Sejħiet tal-Missjoni
Kapitlu 6: Fittex Attributi Kristjani


“Kapitlu 6: Fittex Attributi Kristjani,” Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi: Gwida biex Naqsmu mal-Oħrajn l-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu (2023)

“Kapitlu 6,” Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi

Is-Sejħa tas-Sajjieda (Kristu jsejjaħ lil Pietru u Indri), ta’ Harry Anderson

Kapitlu 6

Fittex Attributi Kristjani

Ikkunsidra Dan

  • Li nfittex attributi Kristjani kif se jgħinni nissodisfa l-għan tiegħi bħala missjunarju?

  • Kif nista’ kemm infittex u nirċievi attributi Kristjani?

  • Fuq liema attribut jew attributi għandi niffoka bħalissa?

Introduzzjoni

Fil-bidu tal-ministeru mortali tiegħu, Ġesù mexa max-xatt tal-Baħar tal-Galilija u sejjaħ lil żewġ sajjieda, Pietru u Indri. “Imxu warajja,” qalilhom, “u jien nagħmilkom sajjieda tal-bnedmin” (Mattew 4:19; ara wkoll Mark 1:17).

Il-Mulej sejjaħ lilek ukoll għall-ħidma tiegħu, u hu jistiednek ukoll biex timxi warajh. “X’tip ta’ bnedmin għandkom tkunu?” Hu staqsiehom. “Fis-sewwa ngħidilkom, sewwasew kif jien jien” (3 Nefi 27:27).

Xi kapitli f’Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi jiffukaw fuq dak li għandek bżonn tagħmel bħala missjunarju, bħal kif għandek tistudja, kif tgħallem, u kif tissetja l-għanijiet. Ta’ importanza vitali daqs dak li tagħmel huwa min int u dak li qed issir. Dan huwa l-qofol ta’ dan il-kapitlu.

L-iskrittura tiddeskrivi l-attributi Kristjani li huma essenzjali għalik biex tfittex bħala missjunarju u matul ħajtek. Attribut Kristjan huwa kwalità jew attribut tan-natura u l-karattru tas-Salvatur. Dan il-kapitlu jiddeskrivi xi ftit minn dawn l-attributi. Studja dawn u l-iskrittura assoċċjata magħhom. Fittex attributi Kristjani oħrajn hekk kif tistudja passaġġi oħrajn tal-iskrittura.

Studju Personali

Studja Duttrina u Patti 4. X’attributi jidentifika l-Mulej bħala importanti għall-missjunarji? Dan it-tiftix tal-attributi kif se jgħinek tissodisfa l-għan missjunarju tiegħek?

“Fittex Dan Ġesù”

Il-profeta Moroni ħeġġeġ, “Nitlobkom biex tfittxu lil dan Ġesù li dwaru kitbu l-profeti u l-appostli” (Għeter12:41). Mod wieħed importanti biex tfittex lil Ġesù huwa li tagħmel sforz diliġenti biex titgħallem dwaru u ssir aktar bħalu. Il-missjoni tiegħek hija żmien ideali biex tiffoka fuq dan.

Hekk kif tistinka biex issir aktar bħal Kristu, se twettaq aħjar l-għan tiegħek bħala missjunarju. Se tesperjenza hena, paċi, u tkabbir spiritwali hekk kif l-attributi tiegħu jsiru parti mill-karattru tiegħek. Int se tistabbilixxi wkoll sisien biex tkompli ssegwih matul ħajtek.

Rigali mingħand Alla

Attributi Kristjani huma rigali mingħand Alla. Bħall-ħwejjeġ tajbin kollha, dawn ir-rigali jaslu permezz ta’ “l-grazzja ta’ Alla l-Missier, u anki l-Mulej Ġesù Kristu, u l-Ispirtu s-Santu” (Għeter 12:41).

Iffoka fuq Kristu hekk kif tfittex li tikkultiva l-attributi tiegħu (ara Duttrina u Patti 6:36). Dawn l-attributi mhumiex oġġetti f’xi lista ta’ kontroll. Mhumiex xi ħiliet li tiżviluppa f’xi programm ta’ titjib personali. Ma jinkisbux permezz biss ta’ determinazzjoni personali. Fil-fatt, tista’ tirċevihom hekk kif tagħmel l-almu tiegħek biex issir dixxiplu iktar devot ta’ Ġesù Kristu.

Itlob lil Alla biex ibierkek b’dawn l-attributi. Agħraf b’umiltà id-dgħufijiet tiegħek u l-ħtieġa tiegħek għall-qawwa f’ħajtek. Hekk kif tagħmel hekk, Hu “jagħmel ħwejjeġ dgħajfin isiru qawwija [fik]” (Għeter 12:27).

Proċess Gradwali

Li nsiru iktar bħas-Salvatur huwa proċess gradwali li jtawwal tul il-ħajja kollha. B’xewqa li nogħġbu lil Alla, tejjeb deċiżjoni waħda kull darba.

Stabar bik innifsek. Alla jaf li l-bidla u t-tkabbir jieħdu ż-żmien. Huwa kuntent bix-xewqat sinċiera tiegħek u se jbierkek għal kull sforz li tagħmel.

Int u tagħmel mill-aħjar biex issir iktar tixbah lil Kristu, ix-xewqat, il-ħsibijiet, u l-għemejjel tiegħek se jinbidlu. Permezz tal-Espjazzjoni ta’ Ġesù Kristu u l-qawwa tal-Ispirtu s-Santu, in-natura propja tiegħek ħa tiġi raffinata (ara Mosija 3:19).

Parley Pratt

L-Ispirtu s-Santu jespandi u jkabbar il-ħiliet tagħna. Huwa “jispira virtù, tjubija, ħlewwa, ġentilezza, u karità. … Fil-qosor, huwa, bħallikieku, mudullun għall-għadam, l-hena għall-qalb, id-dawl għall-għajnejn, il-mużika għall-widnejn, u l-ħajja għall-esseri kollu” (Parley P. Pratt, Key to the Science of Theology [1855], 98–99).

