Sejħiet tal-Missjoni
Kapitlu 12: Għin lil Nies Jitħejjew għall-Magħmudija u l-Konferma


“Kapitlu 12: Għin lil Nies Jitħejjew għall-Magħmudija u l-Konferma,” Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi: Gwida kif Naqsmu l-Evanġelju mal-Oħrajn (2023)

“Kapitlu 12,” Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi

Immaġni
Ġwanni l-Battista Jgħammed lil Ġesù, ta’ Greg K. Olsen

Kapitlu 12

Għin lil Nies Jitħejjew għall-Magħmudija u l-Konferma

Ikkunsidra Dan

  • Kif nista’ ngħin lin-nies jitħejjew għall-magħmudija u l-konferma?

  • Kif għandi mmexxi intervista tal-magħmudija?

  • Kif għandu jkun ppjanat u mmexxi servizz edifikanti ta’ magħmudija.

  • Għalfejn huwa importanti li timtela u tiġi sottomessa Formola tal-Magħmudija u Konferma?

  • Kif nista’ nissapportja lil membri ġodda?

Il-magħmudija hija ordinanza li tnissel l-hena u ġġib il-qawwa ta’ Alla fil-ħajja ta’ persuna. Dak il-qawwa tasal meta aħna nirċievu d-don tal-Ispirtu s-Santu. Din il-qawwa tkompli meta persuna tibqa’ sħiħa sal-aħħar fil-ħarsien tal-patt tal-magħmudija.

L-għan tat-tagħlim tiegħek huwa biex tgħin lill-oħrajn jiżviluppaw il-fidi tagħhom f’Ġesù Kristu, jindmu minn dnubiethom, u jitgħammdu b’xewqa sinċiera li jimxu wara Kristu. Bħalma għallem Mormon, “l-ewwel frott tal-indiema hija l-magħmudija” (Moroni 8:25). Hekk kif in-nies li tgħallem iżommu l-impenji li int tisetdinhom jagħmlu, huma se jkunu mħejjijn jagħmlu u jħarsu patti ma’ Alla u igawdu mill-barkiet imwiegħda.

Il-magħmudija u l-konferma mhumiex id-destinazzjoni finali. Anzi, dawn l-ordinanzi huma l-portal li minnu ulied Alla jidħlu fuq it-triq tal-patt. Din it-triq twassal għall-ordinanzi, patti, u l-barkiet li jhennu tat-tempju—u ultimament għall-ħajja eterna (ara 3 Nefi 11:20–40).

Kwalifiċi għall-Magħmudija u l-Konferma

Alla jistieden lil uliedu biex jiġu għandu permezz tal-magħmudija u l-konferma (ara 2 Nefi 26:33; 3 Nefi 27:20). Il-kwalifiċi għall-magħmudija huma l-istess għal kulħadd.

Ara Duttrina u Patti 20:37.

  • Iċċekken quddiem Alla.

  • Kun mixtieq li titgħammed.

  • Ejja ’l quddiem b’qalb maqsuma u spirtu sogħbien.

  • Indem minn dnubietek kollha u itlob għall-maħfra.

  • Imtela bir-rieda li tieħu fuqek l-isem ta’ Kristu.

  • Kun determinat li sservi lil Kristu sat-tmiem.

  • Uri bil-ħidma tiegħek li int rċevejt l-Ispirtu ta’ Kristu sal-maħfra ta’ dnubietek.

Mill-Ewwel Presidenza u l-Kworum tat-Tnax-il Appostlu:

  • Irrispomdi b’mod xieraq il-mistoqsijiet tal-intervista tal-magħmudija.

  • Irċievi l-lezzjonijiet kollha tal-missjunarji.

  • Iltaqa’ mal-president tal-kworum tal-presbiteri, mal-president tas-Soċjetà tas-Solliev, u mal-isqof.

  • Attendi diversi laqgħat tas-sagrament.

Dawn il-kwalifiċi huma idikaturi tal-proċess spiritwali tal-konverżjoni. Meta n-nies jiksbu dawn il-kwalifiċi, huma jkunu lesti għall-ordinanzi sagri tal-magħmudija u l-konferma.

Meta persuna appuntat data fissa għall-magħmudija:

  • Irrevedi bir-reqqa r-rekors tagħha fl-app Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi biex tassigura li int għallimt id-duttrina u l-kmandamenti meħtieġa.

  • Oħloq skeda għall-avvenimenti li huma meħtieġa biex titħejja għall-magħmudija u l-konferma. Irrevedi din l-iskeda mal-persuna.

  • Jekk ikun possibbli, stieden lill-persuna biex tattendi għal xi servizz tal-magħmudija qabel il-magħmudija tagħha.

