Fuljetti għat-Tagħlim
X’inhi l-Kelma tal-Għerf?


X’inhi l-Kelma tal-Għerf?

Il-Mulej żvela l-Kelma tal-Għerf lill-Profeta Joseph Smith. F’din ir-rivelazzjoni aħna ġejna mwissijin sabiex nastjenu mill-alkoħol, mit-tabakk, u minn xarbiet sħan, jiġifieri mill-kafè u t-te. Profeti li ġew wara għallmuna li m’għandniex nużaw sustanzi li fihom drogi illegali jew inkella xi sustanzi li jagħmlu ħsara jew li jistgħu jwaqqgħuk f’vizzju. Il-Kelma tal-Għerf tgħallem ukoll li m’għandniex nieklu l-laħam ta’ spiss u li għandna nieklu ċ-ċereali, il-frott, u l-ħaxix.