Studju tal-Iskrittura

Xjgħallmu dawn is-siltiet tal-iskrittura dwar li wieħed jimxi wara l-eżempju Ġesù Kristu?

X’tista’ titgħallem mis-siltiet tal-iskrittura li ġejjin dwar li wieħed għandu jfittex attributi Kristjani?

Qum u Imxi, ta’ Simon Dewey

Fidi f’Ġesù Kristu

Biex il-fidi twassal sas-salvazzjoni, trid tiċċentraha f’Ġesù Kristu (ara Atti 4:10–12; Mosija 3:17; Moroni 7:24–26). Meta jkollok il-fidi fi Kristu, inti tafdad fih bħala l-Iben il-Waħdieni ta’ Alla. Inti kunfidenti li hekk kif tindem, int se tinħafer minn dnubietek permezz tas-sagrifiċċju espjatorju tiegħu u titqaddes mill-Ispirtu s-Santu (ara 3 Nefi 27:16, 20).

Il-fidi ma tfissirx li int għandek għarfien perfett. Minflok, hija assigurazzjoni mill-Ispirtu ta’ ħwejjeġ li int ma tarax iżda li huma veri. (Ara Alma 32:21)

Int tesprimi l-fidi tiegħek permezz ta’ azzjoni. Dawn l-azzjonijiet jinkludu li wieħed jimxi wara t-tagħlim u l-eżempju tas-Salvatur. Jinkludu li nservu lil oħrajn u ngħinuhom jagħżlu li jimxu wara Kristu. Int tesprimi wkoll il-fidi tiegħek permezz tad-diliġenza, l-indiema, u l-imħabba.

Il-fidi hija prinċipju ta’ qawwa. Hekk kif teżerċizza l-fidi f’Ġesù Kristu, int se tkun imbierek bil-qawwa tiegħu addattata għaċ-ċirkostanzi tiegħek. Int se tkun tista’ tesperjenza mirakli skont ir-rieda tal-Mulej. (Ara Ġakobb 4:4–7; Moroni 7:33; 10:7.)

Il-fidi tiegħek f’Ġesù Kristu tikber hekk kif inti ssir aktar midħla tiegħu u tat-tagħlim tiegħu. Se tikber hekk kif tfittex fl-iskrittura, titlob sinċerament, u tobdi l-kmandamenti. Id-dubju u d-dnub jheddu lill-fidi.

Il-Presbiteru Neil L. Andersen

“Il-fidi mhix biss sentiment; hija deċiżjoni. Bit-talb, studju, ubbidjenza, u patti, aħna nibnu u nsaħħu lill-fidi tagħna. Il-konvinzjoni tagħna dwar s-Salvatur u l-ħidma tiegħu tal-aħħar żmien issir il-lenti qawwija li minnha aħna niġġudikaw kull ħaġa oħra. Imbagħad, meta nsibu lilna nfusna fil-prova tal-ħajja, … aħna għandna l-qawwa li nieħdu t-triq it-tajba” (Neil L. Andersen, “Dan kollu Veru, Le? Allura X’Hemm Iżjed Importanti Minnu?Liahona, Mejju 2007, 74.

Studju tal-Iskrittura

X’inhi l-Fidi?

Kif tikseb il-fidi, u x’tista’ tagħmel permezz tal-fidi?

Liema barkiet jaslu permezz tal-fidi?

Tama Ikbar, ta’ Joseph Brickey

Tama

It-tama mhix sempliċiment meta wieħed jaħseb affarjiet li jixtieq. Għall-kuntrarju, hija kunfidenza permanenti, mibnija fuq il-fidi tiegħek fi Kristu, li Alla se jwettaq il-wegħdiet tiegħu lilek (ara Moroni 7:42). Hija l-aspettattiva “tal-ġid li se jasal” permezz ta’ Kristu (Lhud 9:11).

L-għajn aħħarija tat-tama tiegħek hija Ġesù Kristu. Il-profeta Mormon staqsa, “U għalxiex għandkom tittamaw?” Huwa mbagħad wieġeb, “Intom għandkom ikollkom it-tama permezz tal-espjazzjoni ta’ Kristu u l-qawwa tal-qawmien tiegħu mill-imwiet, biex ilkoll tqumu għall-ħajja eterna, u dan minħabba l-fidi tagħkom fih skont il-wegħda” (Moroni 7:41; ara vrus 40–43).

Hekk kif tiċċentraw t-tama tagħkom fi Kristu, għandek l-assigurazzjoni li fl-aħħar mill-aħħar kollox se jseħħ għall-aħjar tagħkom” (Duttrina u Patti 90:24). Din l-assigurazzjoni tgħinek biex tippersevera fil-fidi meta tiffaċċja l-provi. Tista’ wkoll tgħinek tikber mill-provi u tiżviluppa reżiljenza u qawwa spiritwali. It-tama fi Kristu tipprovdi ankra għal ruħek (ara Għeter 12:4).

It-tama tagħtik kunfidenza li Alla se jkabbar l-isforzi diliġenti u ġusti tiegħek (ara Duttrina u Patti 123:17).

Mod kif tkabbar it-tama hija permezz tal-indiema. Li titnaddaf u tinħafer permezz tas-sagrifiċċju espjatorju ta’ Ġesù Kristu, dan iġeddek u jnissillek it-tama (ara Alma 22:16).

Nefi saħaq, “Għalhekk, ħarsu ’l quddiem b’ fidi ferma fi Kristu, u b’ dija qawwija ta’ tama, u mħabba lejn Alla u lejn il-bnedmin kollha” (2 Nefi 31:20). Hekk kif tgħix l-evanġelju, int se tikber fil-ħila tiegħek li “toktor fil-fidi” (Rumani 15:13).