Studju tal-Iskrittura

Studja s-siltiet li ġejjin mill-iskrittura. Kif tista’ tgħin lil dawk li tgħallem jitħejjew għall-magħmudija u l-konferma? Ħu noti ta’ dak li qed titgħallem mill-istudju tiegħek.

Immaġni
Fejjieq Twajjeb, ta’ Greg K. Olsen

Għin lin-Nies Jitħejjew għall-Intervista tal-Magħmudija Tagħhom

L-intervista tal-magħmudija hija pass importanti biex tassigura li persuna għandu l-kwalifiċi tal-Mulej għall-magmudija. Iffissa skeda għall-intervista tal-magħmudija meta persuna hija lesta, u mhuc qabel.

Għin lin-nies jippreparaw għal din l-intervista sabiex iħossuhom komdi dwarha. Spjegalhom f’xiex se tikkonsisti. Għidilhom li se jiltaqgħu ma’ missjunarju bħalek.

X’inhu l-għan tas-sagrament? Hija opportunità għalihom biex jagħtu xhieda li huma “nidmu minn dnubiethom kollha [u] qed jimmanifestaw bil-ħidma tagħhom li huma rċevew l-Ispirtu ta’ Kristu għall-maħfra tad-dnubiet” (Duttrina u Patti 20:37).

Aqsma magħhom il-mistoqsijiet li l-intervistatur se jsaqsihom (ara hawn taħt). Dan jgħin lill-persuna jipprepara t-tweġibiet għalihom.

Kun ċert li l-persuna tifhem dak li int għallimt u l-patt li hija se tagħmel fil-magħmudija. Dan il-patt huwa biex:

  • Ikollha rieda li tieħu fuqha l-isem ta’ Ġesù Kristu.

  • Tħares il-kmandamenti ta’ Alla.

  • Isservi lil Alla u lill-oħrajn.

  • Tibqa’ sħiħa sal-aħħar. (Ara lezzjoni 4.)

Agħti xhieda dwar il-barkiet kbar li jistgħu jiġu meta tkun mgħammed u kkonfermat u tħares il-patt tal-magħmudija. Dawn il-barkiet jinkludu l-maħfra tad-dnubiet u d-don tal-Ispirtu s-Santu.

Inmexxu l-Intervista tal-Magħmudija

Kull persuna li tixtieq titgħammed tiġi intervistata minn mexxej tas-saċerdozju awtorizzat. F’missjoni, din il-persuna hija l-mexxejj tad-distrett jew taz-zona. Huwa jmexxi l-intervisti fil-każ ta’:

  • Persuni ta’ 9 snin jew ikbar li qatt ma ġew mgħammdin u kkonfermati.

  • Tfal ta’ 8 snin jew ikbar li l-ġenituri tagħhom mhumiex membri tal-Knisja.

  • Tfal ta’ 8 snin jew ikbar li għandhom ġenitur li ħa jkun mgħammed u kkonfermat ukoll.

Linjigwida għall-intervistatur huma pprovduti hawn isfel.

  • Agħmel din l-intervista f’post komdu u privat fejn l-Ispirtu jista’ jinħass.

  • Meta l-intervista qed issir lil tifel jew tifla, żagħżugħ, jew mara, il-kumpann tal-intervistatur għandu jkun qrib fil-kamra, fwajer, jew sala, ħdejn il-post fejn issir l-intervista. Jekk tkun ix-xewqa tal-persuna, persuna adulta oħra tista’ tiġi mistiedna biex tipparteċipa waqt l-intervista. Il-missjunarji għandhom jevitaw kwalunkwe ċirkostanza li taf twassal għal xi nuqqas ta’ ftehim.

  • Ibda permezz ta’ talba.

  • Għin biex il-persuna tħossha komda.

  • Agħmel l-intervista esperjenza spiritwalment edifikani.

  • Kun ċert li l-persuna tifhem l-għan tal-intervista.

  • Staqsi l-mistoqsijiet tal-intervista tal-magħmudija li jidhru hawn taħt. Addatta l-mistoqsijiet għall-età, il-maturità, u ċ-ċirkostanzi tal-persuna skont kif meħtieġ.

  • Irrispondi għall-mistoqsijiet tal-persuna.

  • Irrivedi l-informazzjoni fuq il-Formula tal-Magħmudija u Konferma għall-eżattezza. Jekk il-persuna hija waħda minuri, jeħtieġ li ġenitur jew gwardjan jiffirmaw il-formola qabel il-magħmudija (ara s-sezzjoni “Magħmudija u Konferma: Mistoqsijiet u Tweġibiet” f’dan il-kapitlu).

