Kastità
Missierek tas-Smewwiet iħobbok u jridek tkun ferħan issa u għal dejjem. Permezz tal-profeti Tiegħu huwa tak ċerti kunsilli u kmandamenti sabiex jgħinek. Wieħed mill-kmandamenti li huwa vitali għall-paċi u l-hena tiegħek huwa l-kmandament Tiegħu rigward il-purità sesswali, magħruf bħala l-liġi tal-kastità. Il-Mulej waqqaf din il-liġi mill-bidu taż-żminijiet, u Huwa enfasizza l-importanza tagħha lill-Profeta Joseph Smith bħala parti mir-Restawrazzjoni tal-evanġelju ta’ Ġesù Kristu. Sabiex nitgħammdu fil-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Jiem aħna għandna bżonn li nobdu dan il-kmandament.