“Introduzzjoni għal Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi,” Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi: Gwida biex Naqsmu mal-Oħrajn l-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu (2023)
“Introduzzjoni,” Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi
Introduzzjoni għal Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi
Il-Mulej jagħti istruzzjonijiet li qaddejja tiegħu “biex jippridikaw l-evanġelju tiegħi bl-ispirtu, saħansitra l-Farrâġ, li kien ntbagħat biex jgħallem il-verità” (Duttrina u Patti 50:14).
Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi huwa mfassal biex jgħinek twettaq l-għan tiegħek bħala missjunarju. Dan jiffoka fuq il-ħwejjeġ essenzjali tal-ħidma missjunarja. La jirrispondi kull mistoqsija u lanqas jipprovdi direzzjoni għal kull sitwazzjoni li se tiltaqa’ magħha. Madanakollu, huwa riżorsa vitali għalik biex tikber fil-qawwa u l-abbiltà spiritwali. Studja u applika d-duttrina u l-prinċipji tal-evanġelju li jinsabu fl-iskrittura u f’dan il-ktieb.
Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi huwa organizzat biex jgħinek f’dawn il-modi li ġejjin:
-
Ifhem l-għan tiegħek fil-ministeru
-
Tgħallem u għallem id-duttrina
-
Ikber fl-iżvilupp spiritwali u fil-konverżjoni spiritwali tiegħek
-
Tejjeb l-abilità tiegħek biex tistieden u tgħin lin-nies jirċievu l-evanġelju restawrat
Studja l-kapitli ripetutament matul il-missjoni tiegħek. Evalwa xogħlok. Stabbilixxi miri u agħmel pjanijiet biex tilħaqhom. Missjunarji li jippreparaw lilhom infushom kuljum u jitjiebu regolarment se jbierku l-ħajjiet ta’ dawk li jgħallmu u jservu. Huma se jirċievu wkoll barkiet f’ħajjithom.
Opportunitajiet għal Studju u Tagħlim
Studju effettiv matul il-missjoni tiegħek se jgħinek issaħħaħ it-testimonjanza tal-evanġelju u ssir dixxiplu aktar fidil ta’ Ġesù Kristu.
L-istudju tal-iskrittura u Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi se jgħinuk tgħallem b’qawwa spiritwali. Se jgħinek ukoll biex tagħmel it-tagħlim tiegħek aktar relevanti għall-bżonnijiet tal-individwi.
Opportunitajiet ta’ studju u tagħlim importanti jinkludu:
-
Studju personali.
-
Studju akkumpanjat.
-
Skambji ta’ kumpann.
-
Laqgħat tal-kunsill tad-distrett.
-
Konferenzi taż-żona.
-
Kunsill tal-mexxejja tal-missjoni (għall-mexxejja tal-missjunarji żgħar).
Ħafna ġranet, l-iskeda missjunarja tiegħek tinkludi ħin għall-istudju personali u għal dak akkumpanjat. Ara Standards tal-Missjoni tad-Dixxipli ta’ Ġesù Kristu, 2.4, għal informazzjoni dwar l-iskeda ta’ kuljum tiegħek.
Dak li titgħallem fl-istudju personali tiegħek se jgħinek fl-istudju akkumpanjat u fl-opportunitajiet l-oħrajn imsemmijin hawn fuq. F’dawn ix-xenarji aħna “ngħallmu lil xulxin id-duttrina tas-saltna” (Duttrina u Patti 88:77).
Ideat biex Ittejjeb l-Istudju Tiegħek ta’ Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi
Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi inisseġ l-iskrittura u l-prinċipji tal-evanġelju flimkien biex jgħinek issir taf is-Salvatur u l-evanġelju tiegħu. Huwa intenzjonat biex jgħinek tinġibed lejn l-iskrittura u jkabbar it-tagħlim tiegħek dwarha. Studja r-referenzi tal-iskrittura ta’ kull kapitlu matul il-missjoni tiegħek.