  • Stieden il-persuna biex tagħti testimonjanza jew taqsam miegħek is-sentimenti tagħha.

  • Esprimi l-apprezzament li qed tkun tista’ tiltaqa’ mal-persuna.

Mistoqsijiet tal-Intervista tal-Magħmudija

Il-mistoqsijiet tal-Intervista tal-magħmudija huma kif ġej:

  1. Temmen li Alla hu l-Missiern Etern tagħna? Temmen li Ġesù Kristu hu l-Iben ta’ Alla, is-Salvatur u l-Feddej tad-dinja?

  2. Temmen li l-Knisja u l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu ġew irrestawrati permezz tal-Profeta Joseph Smith? Temmen li l-[President tal-Knisja attwali] huwa profeta ta’ Alla? Dan xi jfisser għalik?

  3. Xi tfisser għalik meta ngħidu tindem? Tħoss li inti indimt mid-dnubiet passati tiegħek?

  4. Int tgħallimt lu l-isħubija fil-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien jinkludi li tgħix l-istandards tal-evanġelju. X’tifhem b’dawn l-istandards li ġejjin? Lest li tobdihom?

    • X’tifhem bil-liġi tal-kastità, li tipprojbixxi kull relazzjoni sesswali ’il barra mill-għaqda ta’ żwieġ legali bejn raġel u mara?

    • Il-liġi tad-dieċmi

    • Il-Kelma tal-Għerf

    • Li żżomm Jum il-Mulej qaddis, inkluż li tieħu sehem fis-sagrament kull ġimgħa u sservi lill-oħrajn?

  5. Qatt ikkommettejt xi reat serju? Jekk iva, tinsab fuq xi prova jew pleġġ?

  6. Qatt ipparteċipajt f’abort? (Ara Manwal Ġenerali, 38.6.1.)

  7. Meta titgħammed, inti tkun qed tagħmel patt ma’ Alla li int lest tieħu fuqek l-isem ta’ Kristu, li taqdi lill-oħrajn, li tkun xhud ta’ Alla f’kull waqt, u li tħares lill-kmandamenti matul ħajtek kiollha. Lest li tagħmel dan il-patt u tagħmel ħiltek li tkun fidil lejh?

Għal struzzjonijiet jekk il-persuna twieġeb fl-affermattiv għall-mistoqsijiet 5 jew6, ara il-Manwal Ġenerali, 38.2.8.7 u 38.2.8.8.

Sir familjari mal-polisis u l-linjigwida relatati mal-magħmudija u l-konferma fil-Manwal Ġeneralo, 38.2.8. Uħud minn dawn il-polisis jinvolvu ċirkostanzi speċjali li tista’ tiltaqa’ magħhom.

Wara l-intervista, il-missjunarju u l-kandidat jingħaqdu mal-missjunarji mill-ġdid. Jekk il-persuna hija lesta għall-magħmudija, il-missjuanrji jispjegaw x’se jiġri fis-servizz tal-magħmudija. Jispjegaw ukoll li l-konferma tipikament isseħħ f’laqgħa tas-sagrament fil-qasam fejn il-persuna tgħix.

Meta Jkun Jeħtieġ li Magħmudija Tiġi Posposta

Xi minn daqqiet magħmudija jeħtiġilha tiġi posposta minħabba kwistjonijiet rigward testimonjanza jew denjità. Meta jiġri dan, ħu ħsieb is-sitwazzjoni b’mod sensittiv u privat. Għin lill-persuna tifhem kif għandha tipprepara għall-magħmudija f’data futura.

Ħeġġeġ lill-persuna u offrlha tama fi Kristu u l-Espjazzjoni Tiegħu. Itlob lill-membri tal-qasam biex joffru l-ħbiberija tagħhom. Kompli għallem il-prinċipji bażiċi tal-evanġelju sakemm il-persuna hija lesta li tiġi mgħammda u kkonfermata. Stenna sa dak iż-żmien biex tiskeda data ġdida tal-magħmudija.

Il-Magħmudija u l-Konferma: Mistoqsijiet u Tweġibiet

Għandi bżonn permess biex ngħammed persuna minuri? Il-Knisja hija kkonċernata dwar il-benesseri ta’ wliedha u l-armonija tal-ambjent tad-dar. Persuna minuri, kif definita mil-liġijiet lokali, tista’ tiġi mgħammda meta ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin jiġu sodisfatti:

  1. Il-ġenitur(i) kustodjali jew il-gwardjan(i) legali jagħtu permess bil-kitba. Għandhom ikollhom għarfien ġenerali tad-duttrina li it-tifel (jew it-tifla) tagħhom se jiġi mgħallem bħala membru tal-Knisja. Għandhom ukoll ikunu lesti li jissapportjaw lit-tifel (jew it-tifla) biex jagħmel u jżomm il-patt tal-magħmudija.

