Kapitlu 30
Il‑Ġentili tal‑aħħar żmien huma ordnati sabiex jindmu, u jersqu lejn Kristu, u huma jingħaddu mad‑dar ta’ Iżrael. Madwar 34–35 W.K.
1 Agħtu widen, intom il‑Ġentili, u isimgħu l‑kliem ta’ Ġesù Kristu, Bin Alla l‑ħaj, li huwa ordnali biex ngħidilkom, kliem li jikkonċerna lilkom, għax araw, huwa ordnali li għandi niktbilkom u ngħidilkom:
2 Erġgħu lura, intom il‑Ġentili kollha, mit‑triq il‑ħażina; u indmu mill‑għemejjel ħżiena tagħkom, mill‑gideb u l‑qerq tagħkom, u miż‑żína tagħkom, u mill‑abominazzjonijiet sigrieti tagħkom, u mill‑allat foloz tagħkom, u mill‑qtil tagħkom, u mill‑frodi saċerdotali tagħkom, u mill‑għira tagħkom, u mill‑ġlied tagħkom, u mill‑ħażen u l‑abominazzjonijiet tagħkom, u ejjew għandi, u tgħammdu f’ismi, ħalli tkunu tistgħu tirċievu maħfra ta’ dnubietkom, u timtlew bl‑Ispirtu s‑Santu, ħalli tkunu tistgħu tingħaddu mal‑poplu tiegħi li ġej mid‑dar ta’ Iżrael.