Il-President Dieter F. Uchtdorf

“Fi żminijiet ta’ tiġrib, aħna nistgħu naħfnu mat-tama li kollox se ‘jseħħ għall-aħajr tagħkom’ hekk kif nimxui wara l-kunsill tal-profeti ta’ Alla. Din it-tip ta’ tama f’Alla, it-tjubija tiegħu, u l-qawwa tiegħu jġedduna bil-kuraġġ matul sfidi diffiċli u jagħtu l-qawwa lil dawk li jħossuhom mhedda bil-ħitan għoljin tal-biża’, dubju, u qtigħ ta’ qalb” (Dieter F. Uchtdorf, “Il-Qawwa Infinita tat-Tama,” Liahona, Nov. 2008, 23).

Studju tal-Iskrittura

X’inhi t-tama, u għal xiex nittamaw?

Kristu u t-Tfal, ta’ Minerva Teichert

Karità u Mħabba

Xi ħadd darba staqsa lil Ġesù, “Liema hu l-kmandament il-kbir, fil-liġi?” Ġesù wieġeb: “Ħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, u b’moħħok kollu. Dan hu l-kmandament il-kbir u l-ewwel wieħed. “U t-tieni jixbhu, Ħobb lil għajrek bħalek innifsek” (Mattew 22:37–39).

Il-karità hi “l-imħabba pura ta’ Kristu” [Moroni 7:47]. Tinkludi l-imħabba eterna ta’ Alla lejn uliedu kollha.

Il-profeta Mormon għallem, “Nitolbu lill-Missier bil-qawwa kollha ta’ qalbna, sabiex inkunu mimlijin b’din l-imħabba” (Moroni 7:48). Hekk kif titlob biex ikollok il-karità timla lil qalbek, int se ttiegħem l-imħabba ta’ Alla. L-imħabba tiegħek lejn il-bnedmin se tikber, u int se tasal biex tbda tħoss interess sinċier dwar il-kuntentizza eterna tagħhom. Int se tarahom bħala wlied Alla bil-potenzjal li jsiru bħalu, u int se taħdem għall-ġid tagħhom.

Int u titlob għar-rigal tal-karità, int se jkollok inqas tendenza li toqgħod taħseb fuq sentimenti negattivi bħar-rabja u l-għira. Se tonqod fik il-ġibda li tiġġudika u tikkritika lill-oħrajn. Inti se jkollok xewqa ikbar li tifhem kemm lilhom kif ukoll il-mod kif jaħsbuha. Inti se ssir iktar paċenzjuż u tipprova tgħin lin-nies meta jkunu qed isibuha diffiċli jew jaqtgħu qalbhom. (Ara Moroni 7:45.)

Il-karità, bħall-fidi, twasslek biex tagħmel xi ħaġa. Int tqawiwiha meta taqdi lil ħaddieħor u toffri lilek innifsek.

Il-karità hija trasformattiva. Il-Missier fis-Smewwiet isawwabha “fuq dawk kollha li tassew jimxu wara Ibnu, Ġesù Kristu; … ħalli meta huwa jidher aħna nkunu bħalu, … ħalli aħna niġu ppurifikati saħansitra bħal ma huwa pur” (Moroni 7:48).

Studju tal-Iskrittura

X’inhi l-karità?

Kif wera l-karità Ġesù?

X’nistgħu nitgħallmu dwar il-karità mill-iskrittura li ġejja?

Ester (ir-Reġina Ester), ta’ Minerva Teichert

Virtù

“Aħna nemmnu li għandna nkunu … virtużi,” jiddikjaraw l-Artikli tal-Fidi (1:13). Il-virtù hija mudell ta’ ħsibijiet u mġieba bbażati fuq standards morali għoljin. Hija fedeltà lejn Alla u lejn l-oħrajn. Parti essenzjali mill-virtù huwa li nagħmlu l-almu tagħna li nkunu, spiritwalment u fiżikament, indaf u puri.

Il-virtù toriġina fil-ħsibijiet u x-xewqat ta’ ġo fik. “Ħalli ħsibijietek jiżżejnu kontinwament bil-virtù,” qal il-Mulej (Duttrina u Patti 121:45). Iffoka fuq ħsibijiet ġusti u li jedifikaw, Ħsibijiet mhux xierqa warrabhom minn moħħok flok toqgħod taħseb fuqhom.

Moħħok huwa bħal palk ta’ teatru. Jekk tippermetti ħsibijiet mhux tajbin jitlajjaw fuq il-palk ta’ moħħok, hemm ċans ikbar li inti tidneb. Jekk b’mod attiv timla moħħok b’affarjiet tajbin, hemm iktar ċans li int tħaddan dak li hu virtuż u li tiċħad dak li huwa ħażin. Kun għaqli dwar dak li int tippermetti li tħalli jitla’ u jibqa’ fuq il-palk ta’ moħħok.

Hekk kif int tagħmel ħiltek biex tgħix ħajtek b’mod virtuż, “il-kunfidenza [tiegħek] se titqawwa fil-preżenza ta’ Alla; u … l-Ispirtu s-Santu se jkun is-sieħeb kontinwu tiegħek” (Duttrina u Patti 121:45–46).

Studju tal-Iskrittura

Xi tfisser li tkun virtuż?

Integrità

L-integrità tasal mill-ewwel kmandament tal-imħabba ta’ Alla (ara Mattew 22:37). Peress li tħobb lil Alla, int se tkun leali lejh f’kull waqt. Bħal ulied Ħelaman, int “timxi fis-sewwa quddiemu” (Alma 53:21).

Meta int għandek l-integrità, int tagħraf li hemm it-tajjeb u hemm il-ħażin, u li hemm verità assoluta—il-verità ta’ Alla. Int tuża l-volontà tiegħek biex tagħżel skont il-verità ta’ Alla, iu int tindem minnufih meta ma tagħmilx dan. Dak li inti tagħżel li taħseb—u dak li tagħmel meta tkun waħdek u temmen li ħadd mhu jarak—huwa kejl tajjeb tal-intergrità tiegħek.

Danjel fil-Ħofra tal-Iljuni, ta’ Clark Kelley Price

Integrità tfisser li ma tbaxxix l-istandards jew l-imġiba tiegħek biex timpressjona jew biex tkun aċċettat minn oħrajn. Tagħmel dak li hu tajjeb anke meta oħrajn jirridikolaw ix-xewqa tiegħek li tkun leali lejn Alla (ara 1 Nefi 8:24–28) Tgħix b’unur fl-ambjenti kollha, inkluż bil-mod kif tirrapreżenta ruħek onlajn.

