“Kapitlu 7: Tgħallem il-Lingwa tal-Missjoni Tiegħek,” Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi: Gwida biex Naqsmu mal-Oħrajn l-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu (2023)
“Kapitlu 7,” Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi
Kapitlu 7
Tgħallem il-Lingwa tal-Missjoni Tiegħek
Ħejji Lilek Innifsek Spiritwalment
Il-Mulej iidikjara, “Ħalli kull bniedem jisma’ l-milja tal-evanġelju fl-ilsien tiegħu, u fil-lingwa tiegħu, permezz ta’ dawk ordnati biex ikollhom dil-qawwa” (Duttrina u Patti 90:11).
Hawnhekk isfel għandek issib lista ta’ modi biex tqawwi l-fidi li l-Mulej se jgħinek tgħallem u tagħti xhieda bil-lingwa tal-missjoni tiegħek.
-
Emmen li ġejt imsejjaħ li int ta’ Alla minn profeta.
-
Itlob għall-għajnuna ta’ Alla permezz ta’ talb sinċier.
-
Żomm ruħek bieżel billi tistudja, tipprattika, u tuża l-lingwa tal-missjoni tiegħek kuljum.
-
Kun den tas-sħubija tal-Ispirtu s-Santu billi tħares il-kmandamenti u tgħix l-istandards tal-missjunarji.
-
Ippurifija l-mottovi tiegħek billi tħobb lil Alla u billi jħobb lil uliedu u tixtieq li tbirikhom.
Kun Iddedikat u Diliġenti
Li titgħallem li tgħallem b’mod effettiv bil-lingwa tal-missjoni tiegħek jitlob sforz diliġenti u d-doni tal-Ispirtu. Tkunx sorpriż jekk il-biċċa xogħol tidher diffiċli. Teħtieġ iż-żmien. Stabar bik innifsek. Hekk kif tiddedika ruħek biex titgħallem il-lingwa, int se tikseb il-ħiliet meħtieġa biex twettaq l-għan tiegħek bħala missjunarju.
Inti mintix waħdek b iex titgħallem il-lingwa tal-missjoni tiegħek. Il-Missier fis-Smewwiet u Ġesù Kristu se jgħinuk hekk kif inti tfittex l-għajnuna tagħhom. Qis li tkun lest biex tgħin lil sieħbek, il-membri, lil dawk li tgħallem, lil missjunarji oħrajn, u nies oħra.
Isma’ bir-reqqa kolllha u tkellem il-lingwa f’kull opportunità. Tibżax li tagħmel żbalji. Kull min jitgħallem lingwa ġdida jagħmel l-iżbalji. In-nies se jagħrduk, u se japprezzaw l-isforzi tiegħek biex titgħallem il-lingwa tagħhom.
Ibqa’ tejjeb il-ħiliet tiegħek tal-lingwa sa tmiem il-m issjoni tiegħek. Hekk jif tikber l-abbiltà tiegħek li titkellem il-lingwa, in-nies jibdew jisimgġu iktar dak li inti tgħid mill-mod ta’ kif tgħidu. Int se tkun inqas konċernat kif tikkomunika u iktar kapaċo tirrispondi għall-ħtiġijiet tal-oħrajn.
“Aħna nixtiequ … nittamaw li kull missjunarju li qed jitgħallem lingwa ġdida … se jitgħallimha tajjeb b’kull mod possibbli. … Hekk kif tagħmlu dan, il-ħiliet tagħkom tat-[tagħlim] u tat-testimonjanza se jitjiebu. Se jilqgħukom aħjar u se tħallu impressjoni aqwa fuq [in-nies li intom tgħallmu]. …
“Tkunux sodisfatti biss b’dak li nsejħlu vokabularju missjunarju. Stinkaw kemm tifilħu fil-lingwa, u se tiksbu aċċess ikbar fil-qlub tan-nies” (Jeffrey R. Holland, xandira lill-missjunarji bis-sattelita, Aww. 1998).
Ibqa’ uża l-lingwa tal-missjoni tiegħek meta tmur lura d-dar. Il-Mulej investa ħafna fik, u forsi għandu użi tal-ħiliet tiegħek fil-lingwa iktar ’il quddiem f’ħajtek.
