Sejħiet tal-Missjoni
Kapitlu 8: Wettaq il-Ħidma permezz ta’ Miri u Pjanijiet


“Kapitlu 8: Wettaq il-Ħidma permezz ta’ Miri u Pjanijiet,” Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi: Gwida biex Naqsmu mal-Oħrajn l-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu (2023)

“Kapitlu 8,” Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi

Morru, Mela (Morru, Mela, u Għallmu l-Ġnus Kollha), ta’ Harry Anderson

Kapitlu 8

Wettaq il-Ħidma permezz ta’ Miri u Pjanijiet

Ikkunsidra Dan

  • Għalfejn għandi bżonn infassal l-miri?

  • Kif jistgħu l-indikaturi ewlenin għall-konverżjoni jgħinuni niffoka fuq l-progress spiritwali tal-individwi?

  • Kif għandi nfassal miri, nagħmel pjanijiet biex inwettaqhom, u nimplimenta l-pjanijiet tiegħi?

  • Kif għandi mmexxi sessjonijiet ta’ ppjanar ta’ kull ġimgħa u ta’ kuljum?

  • Kif nista’ nuża l-app Preach My Gospel biex tgħinni nwettaq ħidmieti?

  • X’inhu l-prinċipju tal-kontabilità? Dan kif se jbierek l-isforzi tiegħi?

Int assenjat biex tgħin fil-ħidma tal-Mulej f’żona speċifika. Huwa jridek tbierek l-individwi bl-imħabba u l-verità tiegħu. Huwa jridek tistedinhom u tgħinhom jiġu għandu.

il-Mulej jixtieqek li int “tkun ingaġġat bil-ħeġġa kollha f’[din] il-kawża mill-aktar kbira.” Huwa jitlob li int “tagħmel bosta ħwejjeġ minn jeddek, u ġġib ħafna ġustizzja” (Duttrina u Patti 58:27; ara vrus 26–29). Agħmel kemm tista’ biex tħalli l-qasam jew il-fergħa fejn isservi aqwa minn meta int wasalt fiha.

Dan il-kapitlu se jgħinek biex titgħallem tfassal l-għanjiet, tagħmel pjanijiet biex twettaqhom, u timplimenta l-pjanijiet b’diliġenza. Jiddeskrivi l-indikaturi ewlenin tal-konverżjoni, li jiggwidaw l-isforzi tiegħek biex tgħin lil ulied Alla jagħmlu progress spiritwali. Imbagħad jippreżenta proċess sempliċi kif tfassal il-pjanijiet li inti tista’ tuża fl-aspetti kollha tal-ħidma missjunarja, inkluż l-għanijiet personali tiegħek u tas-sħubija tiegħek. Jispjega wkoll kif tmexxi sessjonijiet ta’ ppjanar ta’ kull ġimgħa u ta’ kuljum flimkien mal-kumpann tiegħek.

Li inti titgħallem tfassal miri u tagħmel pjanijiet aktarx li jbierkek għal ħajtek kollha. Dan jista’ jgħinek tagħmel u tħares patti ma’ Alla, isservi b’mod fidil fil-Knisja, tiżviluppa fl-edukazzjoni tiegħek, tikber fl-impjieg tiegħek, u trabbi familja b’saħħitha.

Studju tal-Iskrittura

X’tista’ titgħallem mis-siltiet tal-iskrittura li ġejjin dwar kif wieħed għandu jippjana biex iwettaq il-ħidma ta’ Alla.

Fejjaq Bosta b’Mard Differenti, ta’ J. Kirk Richards

Għin lil Oħrajn Jikkonvertu għas-Salvatur

Iffoka fuq l-Għan Missjunarju Tiegħek

Forsi ġieli ħsibt liema hu l-aktar importanti fost id-dmirijiet tiegħek bħala missjunarju. Din hija mistoqsija tajba biex tikkonsidra meta tfassal il-miri u tippjana kull ġimgħa u kull jum. Biex tiipprova tweġibha, aħseb fuq l-għan tiegħek bħala missjunarju:

“Nistiednu oħrajn sabiex jersqu lejn Kristu billi ngħinuhom jirċievu l-evanġelju rrestawrat permezz tal-fidi f’Ġesù Kristu u l-Espjazzjoni tiegħu, l-indiema, il-magħmudija, li jirċievu d-don tal-Ispirtu s-Santu, u li jibqgħu sħaħ sal-aħħar.”