  2. Il-persuna li jmexxi l-intervista jagħraf li t-tifel (jew it-tifla) tifhem il-patt ta’ magħmudija. Għandu jkun kifidenti li t-tifel (jew it-tifla) se jagħmel ħiltu biex iħares dan il-patt billi jobdi l-kmandamenti, inkluż li jattendi l-laqgħat tal-Knisja.

Għandi bżonn kunses tal-konjuġi biex ngħammed raġel jew mara miżżewġin. Iva. Persuna miżżewġa għandu jkollha l-kunsens tal-konjuġi tagħha qabel ma tiġi mgħammda.

Jekk ġenitur f’familja mhux lest għall-magħmudija, għandi ngħammed membri tal-familja oħrajn jew nistenna sakemm il-ġenitur huwa lest? Huwa preferibbli li membri tal-familja jitgħammdu flimkien. Madanakollu, jekk xi wħud minnhom mhumiex lesti, membri individwali tal-familja jistgħu jitgħammdu jekk kull kunsens meħtieġ ikun ingħata.

Il-magħmudiji tal-membri tal-familja għandhom jiġu posposti sakemm il-missier jista’ jirċievi s-Saċerdozju ta’ Aron u hekk ikun jista’ jwettaq il-magħmudija huwa stess? Le. Aħwa li għadhom kemm tgħammdu ma jirċevux s-Saċerdozju ta’ Aron fil-jum li fih jiġu mgħammda. L-ewwel jeħtiġilhom li jiġu intervistati mill-isqof u jkunu sostnuti mill-membri tal-qasam.

Nista’ ngħallem u ngħammed persuna li rriżenjat mis-sħubija tagħha fil-Knisja jew li l-isħubija tagħha kienet ritirata. Nies li rriżenjaw mill-isħubija fil-Knisja jew li kellhom l-isħubija ritirata jistgħu jiġu riammessi permezz tal-magħmudija u l-konferma. Jekk huma jkunu jixtiequ li jiġu mgħallma, ħu parir mingħand il-mexxejja tas-saċerdozju lokali u l-president tal-missjoni tiegħek dwar kwalunkwe rwol li jista’ jkollok.

F’wited, ir-riammessjoni bil-magħmudija taqa’ taħt id-direzzjoni tal-isqof jew tal-president tal-wited. F’missjoni, ir-riammessjoni taqa’ taħt id-direzzjoni tal-president tal-missjoni. Dawn il-mexxejja għandhom jirċievu l-gwida tal-Ewwel Presidenza skont il-ħtieġa. Il-missjunarji ma jmexxux dawn l-intervisti tal-magħmudija jew jimlew il-Formola tal-Magħmudija u Konferma. Madanakollu, missjunarju jista’ jiġi mistieden biex iwettaq magħmudija.

Membri preċedenti tal-Knisja li jerġgħu jingħaqdu mal-Knisja mhumiex konvertiti. Madanakollu, il-missjunarji jistgħu xi drabi jkollhom rwol importanti biex jgħinuhom igawdu l-barkiet mill-ġdid tal-isħubija fil-Knisja.

X’jiġri jekk persuna skedat data tal-magħmudija iżda mhijiex iżżomm l-impenji kollha. Biex tiskeda intervista tal-magħmudija, stenna sakemm il-persuna qed iżżomm l-impenji u tissodisfa l-kwalifiċi tal-magħmudija. Ara “Meta Jkun Jeħtieġ li Magħmudija Tiġi Posposta” f’dan il-kapitlu.

X’jiġri jekk koppja tkun trid li titgħammed imma huma qed jgħixu flimkien? Koppja li tgħix flimkien barra miż-żwieġ legali bejn raġel u mara jaf ma tkunx mgħammda sakemm din ma tkunx qed tgħix il-liġi tal-kastità. Dan ifisser li ma jgħixux aktar flimkien—kemm jekk huma koppja eterosesswali jew koppja tal-istess sess—jew, għal raġel u għal mara, dan ifisser li jiżżewġu. Dan jinkludi wkoll li jeżerċitaw il-fidi sal-indiema kif deskritt fi Duttrina u Patti 20:37. Iż-żwieġ bejn raġel u mara huwa parti essenzjali mill-pjan ta’ Alla.