Tgħallem l-Ingliż
Jekk ma titkellimix l-Ingliż, jeħtieġ li tistudjah bħala missjunarju. Dan se jbierkek matul il-missjoni tiegħek u matul ħajtek kollha. Li titgħallem l-Ingliż se jbierek ukoll lill-familja tiegħek.
Għal iktar għajnuna biex titgħallem l-Ingliż, ara EnglishConnect for Missionaries.
Il-Prinċipji tat-Tagħlim ta’ Lingwa
Aċċetta r-Responsabbiltà
Fassal għanijiet biex ittejjeb l-abbiltà tiegħek fil-lingwa, u aġġustahom b’mod regolari. Oħloq plan ta’ studju tal-lingwa Uża l-lingwa f’kull opportunità
Agħmel l-Istudju Tiegħek Sinifikattiv
Applika dak li tistudja lil sitwazzjoni li jixbhu lill-ħajja reali u fl-attivitajiet ta’ kuljum tiegħek. Iffoka fuq lingwa li se tgħinek tgħid dak li għandek bżonn tgħid.
Fittex li Tikkomunika
Tkellem bil-lingwa ma’ sieħbek kemm tiflaħ. Ħu vantaġġ mill-kull opportunità biex titgħallem u tipprattika. Per eżempju, tista’ titlob missjurnarju li qed jirritorna jew xi ħadd li int qed tgħallem biex jgħinuk fil-lingwa. M’hemm xejn aħjar minn meta titkellem ma’ kelliem nattiv tal-lingwa.
Tikkomparax
Tikkomparax il-ħiliet tiegħi tal-lingwa ma’ dawk tal-kumpann tiegħek jew ta’ missjunarji oħrajn. Il-paraguni jwasslu jew għall-kburija jew għall-qtugħ ta’ qalb.
Tgħallem Kunċenti Ġodda bir-Reqqa
Irrevedi b’mod regolari dak li tkun studjajt, u pprattikah f’sitwazzjonijiet ġodda. Dan se jgħinek tiftakar u tapplika dak li tkun tgħallimt.
Oħloq Pjan ta’ Studju tal-Lingwa
Pjan ta’ studju tal-lingwa jgħin kemm missjunarji ġodda u kemm dawk esperjenzati biex jiffukaw fuq dak li jistgħu jagħmlu ta’ kuljum biex itejbu l-abbiltà tagħhom li jitkellmu l-lingwa tal-missjoni tagħhom. Il-pjan tiegħek għandu jinkludi dak li se tagħmel matul il-ħin tal-istudju tiegħek u matul il-ħin kollu tal-ġurnata.
Dawn il-passi li ġejjin juru kif tista’ toħloq pjan ta’ studju tal-lingwa billi tuża proċess ta’ objettivi mfassla minn kapitlu 8. Addatta dan il-proċess kif meħtieġ.
-
Bl-għajnuna tat-talb fassal għanijiet u agħmel pjanijiet Fassal għanijiet ta’ kull ġimgħa u ta’ kuljum biex ittejjeb l-abbiltà tiegħek biex tkkomunika u tgħallem l-evanġelju. Inkludi affarjiet li jeħtieġlek titgħallem bl-amment, bħal kliem, frażijiet, skrittura, u passaġġi.
-
Irrekordja u organizza skeda. Iddeċiedi liema għodda tal-lingwa se jgħinuk tikseb l-għanijiet tiegħek. L-għdda tal-lingwa jafu jinkludu skrittura, dizzjunarji, kotba ta’ grammatika, it-TALL, l-app Embark, u oħrajn. Organizza skeda meta int se tistudja u tuża l-lingwa b’mod formali. Per eżempju, tista’ torganizza skeda biex taqra b’leġeb għoli l-Ktieb ta’ Mormon għal 15-il minuta kuljum matul il-pranzu.