Ħalli l-għan missjunarju tiegħek jiggwida l-miri u l-pjanijiet tiegħek. Iffoka fuq kif tista’ tgħin individwi jeżerċitaw l-aġenzija tagħhom biex isiru konvertiti għas-Salvatur u jirċievu l-evanġelju tiegħu.

Fittex il-gwida tal-Ispirtu u kkonsulta mal-kumpann tiegħek hekk kif tfassal il-miri u tagħmel il-pjanijiet. Imbagħad kompli bil-pjanijiet tiegħek u uża l-ħin tiegħek b’mod effettiv.

Il-President Dallin H. Oaks

“Aħna ma nippridkawx u ma ngħallmux sabiex “inġibu lin-nies fil-Knisja’ jew biex inżidu s-sħubija fil-Knisja. Ma nipprodkawx u ma ngħallmux sempliċiment biex nipperswadu lin-nies jgħixu ħajja aħjar. … Aħna nistiednu lil kulħadd biex jiġi għand Kristu għall-indiema u l-magħmudija u l-konferma ħalli niftħu l-bibien tas-saltna ċelestjali lil ulied Alla. Ħadd iżjed ma jista’ jagħmlu dan” (Dallin H. Oaks, “L-Objettiv tal-Ħidma Missjunarja,” xandira bis-satellita għall-missjunarji, Apr. 1995).

Studju tal-Iskrittura

Dawn il-missjunarji u profeti kif wettqu l-pjanijiet tagħhom bl-għajnuna tal-Mulej?

Imxi fuq Indikaturi Ewlenin għal Konverżjoni

Il-mexxejja tal-Knisja identifikaw sitt indikaturi ewlenin għal konverżjoni. L-indikaturi ewlenin jgħinuk tiffoka fuq il-progress spiritwali ta’ wlied Alla. Huma maħsuba sabiex jgħinuk tfassal l-isforzi tiegħek ta’ kuljum mal-għanijiet missjunarji tiegħek.

L-indikaturi ewlenin għal konverżjoni jidhru hawn taħt.

missjunarji jieħdu b’id raġel

Nies Ġodda Qed Jiġu Mgħallma. Kull persuna (mhux mgħammda) li rċeviet lezzjoni f’ġimgħa partikolari (imma ma kinitx mgħallma fit-tliet ġimgħat li għaddew) u aċċettat appuntament speċifiku ta’ ritornar. Lezzjoni tipikament tinkludi talb (meta xieraq), it-tagħlim ta’ tal-inqas prinċipju wieħed tal-evanġelju, u li nestendu stedina.

Missjunarji jgħallmu

Lezzjonijiet ma’ Membru li qed Jipparteċipa. In-numru ta’ lezzjonijiet f’ġimgħa partikolari li fiha persuna (mhux mgħammda) kienet mgħallma u membru pparteċipa.

familja fil-knisja

Nies Qed Jiġu Mgħallma Li Jattendu l-Laqgħa tas-Sagrament. Kull persuna (mhux mgħammda) li qed tgħallem u li attendiet il-laqgħa tas-sagrament f’ġimgħa partikolari.

familja titlob

Nies b’Data tal-Magħmudija Kull persuna li qablet li tkun mgħammda u kkonfermata f’data speċifika.

magħmudija

Nies Li Huma Mgħammda u Kkonfermati. Kull membru ġdid li rċieva l-ordinanzi tal-magħmudija u tal-konferma u li għalih ġiet sottomessa formola elettronika f’ġimgħa partikolari. (Ara kapitlu 12 għad-definizzjoni ta’ magħmudija ta’ xi ħadd li kkonverta u għal informazzjoni dwar kif toħloq rekords.)

nisa fil-knisja

Membri Ġodda Jattendu Laqgħa tas-Sagrament. Kull membru ġdid li l-Magħmudija u l-Konferma tiegħu kienet sottomessi fl-aħħar 12-il xahar u li attenda l-laqgħa tas-sagrament f’ġimgħa partikolari.