Meta jkollok l-integrità, iżżomm il-patti ma’ Alla kif ukoll mal-patti ġusti lejn l-oħrajn.

L-integrità tinkludi li nkunu onesti ma’ Alla, magħna nfusna, mal-mexxejja, u mal-oħrajn. Int ma tigdibx, ma tisraqx, ma tqarraqx, jew ma tingannax. Meta tagħmel xi ħaġa ħażina, taċċetta r-responsabbiltà u tindem minflok tipprova tiġġustifika jew tirrazjonalizzaha.

Hekk kif tgħix b’integrità, se jkollok paċi interna u rispett għalik innifsek. Il-Mulej u l-oħrajn se jafdawk.

Studju tal-Iskrittura

Kif wera l-integrità Ġesù anki fl-iktar mumenti vulnerabbli tiegħu?

Kif urew integrità l-gwerriera ż-żgħar fl-armata ta’ Ħelaman?

Kif wera l-integrità Danjel? Alla kif bierek lil Danjel għall-integrità tiegħu?

Għaliex il-Mulej ħabb lil ħu Joseph Smith, Hyrum?

Żid mal-Fidi, Virtù, ta’ Walter Rane

Għarfien

Il-Mulej issuġġerixxa, “Fittex li titgħallem, saħansitra bl-istudju u anki bil-fidi” Duttrina u Patti 88:118). Waqt il-missjoni tiegħek u matul ħajtek, fittex l-għarfien, speċjalment għarfien spiritwali.

Studja l-iskrittura kuljum, kif ukoll kliem il-profeti ħajjin. Permezz tal-istudju u t-talb, fittex l-għajnuna għall-mistoqsijiet speċifiċi, sfidi, u opportunitajiet. Fittex passaġġi mill-iskrittura li tista’ tuża fit-tagħlim u fit-tweġib tal-mistoqsijiet dwar l-evanġelju.

Hekk kif tistudja b’mod diliġenti u permezz tat-talb, l-Ispirtu s-Santu se jdawwallek moħħok. Hu se jgħallmek u jagħtik spjegazzjoni. Se jgħinek tapplika t-tagħlim tal-iskrittura u tal-profeti tal-aħħar żmien fil-ħajja tiegħek. Bħal Nefi, int tista’ tgħid:

“Araw, ruħi titgħaxxaq bil-ħwejjeġ tal-Mulej; u qalbi tixtarr. … Araw, ruħi titgħaxxaq bil-ħwejjeġ tal-Mulej; u qalbi tixtarr kontinwament dwar il-ħwejjeġ li jiena rajt u smajt” (2 Nefi 4:15–16).

Studju tal-Iskrittura

L-għarfien kif jista’ jgħinek twettaq il-ħidma tal-Mulej?

Kif tista’ takkwisa l-għarfien?

persuna bid-dawl tax-xemx warajha

Sabar

Is-sabar hija l-kapaċità li tafda f’Alla meta tiffaċċja dewmien, oppożizzjoni, jew tbatija. Permezz tal-fidi tiegħek, int tafda fil-mod kif Alla jiskeda ż-żmien meta l-barkiet mwegħdin tiegħu jitwettqu.

Meta tistabar, inti tħares lejn il-ħajja minn perspettiva eterna. Ma tippretendix barkiet u eżiti immedjati. Ix-xewqat ġusti tiegħek normalment se jkunu realizzati “linja wara linja, … ftit minn hawn u ftit minn hemm” (2 Nefi 28:30). Xi xewqat ġusti ma jiġux realizzati sakemm mhux wara din il-ħajja.

Is-sabar mhux telqa jew rassenjazzjoni passiva. Hija “li bil-ħeġġa tagħmel l-affarjiet li int tista’ tagħmel” filwaqt li sservi lil Alla (Duttrina u Patti 123:17). Intom tiżirgħu, issaqqu, u tmantnu ż-żerriegħa, u Alla jagħti tkabbir “biż-żmien” (Alma 32:42; ara wkoll 1 Korintin 3:6–8). Int tagħmel il-ħidma bi sħubija ma’ Alla, billi tafda li meta inti tkun għamilt il-parti tiegħek, Huwa se jwettaq il-ħidma Tiegħu skont l-iskeda tiegħu u skont il-volontà individwali.

Is-sabar ifisser ukoll li meta xi ħaġa ma tistax tinbidel, int tasal biex taċċettaha b’kuraġġ, bi grazzja u b’fidi.

Żviluppa s-sabar ma’ oħrajn, inkluż is-sieħeb tiegħek u dawk li inti sservi. Stabar bik innifsek ukoll. Agħmel l-almu tiegħek biex toħroġ l-aħjar tiegħek innifsek waqt li tirrelizza li int se tikber pass pass.

L-istess bħal fil-każ ta’ attributi Kristjani oħra, li tikber fis-sabar huwa proċess li jtul il-ħajja kollha. Li teżerċizza s-sabar jaf ikollu influwenza ta’ fejqan fuq ruħek u fuq dawk ta’ madwarek.

Il-President Dieter F. Uchtdorf

“Il-sabar ifisser li tistenna u tissaporti b’mod attiv. Tfisser li ma naqtgħux qalbna minn xi ħaġa u nagħmlu dak li nistgħu—naħdmu, nittamaw, u neżerċitaw il-fidi; li nerfgħu t-tbatija bi qlubija, anke meta ndumu ma naqtgħu x-xewqat ta’ qalbna. Is-sabar mhux sempliċiment li tissaporti; hu meta tissaporti b’mod tajjeb!” Dieter F. Uchtdorf, “Ibqgħu fis-Sabar,” Liahona, Mejju 2010, 57).

studju personali

Studja Mosija 28:1–9.

  • X’kienu x-xewqat ta’ wlied Mosijja?

  • X’kien il-parir tal-Mulej lil dawk il-missjunarji? (Ara Alma 17:10–11; 26:27.)