-
Aġixxi fuq il-Pjan Tiegħek Il-Mulej iħobb l-isforz, u għalhekk qis li taħdem b’mod diliġenti biex twettaq l-objettivi tiegħek. Ipproteġi l-ħin tiegħek għall-istudju tal-lingwa u oħloq skeda ġdida ’l quddiem jekk jinqalgħu xi konflitti.
-
Reviżjoni u segwitu Irrevedi ta’ spiss il-pjan tiegħek tal-istudju sabiex tevalwa kemm qed jaħdem tajjeb. Stieden lill-kumpann tiegħek, lill-mexxejja tal-missjoni, lill-membri, u lil nies oħra fiż-żona tiegħek biex jissuġġerixxu modi fejn tista’ titjieb. Ipparteċipa f’evalwazzjonijiet tal-lingwa skedatai regolarment biex tifli l-progress tiegħek u tidentifika modi kif titjieb.
Sib bilanċ fl-istudju tal-lingwa li qed issegwi f’dak li huwa objettivi fit-tul b iex toħloq sisien tal-lingwa u objettivi fil-qosor għal attivitajiet speċifiċi u nies li qed tgħallem.
Matul il-ħin tal-istudju formali tal-lingwa, ibbilanċja l-għanijiet u l-pjanijiet tiegħek mifruxa fuq ir-reġjuni bażiċi tal-lingwa li qed jidhru hawn isfel. Iddeċiedi x’se titgħallem matul il-ġurnata.
ħiliet tas-smigħ |
ħiliet tal-qari |
grammatika |
ħiliet tat-taħdit |
ħiliet tal-kitba |
vokabularju |
Tgħallem mal-Kumpanni Tiegħek
Għin lill-kumpanni tiegħek jesperjenzaw suċċess u jiksbu l-kunfidenza li se jitgħallmu l-lingwa tal-missjoni jew il-lingwa Ingliża. B’mod sinċier u frekwenti kkumplimenta lill-kumpanni tiegħek u lil missjunarji oħrajn fuq il-progress tagħhom.
Ipprovdi feedback sempliċi u prattiku b’mod ġentili. Agħtihom ħafna opportunitajiet biex jgħallmu u jagħtu xhieda b’suċċess. Innota kif missjunarju b’aktar esperjenza għen lill-kumpanni tiegħu f’dan ir-rakkont veru li ġej:
Għadni kemm wasalt fit-tieni reġjun tiegħi meta l-kumpann tiegħi qalli li kien imiss lili nagħti l-ħsieb spiritwali tiegħi fil-ħin tal-ikla ta’ filgħaxija. L-ewwel kumpann tiegħi dejjem kien kuntent li jagħmel it-tagħlim hu, u kont drajt nagħti sehem żgħir mil-lezzjoni u mbagħad noqgħod nisma’.
Ippruvajt nikkonvinċi lill-kumpann tiegħi li hu għandu jagħti l-ħsieb spiritwali, imma hu inkuraġġieni biex nieħu dan l-irwol. Jien ipprattikajt bl-għajnuna tiegħu.
Meta l-mument wasal, ftaħt l-iskrittura u qrajt minn 3 Nefi 5 u 7. Batejt imma rnexxieli nispjega għalxiex ħassejt li l-passaġġi magħżula kienu sinifikanti, u ħadt ir-ruħ meta lestejt. Meta ġejt mistoqsi mistoqsija, ħarist lejn il-kollega tiegħi biex iwieġeb, imma hu ma fetaħx ħalqu. Dak kien il-mument meta bqajt iċċassat bija nnifsi kif ħriġt bi tweġiba bi Franċiż li jinftiehem. Kont skantat aktar li l-membru ma deherx li ħass li jiena ma kontx ċert dwar il-ħiliet ta’ komunikazzjoni tiegħi. Ksibt il-kunfidenza u rrealizzajt li l-Franċiż tiegħi kien aħjar minn kemm ħsibtu jiena.
Il-ġimgħat għaddew, u l-kumpann tiegħi kompla jħallini ngħallem—anke meta ma ħsibtx li nista’ nagħmilha u anke jekk hu probabbilment kien xettiku jekk nistax nagħmilha jew le. Ħassejt li kont sirt għodda ta’ Missierna fis-Smewwiet minflok sempliċiment kumpann kwiet.