Kull kapitlu f’Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi jinkludi ideat u attivitajiet biex jgħinuk tistudja u tapplika dak li qed titgħallem. Uża dawn fl-istudju personali tiegħek u f’dak akkumpanjat (ara Standards Missjunarji, 2.4). Int tista’ wkoll tużahom waqt il-laqgħat tal-kunsill tad-distrett tiegħek u waqt il-konferenzi taż-żona. L-istudju tiegħek se jkun aktar effettiv meta int issib modi biex tapplika dak li titgħallem.
Huwa utli li jkollok pjan għall-istudju personali tiegħek. Int tista’ toħloq il-pjan tiegħek li jagħti prijorità lill-prinċipji tal-evanġelju li int tixtieq tifhem aktar. Int tista’ wkoll tistruttura l-istudju tiegħek madwar il-kapitli f’Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi. Per eżempju, int tista’ tuża il-lezzjonijiet f’kapitlu 3 biex jiggwidawk fl-istudju tiegħek tad-duttrina u prinċipji li se tgħallem. Jeħtieġ li tkun taf dawn il-lezzjonijiet tajjeb biex tkun tista’ tgħallem bl-Ispirtu fi kliemek.
Ħu n-noti waqt li tistudja. Uża karta jew ġurnal ta’ studju elettroniku (bħal Librerija tal-Evanġelju) biex jgħinuk tifhem, tikkjarifika, u tiftakar dak li qed titgħallem.
Ibda l-istudju tiegħek billi titlob lill-Ispirtu s-Santu biex jgħinek titgħallem. Hu se jġiblek għerf, fehim, u konvinzjoni li se jberkulek ħajtek u jippermettulek tbierek lill-oħrajn. Iftaħ moħħok u qalbek għall-impressjonijiet u l-viżjonijiet li tirċievi mingħandu. Inkludi dan l-għarfien fin-noti tiegħek.
Irrevedi l-ġurnal ta’ studju regolarment biex tiftakar l-esperjenzi spiritwali, tara perspettivi ġodda, u tagħraf l-iżvilupp tiegħek.
Applikazzjoni ta’ Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi
Uża l-app ta’ Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi biex tgħinek tapplika l-prinċipji li qed titgħallem. Din l-app hija disponibbli fuq il-mowbajl tiegħek. Għandha karatteristiċi biex jgħinuk tissodisfa l-għan missjunarju tiegħek. Dawn il-karatteristiċi jinkludu:
-
Informazzjoni dwar il-bżonnijiet u l-progress tan-nies li qed tgħallem.
-
Post biex iżżomm rekord tal-progress tiegħek lejn il-miri ta’ indikaturi ewlenin.
-
Kalendarju biex iżżomm rekord tal-pjanijiet u biex tiskeda l-attivitajiet.
-
Mappa taż-żona tiegħek u informazzjoni importanti oħra biex tgħinek twettaq il-miri tiegħek.
Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi jinkludi ħafna ideat ta’ kif tista’ tuża l-app biex tgħinek issib, tgħallem, u tgħammed lin-nies.
Użu ta’ Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi minn Membri tal-Knisja
Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi huwa riżorsa prezzjuża mhux biss għall-missjunarji imma għall-membri kollha tal-Knisja. Per eżempju, l-istudju tiegħu se jgħin lill-membri:
-
Jitgħallmu u jgħallmu l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu (studja kapitlu 1, 2, 3, u 10).
-
Iwieġbu mistoqsijiet dwar l-evanġelju (studja kapitlu 3 u 5).
-
Jifhmu aktar dwar li jfittxu u joqogħdu fuq l-Ispirtu s-Santu (studja kapitlu 4).
-
Jifhmu l-qawwa tal-Ktieb ta’ Mormon (studja kapitlu 5).
-
Jfittxu attributi Kristjani (studja kapitlu 6).
-
Jissodisfaw ir-responsabbiltajiet tal-patti tagħhom biex jaqsmu l-evanġelju mal-oħrajn billi jgħixu l-prinċipji ta’ mħabba, ta’ li jaqsmu ma’ xulxin, u ta’ stedina (studja kapitli 9 u 13).
-
Jibnu unità ma’ missjunarji full-time (studja kapitlu 13).
Jistudjaw Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi— speċjalment kapitlu 3—li se jkun partikolarment utli kemm għaż-żgħażagħ u anke għall-anzjani li qed jippreparaw għas-servizz missjunarju.