Fuljetti għat-Tagħlim
Barkiet tal-Kelma tal-Għerf


Barkiet tal-Kelma tal-Għerf

Familja bi prodotti mill-ġnien

Jekk iżżomm il-Kelma tal-Għerf inti ttejjeb is-saħħa fiżika u spiritwali tiegħek. Għalkemm inti mhux sa taħrab l-isfidi normali tas-saħħa, jekk tobdi dan il-kmandament inti tgħin sabiex ġismek u moħħok ikunu aktar b’saħħithom.

Fit-Testment il-Ġdid l-Appostlu Pawlu rrefera għall-ġisem bħala tempju: “Ma tafux li intom tempju ta’ Alla, u li l-Ispirtu ta’ Alla jgħammar fikom? Jekk xi ħadd jeqred it-tempju ta’ Alla, Alla jeqred lilu; għax qaddis hu t-tempju ta’ Alla, li hu intom” (1 Korintin 3:16–17).

Hekk kif inti żżomm il-Kelma tal-Għerf, il-parti delikata, sensittiva, u spiritwali tan-natura tiegħek tiġi mħejjija sabiex tirċievi l-gwida mingħand Alla. Tgħallem isma’ t-tnebbiħ u s-sentimenti spiritwali. Inti tiġi mwissi dwar il-periklu u tiġi ggwidat mill-Ispirtu s-Santu. L-għerf u l-għarfien tiegħek jikber. Ikollok aktar serħan il-moħħ, aktar kontroll tiegħek innifsek, u tħares lejn il-ħajja u lejn il-futur b’aktar kunfidenza.