Il-mistoqsijiet 5 u 6 fl-intervista tal-magħmudija jistaqsu jekk il-persuna qattx xi darba kkommettiet reat serju jew ipparteċipat f’abort. X’għandi nagħmel jekk xi ħadd iwieġeb “iva” għal waħda minn dawn il-mistoqsijiet? Jekk issir taf b’waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet matul l-intervista tal-magħmudija, tistaqsix dwar id-dettalji. Twegħidx li l-persuna se tkun approvata għall-magħmudija. Minflok, esprimi l-imħabba tiegħek u b’mod ġentili spjega li xi ħadd b’iktar maturità u esperjenza se jkellem lill-persuna u jgħin fis-sitwazzjoni.

Ibgħat rikjesta għal intervista tal-magħmudija lill-president tal-missjoni tiwegħek. Huwa, jew wieħed mill-konsulenti tiegħu, sejrin jiltaqgħu mal-persuna. Ara il-Manwal Ġenerali., 38.2.8.7 u 38.2.8.8.

X’għandi nagħmel jekk rekord tas-sħubija ġie maħluq qabel ma jien nibgħat il-Formola tal-Magħmudija u Konferma? Ikkuntattja lill-president tal-missjoni tiegħek għall-istruzzjonijiet.

Studju Personali

Aħseb ftit kif kont tħossok jekk int kont se tiġi intervistat. Ikkonsidra l-mistoqsijiet li ġejjin u niżżel l-impressjonijiet tiegħek.

  • Kieku l-intervista kif kienet se tidher skomda għalik? Kieku x’seta’ jgħid u jagħmel l-intervistatur biex jagħmlek iktar komdu.

  • Kif kont tkun trid lill-intervistatur jinteraġixxi miegħek?

  • Kif kont trid lill-intervistatur jirrispondi kieku int esprimejt dubji jew nuqqas ta’ ftehim jew kieku stqarrejt dnubiet serji?

Immaġni
magħmudija

Is-Servizz tal-Magħmudija

Is-servizz tal-magħmudija u l-konferma għandhom ikunu l-mument spiritwali l-aktar sinifikattivi għal membru ġdid. Is-servizz tal-magħmudija għandu jkun skedat malli persuna ssodisfat il-kwalifiċi tal-magħmudija. Spjega x’hemm ippjanat u għaliex. Iddiskuti l-ilbies xieraq, inkluż kif il-persuna se tingħata lbies abjad biex tilbes għall-magħmudija.

Is-servizz tal-magħmudija għall-ikkonvertiti huma ppjaniti taħt il-gwida tal-isqof. Il-mexxej tall-missjoni tal-qasam (jekk wieħed huwa msejjaħ) jew il-membru mill-presidenza tal-kworum tal-presbiteri li jmexxi l-ħidma missjunarji jippjana u jmexxi dawn is-servizzi Huwa jikkoordina mal-missjunarji full-time. Is-servizzi tal-magħmudija għandhom ikunu sempliċi, fil-qosor, u spiritwalmwent elevanyi

Stiden membru tal-veskovat, membru tal-presidenza tas-Soċjetà tas-Solliev, u membru tal-presidenza tal-kworum tal-presbiter (jekk mhuwiex imexxi hu) biex jattendu s-servizz tal-magħmudija. Meta jkun xieraq, stieden lill-mexxejja tal-organizzazzjoni, lill-mexxejja taż-żgħażagħ, u l-aħwa rġiel u nisa li jimministraw (jekk assenjati). Irranġa mal-persuna li qed titgħammed biex tistiednu lil ħbieb u nies tal-familja biex jattendu s-servizz tal-magħmudija u l-konferma.

Ikkunsidra għandekx tistieden nies oħra li qed tgħallem. Dawn l-esperjenzi se jgħinuhom iħossu l-Ispirtu u jitgħallmu iktar dwar l-evanġelju. Wara s-servizz, segwi b’diskussjoni dwar l-esperjenza tagħhom u stedinhom biex jiġu mgħallma.

Servizz tal-magħmudija jista’ jinkludi:

  1. Preludju bil-mużika

  2. Diskors ta’ introduzzjoni mill-mexxej tas-saċerdozju li qed imexxi s-servizz (membru tal-veskovat għandu jippresedi jekk possibbli)

  3. Innu u talba tal-ftuħ

  4. Messaġġ qasir jew tnejn fuq suġġetti tal-evanġelju, bħall-magħmudija u għad-don tal-Ispirtu s-Santu

  5. Selezzjoni mużikali

  6. Il-magħmudija

  7. Ħin ta’ riverenza waqt li dak li pparteċipaw fil-magħmudija jilbsu ħwejjeġ nixfin. (Innijiet jew għanjiet tal-Primarja jistgħu jindaqqu jew jitkantaw matul dan il-ħin. Jew il-missjunarji jistgħu jagħtu preżentazzjoni qasira mill-evanġelju.)