Fil-qosor, agħti prijorità biex tgħin lin-nies jagħżlu biex jipparteċipaw f’dawn l-esperjenzi. Iċċentra l-isforzi tiegħek fuq l-attivitajiet li ġejjin:

  • Dawn li jgħinuk issib nies ġodda biex tgħallem

  • Dawk li jgħinu lin-nies jimxu ’l quddiem biex jagħmlu u jżommu mal-patti.

  • Dawk li jgħinu lin-nies li tgħammdu u ġew ikkonfermati matul is-sena li għaddiet.

Jekk ma tistax tara kif l-isforzi tiegħek jistgħu jgħinu persuna tagħmel progress b’mod li huwa rifless fl-indikaturi ewlenin tiegħek, evalwa jekk l-attività hija użu tajjeb tal-ħin tiegħek.

Fil-każ ta’ nies li tqatta’ inqas ħin magħhom, kompli kkoltiva l-interess tagħhom fl-evanġelju. Tista’ tistieden lill-membri biex ikellmuhom. Tista’ wkoll tuża t-teknoloġija biex tinkuraġġihom u tkompli timministrahom. Ara “Uża t-Teknoloġija” f’kapitlu 9 għal iktar ideat.

Il-Presbiteru Quentin L. Cook

“L-objettiv aħħari tal-ippjanar u t-tfassil tal-miri huwa biex nagħmlu dixxipli—jiġifieri, li jkollna kkonvertiti kkonsagrati li jagħmlu u jħarsu l-patti, mill-patt tal-magħmudija sal-patt tat-tempju” (Quentin L. Cook, “Għanijiet u Ppjanar,” seminar tat-tmexxija tal-missjoni, 25 ta’ Ġunju, 2019).

Fassal Miri tal-Indikaturi Ewlenin u Agħmel Pjanijiet

Matul l-ippjanar tal-ġimgħa, int u l-kumpann tiegħek fasslu miri għall-indikaruri ewlenin kollha. Il-miri tal-indikaturi ewlenin għandhom jirriflettu x-xewqa tiegħek biex tgħin aktar nies jesperjenzaw il-barkiet tal-konverżjoni.

Fassal miri u agħmel pjanijiet biex tagħmel affarijiet fil-kontroll tiegħek li jistgħu jinfluwenzaw ir-riżultati tal-indikaturi ewlenin. Per eżempju:

  • Tista’ tfassal mira għal indikatur ewlieni biex tibda tgħallem numru speċifiku ta’ nies ġodda matul il-ġimgħa. Jekk tilħaqx l-għan jew le jiddependi fuq il-volontà ta’ nies oħrajn. Imma agħmel dak li hu taħt il-kontroll tiegħek biex tilħqu. Mod wieħed huwa li tfassal mira biex titkellem ma’ ċertu numru ta’ nies ġodda kull jum. Imbagħad ippjana kif se tagħmel dan. Ara l-ideat f’Appendiċi 2 ta’ dan il-kapitlu u f’kapitlu 9.

  • Int tista’ tfassal il-miri għall-indikaturi ewlenin biex ikollok numru speċifiku ta’ membri ġodda u nies li qed tgħallem jattendu l-laqgħa tas-sagrament. Jekk jiġux jew le jiddependi mill-volontà tagħhom. Imma agħmel dak li hu fil-kontroll tiegħek biex tinfluwenza r-riżultati ta’ dawn l-indikaturi ewlenin. Ippjana meta se tistedinhom u kif se terġa’ tarahom.

  • Int tista’ tfassal mira għal indikatur ewlieni biex tħeġġeġ lill-membri jipparteċipaw f’numru speċifiku ta’ lezzjonijiet matul il-ġimgħa. Jekk tilħaqx din il-mira jew le jiddependi mill-membri u min-nies li qed tgħallem. Imma agħmel dak li tista’ biex tinfluwenza r-riżultat ta’ dan l-indikatur ewlieni. Fassal mira biex taħdem mal-mexxejja tal-qasam biex ikun hemm membri preżenti. Imbagħad ippjana kif se tikkoordina l-parteċipazzjoni tagħhom.