Nitgħallmu l-Kultura u l-Lingwa
Il-kultura u l-lingwa huma relatati ħafna. Li tifhem il-kultura tan-nies se tgħin biex tispjega l-mod li bih il-lingwa qed tintuża. Dan il-fehem se jgħinek ukoll tikkomunika l-aspetti uniċi tal-messaġġ tar-Restawrazzjoni b’tali mod li jkun ċar għan-nies.
Waħda mill-akbar affarijiet li tista’ tagħmel biex tiggwadanja l-fidi u l-imħabba tan-nies hija li tirrispetta u tħaddan il-kultura tagħhom b’modi xierqa. Ħafna missjunarji kbar għamlu dan (ara 1 Korintin 9:20–23).
Id-Don tal-Ilsna
Id-doni tal-Ispirtu s-Santu huma reali. Id-don tal-ilsna u l-interpretazzjoni tal-ilsna għandu ħafna manifestazzjonijiet differenti. Xi wħud minn dawn jinkludu t-taħdit, il-fehem, u l-interpretazzjoni tal-lingwi. Illum il-ġurnata id-don tal-ilsna ħafna darbi huwa manifestat fit-tagħlim imsaħħaħ mill-Ispirtu u fl-istudju biex jgħin lill-missjunarji jitgħallmu l-lingwa fil-missjoni tagħhom.
L-Ispirtu s-Santu jista’ jimmanifesta l-verità tat-testimonjanza tiegħek anke jekk jeżisti ostaklu tal-lingwa bejnek u bejn dawk li tgħallem. Bl-istess mod, l-Ispirtu s-Santu jista’ jfakkrek fi kliem u frażijiet biex jgħinek tifhem x’qed jgħidu n-nies minn qalbhom.
Ħafna drabi, mhux se tikseb dawn id-doni mingħajr sforz. Int għandek bżonn tfittixhom b’mod attiv biex tbierek lill-oħrajn (ara Duttrina u Patti 46:8–9, 26). Parti mit-tfittxija għad-don tal-ilsna huwa li taħdem u tagħmel dak kollu li tista’ biex titgħallem il-lingwa. Kun paċenzjuż hekk kif tistudja permezz tat-talb u tipprattika l-lingwa. Afda li l-Ispirtu se jgħinek hekk kif tagħmel sforz diliġenti. Ara li jkollok fidi li int jista’ jkollok id-don tal-ilsna jgħin lilek u lil dawk li tgħallem.
Meta tbati biex tesprimi ruħek b’mod ċar kif tixtieq, ftakar li l-Ispirtu huwa kapaċi jitkellem mal-qlub ta’ ulied Alla. Il-President Thomas S. Monson għallem:
“Hemm lingwa waħda … li hija komuni għal kull missjunarju—il-lingwa tal-Ispirtu. Wieħed ma jitgħallimhiex minn kotba tal-iskola miktubin minn skulari, u lanqas ma jiksibha permezz tal-qari u ta’ kemm jitgħallem bl-amment. Il-lingwa tal-Ispirtu tiġi għand dak li jfittex b’qalbu kollha li jkun jaf lil Alla u li jħares il-kmandamenti Divini Tiegħu. Il-profiċjenza f’din il-lingwa tippermetti lil dak li jkun jinfed il-barrieri, jegħleb l-ostakli, u jmiss il-qalb umana” (“L-Ispirtu Jagħti l-Ħajja,” Ensign, Ġunju 1997, 2).
Ideat għal Studju u Applikazzjoni
Studju Personali
-
Irrevedi r-riżorsi tal-lingwa fuq il-Portal Missjunarju. Identifika xi ħaġa li għadek ma ppruvajtx, u fassal għan biex tippruvah għal ftit ġranet ta’ wara.
-
Fil-kunsill tad-distrett il-ġdid tiegħek, staqsi missjunarju esperjenzat b’abbiltà tajba tal-lingwa x’għamel biex tgħallem il-lingwa.