  8. L-għoti ta’ testimonjanza minn membri ġodda, jekk ikun mixtieq.

  9. Innu u talba tal-għeluq

  10. Mużika tal-għeluq

Jekk tiskeda magħmudija għal nhar ta’ Ħadd, agħżel ħin li kemm jista’ ma jikkonfliġġix mal-laqgħat regolari tal-Ħadd.

Immaġni
konferma

Konferma

Persuna tirċievi l-ordinanza tal-konferma wara li hi tgħammdet (ara Duttrina u Patti 20:41). Ikkonvertit ġdid huwa meqjus membru tal-Knisja wara li l-ordinanzi tal-magħmudija u l-konferma huma t-tnejn magħmula u rreġistrati kif xieraq.

Il-konfermi huma taħt id-direzzjoni tal-isqof. Madanakollu, huwa ma jikkonduċix intervista separata għall-konferma.

Aħdem mill-qrib mal-isqof u mal-mexxej tal-missjoni tal-qasam (jekk dan huwa msejjaħ) biex taċċerta ruħek li l-ikkonvertiti ġodda huma kkonfermati. Il-konferma għandha ssir kemm jista’ jkun wara l-magħmudija, preferbbilment il-Ħadd ta’ wara. Madanakollu, l-isqof jista’ jippermetti l-konferma li sseħħ waqt is-servizz tal-magħmudija bħala eċċezzjoni (ara il-Manwal Ġenerali, 18.8).

L-ikkonvertiti huma tipikament ikkonfermati f’laqgħa tas-sagrament fil-qasam fejn il-persuna tgħix. Tipikament, l-isqof jirċievi presbiteri missjunarji li qed iservu fil-qasam biex jipparteċipaw fil-konferma. Jekk ikun missjunarju li jwettaq il-konferma, huwa għandu bżonn ukoll ta’ approvazzjoni mill-president tal-missjoni (ara Manwal Ġenerali, 18.8.1). Mill-inqas membru wieħed mill-veskovat jippartteċipa.

Imla l-Formula tal-Magħmudija u l-Konferma

Huwa importanti ħafna li reġistrazzjoni tas-sħubija tinħoloq minnufih wara li persuna hija mgħammda u kkonfermata. Rigward dawn it-tali reġistrazzjonijiet fi żmienu, Moroni kiteb lill-membri ġodda “kienu mgħadda mal-poplu tal-knisja ta’ Kristu; u isimhom kien miżmum, ħalli jkunu mfakkrin u mgħajxin bil-kelma t-tajba t’Alla, sabiex jibqgħu fit-triq it-tajba” (Moroni 6:4).

Hekk kif tgħallem lil xi ħadd li qed jitħejja biex jitgħammed, ibda billi timla formula tal-Magħmudija u Konferma fl-app Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi. Spjega li din il-formula se tintuża biex jinħoloq reġistrazzjoni ta’ sħubija. Din ir-reġistrazzjoni tikkontjeni informazzjoni importanti dwar l-ordinanzi li tirċievi l-persuna. Meta l-membri tal-Knisja jmorru jgħixu x’imkien ieħor, ir-reġistrazzjoni ta’ sħubija tagħhom tintbagħat il-qasam ill-ġdid ħalli l-mexxejja u l-membri tal-lokal ikunu jistgħu jissapportjawhom.

Malli l-membru ġdid jitgħammed u jiġi kkonfermat, aġġorna l-formola bl-informazzjoni dwar kull ordinanza, inkluż min ikun wettaqha. Meta timla l-formula, irrekordja l-informazzjoni fuq l-app Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi u ssottomettiha lill-iskrivan tal-qasam b’mod elettroniku. Malli l-iskrivan jirċievi l-formula, huwa jirrevedia u joħloq reġistrazzjoni ta’ sħubija.

Wara r-reġistrazzjoni ta’ sħubija tkun maħluqa, skrivan jipprepara Ċerifikat tal-Magħmudija u l-Konferma. Iċ-ċertiifkat huwa ffirmat minn isqof u jingħata lill-persuna.

L-isem u s-sess fuq ir-reġistrazzjoni u ċ-ċertifikat għandu jaqbel maċ-ċertifikat tat-twelid, mar-reġistru ċivili tat-twelid, jew mal-isem legali kurrenti tal-persuna.

Studju Personali jew Akkumpanjat

Studja Mosija 6:1–3 u Moroni 6:1–4. Dawn il-passaġġi kif jirrelataw maż-żamma ta’ reġistrazzjonijiet preċiżi tal-magħmudiji u l-konfermi.