Bħala sħubija, int tfassal il-mira tal-indikaturi ewlenin għar-reġjuni tiegħek. Ibbażahom fuq (1) il-progress ta’ dawk li qed tgħallem u (2) l-bżonn li ssib nies ġodda biex tgħallem. Li ssib nies ġodda biex tgħallem huwa bżonn kostanti.

Il-miri tal-indikaturi ewlenin imferxa mal-missjoni kollha huma bbażati fuq l-għanijiet imfasslin minn kull sħubija.

L-app Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi se tgħinek tibqa’ ffukkat fuq in-nies hekk kif tfassal l-miri għall-indikaturi ewlenin. Din l-app se tgħinek ukoll titgħallem mill-miri passati u turik il-progress lejn il-mirikurrenti.

Il-mri tal-indikaturi ewlenin u r-riżultati huma rrappurtati awtomatikament lill-mexxejja tal-missjoni tiegħek u lill-mexxejja tal-missjunarji żgħażagħ permezz tal-app Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi.

Oqgħod attent li ma tenfasizzax iżżejjed mira ta’ indikatur ewlieni partikolari fuq l-oħrajn. Li tiffoka b’mod kontinwu fuq l-indikaturi ewlenin kollha se tgħinek konsistentament tistieden lill-oħrajn biex jersqu lejn Kristu u jagħmlu l-patti.

Il-President Thomas S. Monson

“Meta l-prestazzjoni titkejjel, il-prestazzjoni titjieb. Meta l-prestazzjoni titkejjel u tiġi rrapportata, ir-rata ta’ titjieb taċċellera” (ikkwotat minn Thomas S. Monson, “Int Għalliem li Ġej minn Alla,” Improvement Era, Dec. 1970, 101).

Aħdem b’mod Diliġenti

Il-Mulej jixtieqek “taġixxi bid-diliġenza kollha” fis-servizz missjunarju tiegħek (Duttrina u Patti 107:99). Id-diliġenza hija sforz konsistenti u qalbieni.

Aħdem b’diliġenza fuq il-miri tal-indikaturi ewlenin. Stieden lin-nies biex jagħmlu l-patti li jwasslu għall-konverżjoni. L-isforzi diliġenti tiegħek jistgħu jispirawhom biex jieħdu azzjonijiet li se jgħinuhom jersqu lejn Kristu (ara 2 Nefi 2:14–16).

Għallem l-evanġelju b’modi li jilħqu l-bżonnijiet tan-nies. Id-duttrina, meta tiġi introdotta mill-Ispirtu, tispirahom biex jaġixxu ħafna aktar minn kull ħaġa oħra.

Fl-istess ħin, agħraf li l-miri tal-indikaturi ewlenin jiddependu fuq il-volontà tal-oħrajn. Dejjem irrispetta l-volontà tan-nies.

Ftakar li l-indikaturi ewlenin mhumiex l-mira aħħarija. Minflok, jirrapreżentaw il-potenzjal tal-progress spiritwali ta’ persuna lejn il-magħmudija, il-konferma, u l-konverżjoni li tibqa’. Il-progress attwali tan-nies se jiddependi mill-għażliet tagħhom. Int tissapportja l-progress tagħhom billi teżerċita l-fidi fi Kristu f’isimhom hekk kif tħejji l-miri, tippjana, taġixxi b’diliġenza, u timministrahom b’mod li tispirahom.

Kif Tfassal il-Miri u Tagħmel Pjanijiet biex Twettaqhom

It-tfassil tal-miri u l-ippjanar huma atti ta’ fidi. Il-miri jirriflettu x-xewqat ta’ qalbek u l-viżjoni tiegħek li tgħin lilek innifsek u lill-oħrajn jersqu lejn is-Salvatur.

Miri u pjanijiet li ġew ikkunsidrati b’attenzjoni se jagħtuk direzzjoni ċara. Jistgħu jgħinuk fit-tagħlim u l-isfidi tiegħek biex issib nies biex tgħallem. Jistgħu jiggwidawk biex tgħin lil dawk li tgħallem iqawwu l-fidi tagħhom u l-progress tagħhom lejn il-konverżjoni.

