Fuljetti għat-Tagħlim
Barkiet Meta Tgħix il-Liġi tal-Kastità


Barkiet Meta Tgħix il-Liġi tal-Kastità

Immaġni
family playing croquet

Hekk kif tgħix il-liġi tal-kastità, inti tkun espost aktar għall-influwenza tal-Ispirtu s-Santu. Permezz tal-gwida tal-Ispirtu s-Santu, inti tiżviluppa għerf akbar, tiffaċċja l-isfidi tal-ħajja b’ kuraġġ akbar, tħoss f’ ħajtek is-sapport u d-direzzjoni ta’ Alla u tkun ta’ eżempju għall-familja tiegħek u għal oħrajn. L-imħabba li għandek għall-mara (jew raġel) tiegħek issir aktar qawwija u profonda. Inti tesperjenza sens akbar ta’ paċi fil-moħħ.

Fl-iskrittura nitgħallmu li l-ferħ veru niksbuh meta aħna nobdu l-kmandamenti ta’ Alla (ara Mosiah 2:41) u li “l-ħażen qatt ma kien ferħ” (Alma 41:10).

Jekk inti ksirt il-liġi tal-kastità, Alla għamilha possibbli għalik li tindem u terġa’ titnaddaf mill-ġdid. Indem issa mid-dnubiet passati tiegħek u kkommetti ruħek li tibda tgħix din il-liġi sagra. Permezz tal-Att tal-Fidwa ta’ Ġesù Kristu u l-indiema vera, inti tista’ tiġi maħfur u tħoss verament il-paċi.

Ipprintja