  • X’kienu wħud mir-riżultati tas-sabar u d-diliġenza tagħhom? (Ara Alma 26.)

Ikteb it-tweġiba tiegħek fid-djarju tal-istudju tiegħek.

Studju tal-Iskrittura

Għaliex s-sabar huwa importanti? Kif inhuma relatati s-sabar u l-fidi?

Fil-Favur ma’ Alla (Ġesù Jitlob flimkien ma’ Ommu), ta’ Simon Dewey

Umiltà

L-umiltà hija li tkun lest biex tissottometti ruħek għar-rieda tal-Mulej. Hija r-rieda li tagħtiH l-unur għal dak li twettaq. Hija li tkun kapaċi titgħallem (ara Duttrina u Patti 136:32). L-umiltà tinkludi l-gratitudni għall-barkiet ta’ Alla u għar-rikonoxximent għall-bżonn tal-għajnuna kontinwa tiegħu. Hu għandu bżonn lil dawk li huma umli.

L-umiltà hija sinjal ta’ qawwa spiritwali, mhux ta’ dgħjufija. L-umiltà hija katalist vitali għall-iżvilupp spiritwali (ara Għeter 12:27).

Meta b’umiltà inti tafda fil-Mulej, jista’ jkollok l-assigurazzjoni li l-kmandamenti tiegħu huma għall-ġid tiegħek. Inti tħossok ċert li kapaċi tagħmel dak kollu li l-Mulej jeħtieġ minnek jekk inti tafda fih. Inti lest ukoll li tafda l-qaddejja tiegħu u timxi fuq il-parir tagħhom. L-umiltà se tgħinek tkun ubbidjenti, taħdem b’mod għaqli, u sservi.

L-oppost tal-umiltà hija l-kburija. Li tkun supperv ifisser li tafda aktar fik innifsek milli tafda f’Alla. Tfisser ukoll li tpoġġi l-affarijiet tad-dinja fuq l-affarijiet ta’ Alla. Il-kburija hija kompetittiva; dawk li huma kburin ifittxu li jkollhom aktar u jassumu li huma aħjar minn ħaddieħor. Il-kburija hija ostaklu kbir.

Studju tal-Iskrittura

Xi tfisser li tkun umli?

X’barkiet tirċievi meta tkun umli?

Kif tista’ tirrikonoxxi l-kburija fik innifsek?

Pawlu, l-appostlu, jgħallem folla

Diliġenza

Id-diliġenza hija sforz konsistenti u sinċier. Fil-ħidma missjunarja, id-diliġenza hija espressjoni tal-imħabba tiegħek lejn il-Mulej. Meta int tkun diliġenti, issib l-hena u s-sodisfazzjon fil-ħidma tal-Mulej (ara Alma 26:15).

Id-diliġenza tinkludi li tagħmel ħafna affarijiet tajbin mir-rieda ħielsa tiegħek minflok li tistenna lill-mexxejja jgħidulek x’għandek tagħmel (ara Duttrina u Patti 58:27–29).

Ibqa’ agħmel it-tajjeb anke meta tkun diffiċli jew meta tkun għajjien. Madanakollu, agħraf il-bżonn ta’ bilanċ u mistrieħ biex ma “tiġrix aktar milli tiflaħ” (Mosija 4:27).

Iċċentra qalbek u l-interessi fil-Mulej u fil-ħidma tiegħu. Evita affarijiet li jiddistrattawk mill-prijoritajiet tiegħek. Iffoka l-ħin u l-isforzi tiegħek fuq attivitajiet li se jkunu l-aktar effettivi fir-reġjun tiegħek u l-aktar ta’ għajnuna għan-nies li qed tgħallem.

Il-President Henry B. Eyring

“Din hija l-Knisja tal-Mulej. Hu sejħilna u afdana anke fid-dgħjufijiet li kien jaf li kellna. Hu kien jaf l-isfidi li se niffaċċjaw. Permezz tas-servizz fidil u permezz tal-Espjazzjoni tiegħu, aħna nistgħu nsiru rridu dak li jrid hu u nkunu dak li suppost inkunu biex inbierku l il dawk li nservu għalih. Hekk kif inservuh biżżejjed u bid-diliġenza, aħna nkunu mibdula. Aħna nistgħu nsiru aktar bħalu” (Henry B. Eyring, “Aġixxi bid-Diliġenza Kollha,” Liahona, Mejju 2010, 62–63).

Studju tal-Iskrittura

Xi tfisser li tkun diliġenti?

Għaliex il-Mulej jistenniek li tkun diliġenti?

Kif id-diliġenza tirrelata mal-volontà?

Elfejn Gwerrier Żagħżugħ (Elfejn Gwerriera Żgħażagħ), ta’ Arnold Friberg

Ubbidjenza

Is-servizz tiegħek bħala missjunarju huwa estenzjoni ta’ patti li għamilt ma’ Alla fil-magħmudija u fit-tempju. Meta rċivejt l-ordinanzi tal-magħmudija u tad-dotazzjoni, int għamilt patt li se żżomm mal-kmandamenti tiegħu.

Is-Sultan Benjamin għallem: “Jien nixtieq li intom tikkunsidraw l-istat imbierek u ta’ ferħ ta’ dawk li jżommu l-kmandamenti ta’ Alla. Għax araw, huma mberkin f’kull ħaġa, kemm temporali kif ukoll spiritwali; u jekk huma jibqgħu fidili sat-tmiem, huma jintlaqgħu fis-sema, fejn hemm huma jkunu jistgħu jgħammru ma’ Alla fi stat ta’ ferħ bla tmiem” (Mosija 2:41).

Li nobbdu l-kmandamenti hija espressjoni ta’ mħabba lejn il-Missier fis-Smewwiet u lejn Ġesù Kristu (ara Ġwanni 14:15). Ġesù qal, “Jekk tħarsu l-kmandamenti tiegħi, intom tibqgħu fi mħabbti; kif jiena ħarist il-kmandamenti ta’ Missieri u qiegħed f’imħabbtu.” (Ġwanni 15:10).

