Għaliex Għandi Nżomm il-Liġi tal-Kastità?
Missierek tas-Smewwiet tak il-liġi tal-kastità biex jipproteġik u jbierkek. Bħal kull ħaġa oħra sagra, l-intimità fiżika għandha tiġi espressa skont kif jidderieġi Alla. Hekk kif inti żżomm il-liġi tal-kastità, inti tgawdi l-hena, il-paċi u r-rispett lejk innifsek. Inti tgawdi l-fiduċja u l-kunfidenza fir-relazzjonijiet tiegħek fil-familja, u tiġi mbierek għax tkun kapaċi tikkontrolla lilek inniffsek. Inti tgawdi l-barkiet tal-evanġelju ta’ Ġesù Kristu permezz tal-influwenza tal-Ispirtu s-Santu.
Satana jwassal lin-nies biex jemmnu li l-intimità sesswali barra ż-żwieġ hija xi ħaġa aċċettata u saħansitra ta’ min jixtieqha. Iżda hija dnub serju; Alla minn dejjem għallem lil uliedu sabiex ikunu virtużi u puri (ara Esodu 20:14 u Alma 39:3–5). Dan il-prinċipju hu etern.
Li niksru l-liġi tal-kastità hu abbuż tal-qawwa li Alla ta biex tinħoloq il-ħajja; din hija diżubbidjenza lejh u lejn uliedu. Tmewwet l-ispiritwalità u spiss twassal għall-imrar, uġigħ ta’ qalb, mard u abort. Dawk li jiksru din il-liġi huma esposti għal influwenza akbar minn Satana. Dan id-dnub jaffettwa wkoll serjament lill-membri tal-familja u lil nies oħra.often leads to bitterness, heartache, divorce, disease, and abortion. Those who violate this law are exposed to greater influence from Satan. This sin also seriously affects family members and others.