X’inhi l-liġi tal-Kastità?
L-intimità fiżika bejn raġel u mara miżżewġin hija parti sabiħa u sagra mill-pjan ta’ Alla għal uliedu. Hija espressjoni ta’ mħabba fiż-żwieġ u tagħti ċ-ċans li raġel u mara miżżewġin jipparteċipaw fil-ħolqien tal-ħajja. Alla kkmanda li din il-qawwa sagra tiġi espressa biss bejn raġel u mara li huma miżżewġin legalment. Il-liġi tal-kastità tapplika kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa. Tinkludi astinenza stretta minn kull relazzjoni sesswali qabel iż-żwieġ u fedeltà u lealtà kompleta bejn il-koppja wara ż-żwieġ.
Barra li nirriservaw l-intimità sesswali għaż-żwieġ, aħna nobdu l-liġi tal-kastità billi nikkontrollaw il-ħsibijiet, il-kliem u l-għemil tagħna. Ġesù Kristu għallem, “Smajtu xi ntqal, La tagħmilx adulterju: imma jiena ngħidilkom li kull min iħares lejn mara biex jixtieqha jkun ġa għamel adulterju magħha f’ qalbu” (Mattew 5:27–28).