Imxi mal-linji gwida f’Standards tal-Missjoni għad-Dixxipli ta’ Ġesù Kristu. Imxi wkoll mat-tagħlim tal-president tal-missjoni u martu hekk kif jagħtu parir b’mod ġust.

Il-Presbiteru Dale G. Renlund

“L-ubbidjenza hija l-għażla tagħna. Is-Salvatur għamlu ċar dan. Hekk kif inhu ddikjarat fit-Traduzzjon ta’ Joseph Smith ta’ Luqa 14:28, Ġesù issuġġerixxa ‘Għalhekk, ħudu deċiżjoni dwar dan f’qalbkom, sabiex intom twettqu dak li jiena se ngħallimkom, u nikkmandakom.’ Hija daqshekk sempliċi. … Hekk kif nagħmlu dan, l-istabbiltà spiritwali tagħna se tavvanza bil-bosta. Aħna nevitaw naħlu ir-riżorsi mogħtija minn Alla u li nieħdu toroq żbaljati u distruttivi f’ħajjitna” (Dale G. Renlund, “Nikkostruwixxu Stabbiltà Spiritwali” [devozzjonali fi Brigham Young University, 16 ta’ Sett., 2014], 2, speeches.byu.edu).

Studju tal-Iskrittura

X’tista’ titgħallem mill-iskrittura li ġejja dwar l-ubbidjenza?

Kristu u s-Sajjieda (Lovest Thou Me More Than These), ta’ J. Kirk Richards

Mudell biex Insiru Aktar bħal Kristu

Il-mudell li ġej jista’ jgħinek tiżviluppa u tirċievi l-attributi deskritti f’dan il-kapitlu u attributi oħrajn deskritti fl-iskrittura:

  • Identifika l-attribut li tixtieq tfittex.

  • Ikteb deskrizzjoni ta’ dak l-attribut.

  • Agħmel lista u studja passaġġi mill-iskrittura li juru eżempji tal-attribut jew li jgħallmu dwaru.

  • Niżżel s-sentimenti u l-impressjonijiet tiegħek.

  • Fassal għanijiet u agħmel pjanijiet biex tara progress fl-attribut.

  • Itlob lil Alla biex jgħinek tiżviluppa l-attribut u biex tirċevih.

  • Evalwa l-progress tiegħek perjodikament.

Il-Presbiteru Jeffrey R. Holland

“Il-Muelj ibierek lil dawk li jridu jitjiebu, li jaċċettaw il-ħtieġa ta’ kmandamenti u jippruvaw iħarsuhom, li jgħożżu virtujiet Kristjani u jirsistu mill-aħjar li jistgħu li jiksbuhom. Jekk kultant tiżloq f’dik it-tfittxija, l-istess jiġrilu kulħadd; is-Salvatur qiegħed hemm biex jgħinek tkompli. … Ma ddumx wisq biex ikollok is-suċċess li qed tfittex” (Jeffrey R. Holland, “Għada l-Mulej Se Jwettaq Għeġubijiet Fostkom,” Liahona, Mejju 2016, 126).

Studju Personali

Identifika attribut minn dan il-kapitlu jew mill-iskrittura. Segwi l-mudell li għadu kemm ġie deskritt biex tifhem u tfittex l-attribut.

Ħares lejn it-tabella tal-missjunarju tegħek. Kif inhija differenti minn dawk li jilbsu l-impjegati ta’ xi kumpanija? Innota li żewġ partijiet mill-iktar prominenti huma ismek u l-isem tas-Salvatur.

  • Kif tista’ tirreppreżenta aħjar lis-Salvatur bħala wieħed mid-dixxipli Tiegħu?

  • Għaliex huwa importanti għan-nies li jassoċjaw lil ismek mas-Salvatur b’mod pożittiv?

Ikteb il-ħsibijiet tiegħek fid-djarju tal-istudju tiegħek.

Studju tal-Iskrittura

Irrevedi l-attributi mniżżlin fl-iskrittura li ġejja. Niżżel kwalunkwe impressjoni fid-djarju tal-istudju tiegħek.


Ideat għal Studju u Applikazzjoni

Studju Personali

  • Perjodikament imla l-“Attività tal-Attribut” fl-aħħar ta’ dan il-kapitlu.

  • Identifika attribut f’dan il-kapitlu. Staqsi lilek innifsek:

    • Kif nista’ nitgħallem iżjed dawr dan l-attribut?

    • Li nfittex dan l-attribut kif jista’ jgħinni nitjieb bħala ministru tal-evanġelju ta’ Ġesù Kristu.

  • Sib eżempji ta’ attributi Kristjani fil-ħajja tal-irġiel u n-nisa fl-iskrittura. Niżżel l-imprtessjonijiet tiegħek fid-djarju tal-istudju tiegħek.

  • Sib eżempji ta’ attributi Kristjani fil-mużika sagra tal-Knisja. Int u tfittex attribut, immemorizza l-kliem tal-innijiet jew għanjiet biex issib is-saħħa u l-qawwa. Irrepeti jew kanta l-kliem għalik innifsek biex tikseb l-ispirazzjoni u tistieden l-influwenza tal-Ispirtu.

Kumpann tal-istudju u Skambju ta’ Kumpann

  • Studja referenzi għal attributi Kristjani fil-Librerija tal-Evanġelju jew f’riżorsi oħra approvati. Iddiskuti kif tapplika dak li titgħallem. Tista’ wkoll tiddiskuti dak li tgħallimt fl-isforzi personali tiegħek biex issir bħal Kristu.

Kunsill tad-Distrett, Konferenzi taż-Żona, u Kunsill tat-Tmexxija tal-Missjoni

  • Bosta ġranet qabel il-kunsill jew il-konferenza, staqsi lil kull missjunarju biex jipprepara diskors ta’ ħames minuti fuq attribut Kristjan. Alloka ħin fil-laqgħa għal xi ftit missjunarji biex jaqsmu d-diskors tagħhom ma’ ħaddieħor.

