix-xewqat li jkollok li tuża sustanzi li jagħmlu ħsara.

  • Fittex l-għajnuna ta’ xi grupp li jista’ jagħtik l-assistenza xierqa jew ikseb għajnuna professjonali.

  • Qatt tinsa li l-Mulej lest li jgħinek hekk kif inti tafda fih. Jista’ jkun veru diffiċli li tieqaf tieħu dawn is-sustanzi, u xi nies jerġgħu jaqgħu aktar minn darba fil-vizzji li kellhom, qabel ma huma jirnexxilhom jieqfu kompletament. Kompli pprova, u qatt titlef it-tama.

Jekk tkun umli u onest u titlob lil Alla u lil ħaddieħor għal għajnuna, inti tkun tista’ tegħleb il-vizzji tiegħek permezz tal-Espjazzjoni ta’ Ġesù Kristu.

Hekk kif inti tgħix il-Kelma tal-Għerf, inti tista’ tikseb il-barkiet imwiegħda lilek mill-Mulej.

Għanijiet u Pjanijiet