Għamel it-tfassil tal-miri u l-ippjanar tiegħek esperjenza ta’ ispirazzjoni. Itlob bil-ħrara, eżerċita l-fidi mal-kumpann tiegħek, u imxi fuq is-suġġerimenti tal-Ispirtu. Hekk kif tippjana b’dan il-mod, int se tħoss lill-Mulej jaħdem permezz tiegħek biex ibierek lill-oħrajn.

Il-President M. Russell Ballard

“Għan huwa destinazzjoni jew objettiv, filwaqt li pjan huwa rotta kif tasal s’hemmekk. … Li tfassal miru huwa essenzjalment bidu b’objettiv f’moħħok. U meta tippjana tkun qed toħloq mod kif tasal sal-objettiv tiegħek,” (M. Russell Ballard, “Irritorna u Rċievi,” Liahona, Mejju 2017, 62–63).

Prinċipji biex Tfassal u Tilħaq il-Miri

Il-proċess li ġej se jgħinek tfassal u tilħaq il-miri.

tabella li tfassal il-miri
  1. Bl-għajnuna tat-talb fassal miri u agħmel pjanijiet. Fassal miri li huma realistiċi imma li jkabbruk u li jirrikjedu l-fidi. Evita li tfassal miri li jkunu wisq diffiċli jew wisq faċli. Ippjana kif int se twettaqhom.

  2. Irrekordja u oħloq skeda. Irrikordja l-miri u pjanijiet fi skeda dettaljata.

  3. Aġixxi fuq il-pjani tiegħek. Aħdem b’mod dilġenti biex tilħaq il-miri tiegħek. Eżerċita l-fidi fil-Mulej biex jgħinek.

  4. Irrevedi u erġa’ ltaqa’. Evalwa l-progress u rrikordja l-isforzi tiegħek regolarment. Iddeċiedi x’se tagħmel differenti u kif se ttejjeb lilek innifsek. Biddel il-pjanijiet kif meħtieġ.

Hekk kif tuża dan il-proċess biex tfassal il-miri, il-Mulej se jkabbar l-isforzi tiegħek. Int se tikber fil-kapaċità bħala instrument f’idejh. Int se tagħmel ħafna ġid fit-tberik ta’ wlied Missierna fis-Smewwiet.

Fassal il-Miri u Agħmel Pjanijiet f’Kull Parti tal-Ħidma

Bl-għajnuna tat-talb fittex il-gwida tal-Ispirtu hekk kif tapplika l-proċees tat-tfassil tal-miri f’kull aspett tal-ħidma missjunarja. Uħud minn dawn huma:

  • Tgħin lin-nies li qed tgħallem jagħmlu progress (ara Appendiċi 1 f’dan il-kapitlu).

  • Issib nies ġodda biex tgħallem (ara Appendiċi 2 f’dan il-kapitlu).

  • Taħdem mal-membri u sservi nies fil-komunità u l-qasam (ara kapitlli 913).

  • Taħdem f’unità mal-kumpann tiegħek (ara punt 6 fi “Sessjoni tal-Ippjanar ta’ Kull Ġimgħa”).

  • Tqawwi l-fidi tiegħek f’Ġesù Kristu.

  • Ittejjeb l-għarfien u l-abbiltajiet tiegħek, inkluż it-tagħlim tal-lingwa (ara kapitlu 7).

Fassal Miri Xierqa

Evita li tfassal indikaturi ewlenin għal missjunarji oħrajn. Madanakollu, tista’ tiggwidahom u tinkuraġġihom biex japplikaw il-prinċipji tat-tfassil tal-pjan hekk kif ifasslu l-pjanijiet tagħhom.

Oqgħod lura milli tagħmel paraguni ma’ oħrajn.

Tużax it-twettiq ta’ mira bi skop ta’ kwota, għall-għarfien pubbliku, jew biex tikkoreġi jew timbarazza lil xi ħadd fil-pubbliku.