  • Aqsam lill-missjunarji f’erba’ gruppi u agħtihom l-essajnment li ġej:

    Grupp 1: Aqra 1 Nefi 17:7–16 u wieġeb il-mistoqsijiet li ġejjin:

    • Nefi kif eżerċita l-fidi tiegħu?

    • X’għamel Kristjan Nefi?

    • X’wegħdiet għamel il-Mulej ma’ Nefi?

    • Dan kif japplika għall-ħidma missjunarja?

    Grupp 2: Aqra Mark 5:24–34 u wieġeb il-mistoqsijiet li ġejjin:

    • Din il-mara kif eżerċitat il-fidi tagħha f’Ġesù Kristu?

    • Kif kienet imfejqa?

    • Kif nistgħu nimxu fuq l-eżempju tagħha fl-isforzi missjunarji tagħna?

    Grupp 3: Aqra Ġakobb 7:1–15 u wieġeb il-mistoqsijiet li ġejjin:

    • Għaliex il-fidi ta’ Ġakobb kienet b’saħħitha biżżejjed biex tirreżisti l-attakk ta’ Serem?

    • Ġakobb kif eżerċita l-fidi meta tkellem ma’ Serem?

    • L-azzjonijiet ta’ Ġakobb kif kienu Kristjani?

    Grupp 4: Aqra Joseph Smith—Storja 1:8–18u wieġeb il-mistoqsijiet li ġejjin:

    • Joseph Smith b’liema modi eżerċita l-fidi tiegħu f’Ġesù Kristu?

    • Kif ġiet pruvata l-fidi tiegħu?

    • X’għamel li kien Kristjan?

    • Kif nistgħu nimxu fuq l-eżempju ta’ Joseph Smith?

    Wara li l-gruppi jispiċċaw, laqqa’ lill-missjunarji flimkien u staqsihom biex jaqsmu bejniethom dak li ddiskutew.

Mexxejja tal-Missjoni u Konsulenti tal-Missjoni

  • Staqsi lill-missjunarji biex jaqraw wieħed mill-erba’ Evanġelji fit-Testment il-Ġdid jew 3 Nefi 11–28. Ħeġġiġhom jenfasizzaw dak li s-Salvatur għamel u li jistgħu jagħmluh huma wkoll.

  • Uża t-tfassil tal-miri u l-ippjanar biex tgħallem lill-missjunarji dwar id-diliġenza. Uri kif id-diliġenza li tiffoka fuq in-nies hija espressjoni tal-imħabba.

  • Matul l-intervisti jew fil-konverżazzjonijiet, staqsi lill-missjunarji biex jitkellmu dwar l-attributi Kristjani li qed ifittxu.

Attività tal-Attribut

L-għan ta’ din il-polisi hu li jgħinek tidentifika opportunitajiet għall-iżvilupp spiritwali. Aqra kull punt t’hawn taħt. Iddeċiedi kemm hi veru dik l-istqarrija dwarek, u agħżel ir-rispons adattat. Ikeb ir-rispons tiegħek fid-djarju tal-istudju tiegħek.

Ħadd ma jista’ jwieġeb “dejjem” għal kull stqarrija. L-iżvilupp spiritwali huwa proċess tul ħajjitna. Din hija raġuni waħda għalxiex huwa eċċitanti u premjanti—għax hemm opportunitajiet infiniti biex tikber u tesperjenza l-barkiet tal-iżvilupp.

Kun komdu li tibda minn fejn tinsab. Agħmel patt miegħek innifsek biex tagħmel xogħol spiritwali li hemm bżonn biex tikber. Fittxu l-għajnuna ta’ Alla. Meta tiltaqa’ ma’ intoppi, ara li jkollok il-kunfidenza li Hu se jgħinek. Hekk kif titlob, fittex gwida dwar liema attributi għandek tiffoka f’ħinijiet varji matul il-missjoni tiegħek.

Gwida tar-Rispons

  • 1 = qatt

  • 2 = xi drabi

  • 3 = spiss

  • 4 = kważi dejjem

  • 5 = dejjem

Fidi

  1. Jien nemmen fi Kristu u naċċettah bħala s-Salvatur tiegħi. (2 Nefi 25:29)

  2. Inħossni kunfidenti li Alla jħobbni. (1 Nefi 11:17)

  3. Nafda biżżejjed fis-Salvatur biex naċċetta r-rieda tiegħu u nagħmel dak li jistaqsini. (1 Nefi 3:7)

  4. Nemmen li permezz tal-Espjazzjoni ta’ Ġesù Kristu u l-qawwa tal-Ispirtu s-Santu, nista’ niġi maħfur minn dnubieti u mqaddes hekk kif nindem. (Enos 1:2–8)

  5. Għandi fidi li Alla jisma’ u jwieġeb it-talb tiegħi. (Mosija 27:14)

  6. Naħseb fis-Salvatur matul il-ġurnata u niftakar dak li hu għamel miegħi. (Duttrina u Patti 20:77, 79)

  7. Għandi fidi li Alla se jġibli affarijiet sbieħ fil-ħajja tiegħi u fil-ħajja tal-oħrajn hekk kif aħna niddedikaw ħajjitna għalih u għal Ibnu. (Għeter 12:12)

  8. Jiena sirt naf bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu li l-Ktieb ta’ Mormon kien vera. (Moroni 10:3–5)