Wara l-Magħmudija u l-Konferma

Kompli Imministra

Kompli segwi bi ħbiberija u sapport lill-membri l-ġodda wara li huma jiġu mgħammdin u kkonfermati. Għinhom biex jattendu l-knisja u jiżviluppaw ħbiberiji mal-membri. Aqra l-Ktieb ta’ Mormon magħhom, u għinhom jaqsmu l-evanġelju mal-membri tal-familja u l-ħbieb. Introduċihom mal-ktejjeb It-Triq tal-Patt Tiegħi. Kompli uża l-app Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi biex tirreġistra l-progress, fosthom l-attendenza tagħhom għal-laqgħa tas-sagrament u lezzjonijiet li rċevew.

Immaġni
rġiel jitgħannqu

Wara l-konferma, għallem il-lezzjonijiet missjunarji mill-ġdid. Int tmexxi t-tagħlim. Madanakollu, ikkoordina mal-mexxejja tal-qasam sabiex il-missjuanrji tal-qasam jew membri oħra jipparteċipaw. Int u tgħallem, ħeġġeġ lill-membri ġodda sabiex iżommu l-impenji kollha fil-lezzjonijiet.

F’lezzjonijiet ta’ koordinament ta’ kull ġimgħa, ħu paprir kif il-membri jistgħu jissapportjaw ikkonvertiti ġodda u jgħinuhom jibqgħu attivi u parteċipanti fil-Knisja. Ippjana min se jintroduċihom għall-mexxejja tal-kworum jew tal-organizzazzjonijiet. Ikkordina l-parteċipazzjoni tal-membri l-oħra inti u tgħallem il-lezzjonijiet tiegħek mill-ġdid. Itlob biex ikollok aħwa li jimministraw assenjati (jew sisters li jimministraw għan-nisa).

Wara li raġel jiġi kkonfermat, huwa eleġibbli biex jirċievi s-Saċerdozju ta’ Aron jekk huwa se jkun għandu mill-inqas 12-il sena sal-aħħar tas-sena. L-ordinazzjonijiet tas-Saċerdozju ta’ Aron huma taħt d-direzzjoni tal-isqof (ara l-Manwal Ġenerali., 38.2.9.1).

Skont kif xieraq, ikkomunika matul il-bqija ta’ ħajtek kollha ma’ dawk li tkun għallimt. Issapportjahom biex jirċievu l-barkiet kollha tal-evanġelju ta’ Ġesù Kristu.

Immaġni
Il-Presbiteru Gerrit W. Gong

“Meta mmorru quddiemu b’qalb niedma u spirtu sogħbien, aħna nistgħu nsibu lil Ġesù Kristu bħala l-vuċi tagħna, li jifhimna u jgħannaqna permezz tad-dirgħajn siguri tiegħu. L-ordinanzi sagri joffrulna l-appartenenza tal-patt u ‘l-qawwa tad-divinità’ biex iqaddsu l-intenzjoni u l-għemil tagħna [Duttrina u Patti 84:20]. Bit-tjubija kollha mħabba Tiegħu u t-tbatija twila Tiegħu, il-Knisja Tiegħu ssir id-Dverna tagħna” (Gerrit W. Gong, “Kamra fid-Dverna,” Liahona, Mejju 2021, 27).

Għin Membri Ġodda Jipparteċipaw fil-Barkiet tat-Tempju

Membri ġodda ta’ età xierqa jistgħu jirċievu rakkomadazzjoni tat-tempju li jippermettilhom ikunu mgħammdin għall-membri tal-familja mejtin tagħhom (ara l-Manwal Ġenerali, 26.4.2). Huma jirċievu din ir-rakkomandazzjoni mill-isqof. Inkoraġġixxi u għin lill-membri ġodda biex jiksbu rakkomandazzjoni kemm jista’ jkun malajr. Jekk hemm tempju fil-qrib, ikkonsidra li testendi stedina għal ħin speċifiku għall-membri ġodda biex iwettqu magħmudijiet għal antenati mejtin.

Fil-laqgħat ta’ koordinazzjoni ta’ kull ġimgħa, ippjana min se jintroduċi lill-mexxej tat-tempju u l-istorja tal-familja tal-qasam. Dan il-mexxej jista’ jgħinhom jitħejjew biex jirċievu l-barkiet tat-tempju billi jagħmlu l-patti tat-tempju tagħhom stess.


Ideat għal Studju u Applikazzjoni

studju personali

  • Agħmel lista ta’ sfidi li kandidat tal-magħmudija jista’ jiltaqa’ magħhom. Għalfejn huwa importanti li persuna jħoss l-imħabba u l-ħbiberija tal-membri tal-Knisja?