Kumpann tal-Istudju u Skambju ta’ Kumpann
-
Ipprattika li tgħallem lill-oħrajn il-lezzjonijiet missjunarji bil-lingwa tal-missjoni tiegħek. Fil-bidu, missjunari ġodda jista’ jkun li jgħallmu b’mod tassew sempliċi, jaqsmu ma’ ħaddieħor testimonjanzi sempliċi, u jirrakkuntaw skritturi mmemorizzati. Hekk kif il-kunfidenza u l-abbiltà tagħhom tiżdied, se jkunu kapaċi jipparteċipaw b’mod aktar sħiħ fit-tagħlim.
-
Irrevedi l-ideat f’dan il-kapitlu u r-riżorsi tal-lingwa fuq il-Portal Missjunarju. Iddiskuti liema suġġerimenti tista’ tuża fl-istudju akkumpanjat matul il-ġimgħa d-dieħla.
-
Staqsi lill-kumpann tiegħek biex jisma’ l-pronunzja tiegħek u jgħinek titjieb. Staqsih jew staqsiha biex jieħdu nota tas-sitwazzjonijiet meta ma tkunx mifhum. Agħmel lista ta’ kliem, frażijiet, jew grammatika li tgħinek. Spjega u prattika kif tuża dak li hu fuq il-lista fl-attivitajiet li jkunu ġejjin.
-
Ipprattika smigħ attiv. Ippjana ħin matul il-ġurnata biex tisma’ b’mod attiv biex tidentifika vokabularju u xejriet li tkun tgħallimt. Meta tisma’ frażi tiġi użata b’mod differenti mill-mod li kieku int tużaha, iktibha u prattikaha.
-
Agħmel lista ta’ affarijiet li n-nies jaf jgħidu f’dik il-ġurnata. Ippjana u prattika modi ta’ kif tista’ twieġeb.
Kunsill tad-Distrett, Konferenzi taż-Żona, u Kunsill tat-Tmexxija tal-Missjoni
-
Stieden lill-kellima nativi biex jattendu waħda minn dawn il-laqgħat. Irranġa biex il-missjunarji jgħallmuhom fi gruppi żgħar. Staqsi lill-kelliema nativi biex jieħdu nota u jagħtu rispons fuq l-abbiltà tal-lingwa tal-missjunarji.
-
Poġġi missjunarju wieħed jew tnejn ’il quddiem fil-ħin sabiex jitkellmu dwar is-suċċessi li kellhom fl-istudju tal-lingwa.
-
Poġġi missjunaru esperjenzat biex fil-qosor jippreżenta xi biċċa mil-lingwa li normalment hija diffiċli għall-missjunarji. Qabbad lilu jew lilha biex jippreżentaw eżempji ta’ użu tajjeb tal-lingwa, u għid lill-missjunarji jipprattikawhom.
-
Qabbad missjunarji li huma nativi f’dik il-kultura biex jaqsmu l-ħsibijiet tagħhom ma’ ħaddieħor.
Mexxejja tal-Missjoni u Konsulenti tal-Missjoni
-
Enfasizza l-importanza tal-istudju kontinwu tal-lingwa kuljum.
-
Inkoraġixxi l-missjunarji biex jużaw il-lingwa tal-missjoni kemm jista’ jkun possibbli.
-
Ipprovdi elementi għall-pjan tal-istudju tal-lingwa tal-missjoni fi skeda ta’ studju sistematika. Irrevedi dan fil-laqgħat tal-kunsill tad-distrett.
-
Fittex opportunitajiet biex titkellem ma’ missjunarji bil-lingwa li qed jitgħallmu. Perjodikament intervistahom b’din il-lingwa.
-
Staqsi lil mexxejja lokali u membri għall-ideat fuq kif missjunarji jistgħu jtejbu l-abbiltà tal-lingwa tagħhom.
-
Agħti istruzzjoni fil-konferenza taż-żona jew fil-kunstill tat-tmexxija tal-missjoni dwar l-aktar żbalji komuni magħmulha mill-missjunarji li qed jitgħallmu l-lingwa tal-missjoni tiegħek.
-
Għallem missjunarji dwar id-doni spiritwali.
-
Osserva missjunarji meta jgħallmu bil-lingwa tal-missjoni.