  9. Għandi fidi li nilħaq dak li Kristu jridni nagħmel. (Moroni 7:33)

Tama

  1. Waħda mill-akbar xewqat tiegħi hija li niret ħajja eterna fis-saltna ċelestjali. (Moroni 7:41)

  2. Inħossni kunfidenti li se jkolli missjoni kuntenta u ta’ suċċess. (Duttrina u Patti 31:3–5)

  3. Inħossni fil-paċi u ottimista dwar il-futur. (Duttrina u Pati 59:23)

  4. Nemmen li xi darba se ngħammar ma’ Alla u nsir bħalu. (Għeter 12:4)

Karità u Mħabba

  1. Inħoss xewqa sinċiera għall-benesseri etern u mħabba lejn l-oħrajn. (Mosija 28:3)

  2. Meta nitlob, nistaqsi għall-karità—l-imħabba pura ta’ Kristu. (Moroni 7:47–48)

  3. Nipprova nifhem is-sentimenti tal-oħrajn u nara l-punt tagħhom. (Ġuda 1:22)

  4. Naħfer lil dawk li offendewni jew weġġgħuni. (Efesin 4:32)

  5. Nersaq bi ħġari u b’imħabba biex ngħin lil dawk li huma waħedhom, qed ibatu, jew skoraġġuti. (Mosija 18:9)

  6. Meta huwa possibbli, nesprimi l-imħabba u nieħu ħsieb lill-oħrajn billi nimministrahom permezz tal-kelma u l-għemil. (Luqa 7:12–15)

  7. Infittex opportunitajiet biex inservi lill-oħrajn. (Mosija 2:17)

  8. Ngħid affarijiet pożittivi dwar l-oħrajn. (Duttrina u Patti 42:27)

  9. Jien qalbi tajba u għandi sabar mal-oħrajn, anke meta dawn ikunu diffċli biex nagħmilha magħhom. (Moroni 7:45)

  10. Insib il-ferħ fis-suċċessi tal-oħrajn. (Alma 17:2–4)

Virtù

  1. Jien nadif u pur f’qalbi. (Salm 24:3–4)

  2. Għandi xewqa li nagħmel it-tajjeb. (Mosija 5:2)

  3. Jien niffokaw fuq ħsibijiet ġusti u edifikanti u nwarrab minn moħħi ħsibijiet indenji li jwasslu għal għemejjel mhux xierqa. (Duttrina u Patti 121:45)

  4. Jien nindem minn dnubieti u nagħmel ħilti biex negħleb id-djgħufijiet tiegħi. (Duttrina u Patti 49:26–28; Għeter 12:27)

  5. Jien nħoss l-influwenza tal-Ispirtu s-Santu f’ħajti. (Duttrina u Patti 11:12–13)

Integrità

  1. Jien leali ma’ Alla f’kull ħin. (Mosija 18:9)

  2. Jien ma nbaxxix l-istandards jew l-imġiba sabiex nimpressjona lill-oħrajn jew niġi aċċettat minnhom. (1 Nefi 8:24–28)

  3. Jiena onest ma’ Alla, miegħi nnifsi, il-mexxejja tiegħi, u l-oħrajn. (Duttrina u Patti 51:9)

  4. Jiena tista’ toqgħod fuqi. (Alma 53:20)

Għarfien

  1. Jien inħossni konfidenti fil-fehim tad-duttrina u l-prinċipji tal-evanġelju. (Alma 17:2–3)

  2. Jiena nistidja l-iskrittura kuljum. (2 Timotju 3:16–17)

  3. Jien infittex li nifhem il-verità u nsib it-tweġibit għall-mistoqsijiet tiegħi. (Duttrina u Patti 6:7)

  4. Jien infittex għarfien u gwida permezz tal-Ispirtu. (1 Nefi 4:6)

  5. Jien ngħożż id-duttrina u l-prinċipji tal-evanġelju. (2 Nefi 4:15)

Sabar

  1. Jien nistenna b’sabar li jitwettqu l-barkiet u l-wegħdiet tal-Mulej. (2 Nefi 10:17)

  2. Jien kapaċi nistenna għal affarjiet mingħajr ma nħossni tturbulat u frustrat. (Rumani 8:25)

  3. Jien għandi s-sabar bl-isfidi tal-ħajja missjunarja. (Alma 17:11)

  4. Jien għandi sabar mal-oħrajn. (Rumani 15:1)

  5. Jien għandi sabar miegħi nnifsi u niddependi fuq il-Muelj hekk kif nistinka biex negħleb id-dgħufijiet tiegħi. (Għeter 12:27)

  6. Jien niffaċċja l-avversità bis-sabar u l-fidi. (Alma 34:40–41)

Umiltà

  1. Jiena ta’ qalb umli u ġwejda. (Mattew 11:29)

  2. Jien niddependi fuq Alla għall-għajnuna. (Alma 26:12)

  3. Jiena grat għall-barkiet li rċevejt mingħand Alla. (Alma 7:23)

  4. It-talb tiegħi huwa serju u sinċier. (Enos 1:4)

  5. Jien napprezza direzzjoni mill-mexxejja jew l-għalliema tiegħi. (2 Nefi 9:28–29)

  6. Jiena nagħmel ħilti biex inkun sottomess għar-rieda ta’ Alla. (Mosija 24:15)

Diliġenza

  1. Jien naħdem b’mod effettiv, anki meta hemm minn qiegħed attent fuqi. (Duttrina u Patti 58:26-27)

  2. Jien niffoka l-isforzi tiegħi fuq l-aktar affarijiet importanti. (Mattew 23:23)

  3. Għandi talba personali minn tal-inqas darbtejn kuljum. (Alma 34:17–27)

  4. Jien niffoka l-ħsibijiet fuq is-sejħa tiegħi bħala missjunarju. (Duttrina u Patti 4:2, 5)

  5. Jien infassal miri u nippjana regolarment. (Duttrina u Patti 88:119)

  6. Jien naħdem iebes sakemm ix-xogħol ikun lest. (Duttrina u Patti 10:4)

  7. Jien insib l-hena u s-sodisfazzjoni fix-xogħol tiegħi. (Alma 36:24–25)

Ubbidjenza

  1. Meta nitlob, nistaqsi għall-qawwa biex nirreżisti t-tentazzjoni u biex nagħmel dak li hu tajjeb. (3 Nefi 18:15)

  2. Jiena denju biex ikolli rakkomandazzjoni tat-tempju. (Duttrina u Patti 97:8)

  3. Lest li nobdi r-regoli tal-missjoni u nimxi wara l-kunsill tal-mexxejja. (Lhud 13:17)

  4. Jien nagħmel ħilti biex ngħix fuq il-liġijiet u l-prinċipji tal-evanġelju. (Duttrina u Patti 41:5)