  • Studja Moroni 6 u Duttrina u Patti 20:68–69. X’tista’ titgħallem minn dawn il-versi dwar kif tgħin lin-nies li qed jitħejjew għall-magħmudija u l-konferma? Ikteb dak li titgħallem. Aqsam ħsibijietek mal-kumpann tiegħek matul il-ħin tal-istudju mal-kumpann.

Kumpann tal-istudju u Skambju ta’ Kumpann

  • Il-President Henry B. Eyring spjega għala l-istandards tal-evanġelju huma importanti. Iddiskuti l-parir li ġej. Kif tsta’ tħeġġeġ lin-nies jixtiequ li jilħqu dawn l-istandards.

    “Il-Mulej fassal l-istandards Tiegħu sabiex Hu jkun jista’ jberikna. Aħsbu f’dawk il-barkiet: Hu jwiegħed lil dawk li jilħqu l-istandards l-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu. Huwa jwiegħed paċi personali. Hu jwiegħed l-opporunità li nirċievu l-ordinanzi qaddisa f’daru. U hu jwiegħed lil dawk li jfittxu li jgħixu l-istandards tiegħu li huma se jgħixu ħajja eterna. …

    “Peress li aħna nħobbu lin-nies li aħna nservu, aħna lkoll irridu mmorru aħjar fil-mod kif nelevaw ulied il-Missier fis-Smewwiet sal-qofol tal-fidi u s-safa li jeħtieġu biex ikollhom il-barkiet kollha tal-Mulej. …

    “… Tibdew billi tfittxu li żżommu l-istandards tal-Mulej b’mod ċar u bla ebda apoloġija. U iktar ma d-dinja titbiegħed minnhom u twaqqagħhom għaċ-ċajt, iktar jeħtieġ li aħna nkunu qalbiena biex nagmlu hekk” (“Standards ta’ Denjità,” L-Ewwel Laqgħa Globali ta’ Taħriġ, Jan. 2003, 10–11).

  • Irrevedi l-mistoqsijiet tal-intervista tal-magħmudija. Ikkunsidra kif kieku tmexxi sitwazzjonijiet bħal dawn li ġejjin:

    • Il-persuna ma qaltlekx li hi qiegħda fuq perjodu ta’ prova għal reat.

    • Il-persuna għadha ma rċevitx risposta għat-talba li Joseph Smith kien profeta.

    • Il-persuna pejpet sigarett jumejn ilu.

    • Il-persuna mhix ċerta li hi rċeviet tweġiba għat-talb tagħha.

    • Il-familja ħasset pressjoni mingħand il-ħbieb u l-membri mhumiex ċerti li huma lesti għall-magħmudija.

  • Irrevedi l-formola tal-Magħmudija u l-Konferma. Għalxiex l-informazzjoni li tipprovdi inti għandha tkun korretta u kompluta?

Kunsill tad-Distrett, Konferenzi taż-Żona, u Kunsill tat-Tmexxija tal-Missjoni

  • Irrevedi l-importanza tal-intervista tal-magħmudija. Iddiskuti kif il-missjunarji jistgħu jgħinu lin-nies jippreparaw għall-intervista.

  • Iddiskuti kif se tuża s-servizzi tal-magħmudija u l-konfermi biex issib opportunitajiet.

Mexxejja tal-Missjoni u Konsulenti tal-Missjoni

  • Aħdem mal-mexxejja tas-saċerdozju lokali u tal-organizazzjoni biex tkun ċert li qed jużaw ir-rapport tal-Progress fit-Triq tal-Patt fir-Riżorsi effettivament.

  • Għallem lill-mexxejja tad-distrett, lill-mexxejja taż-żoni, u lill-mexxejja tat-taħriġ tal-aħwa nisa, kif se jippreparaw lin-nies għall-intervisti tal-magħmudija. Stedinhom biex iħarrġu lill-missjunarji oħrajn sabiex jippreparaw lin-nies għal din l-intervista.

  • Għallem lill-mexxejja tad-distrett u taż-żona kif se jmexxu l-intervisti tal-magħmudija.

  • Għallem kif se jirrispondu fl-intervista tal-magħmudija meta persuna tiżvela li hi kkommettiet dnub serju.

  • Meta possibbli, attendi servizzi tal-magħmudija tal-membri l-ġodda. Tkellem mal-membri l-ġodda u tgħallem dwar l-esperjenzi tal-konverżjoni tagħhom. Aqsam mal-kumpann tiegħek u mal-missjunarji dak li titgħallem.

Ipprintja