Il-Presidenty Spencer W. Kimball

“Aħna fil-fatt nemmnu fit-tfassil tal-miri. Aħna ngħixu skont il-pjanijietira [waħda] importanti huwa li nwasslu l-evanġelju għand in-nies kollha. … L-għan tagħna huwa li niksbu l-ħajja eterna. Dak huwa l-ikbar mira fid-dinja” (Spencer W. Kimball, seminar tar-rappreżentanti reġjonali, Apr. 3, 1975, 6).

Mexxi Sessjonijiet ta’ Ppjanar ta’ Kull Ġimgħa u ta’ Kull Jum

L-ippjanar ta’ kull ġimgħa jgħinek tara l-istampa sħiħa u tiffoka fuq in-nies. Jgħinek ukoll li tiffoka fuq dawk l-attivitajiet li huma l-iktar importanti. L-ippjanar ta’ kuljum jgħinek tadatta u tipprepara biex tieħu azzjonijiet speċifiċi kull jum. Int trid tkun produttiv, mhux sempliċiment okkupat.

Waqt is-sezzjonijiet tal-ippjanar, staqsi lilek innifsek mistoqsijeit bażiċi dwar dak li taħseb li l-Mulej kieku jgħidlek biex tagħmel. Fittex ispirazzjoni biex twieġeb dawn il-mistoqsijiet b’modi li huma xierqa għal kull sitwazzjoni u persuna. It-tweġibiet imbagħad għandhom jieħdu forma fil-pjanijiet tiegħek.

Sezzjonijiet tal-Ippjanar ta’ Kull Ġimgħa

Organizza sessjoni tal-ippjanar ta’ kull ġimgħa mal-kumpann tiegħek f’jum u f’ħin deċiż mill-president tal-missjoni tiegħek. Segwi l-passi t’hawn taħt.

  1. Itlob u fittex ispirazzjoni. Staqsi lill-Missier fis-Smewwiet biex jiggwidak fil-pjanijiet li jgħinuk tilħaq l-għanijiet tiegħek. Staqsih biex ibierek l-isforzi tiegħek biex tgħin lin-nies jiprogressaw u jersqu lejn Kristu.

  2. Fassal miri u agħmel pjanijiet għall-indikaturi ewlenin kollha permezz tal-app Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi. Uża l-proċess biex tfassal il-miri deskritti aktar ’il fuq f’dan il-kapitlu. Ibda b’:

    • Nies li huma mgħammda u kkonfermati matul dan l-aħħar żmien.

    • Nies li għandhom data ta’ magħmudija.

    • Nies li qed tgħallem u li jattendu l-laqgħa tas-sagrament.

    • Nies ġodda qed jitgħallmu.

    • Membri li qed jirritornaw, familji part-member, u presbiteri prospettivi.

    • Nies li ġa ġew mgħallmin.

    Ara Appendiċi 1 f’dan il-kapitlu għal ideat dwar il-proċess tat-tfassil tal-miri fil-ħidma man-nies li qed tgħallem.

  3. Uża l-proċess biex tfassal il-miri biex issib nies biex tgħallem (ara Appendiċi 2 f’dan il-kapitlu u kapitlu 9 għall-għajnuna biex issib).

  4. Uża l-proċess biex tfassal il-miri biex tibni relazzjonijiet mal-mexxejja u l-membri tal-qasam. Fassal miri u agħmel pjanijiet għal kif se tissapportjahom fl-isforzi tagħhom biex taqsam magħhom l-evanġelju (ara ideat f’kapitlu 9 u 13). Ipprepara għal-lagħqa tal-qasam ta’ koordinazzjoni ta’ kull ġimgħa (ara kapitlu 13).

  5. Irrevedi l-pjanijiet u l-mirit fl-app Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi. Ikkonferma l-appuntamenti u l-laqgħat tiegħek.

  6. Organizza kunstill tas-sħubija. Normalment dan jinkludi l-elementi li ġejjin:

    • Jekk mixtieq, aqsam mal-oħrajn miripersonali li huma xierqa u staqsi lill-kumpann tiegħek għall-għajnuna biex tilħaqhom.

    • Iddiskuti l-qawwa tar-relazzjoni tiegħek. Iddiskuti xi diffikultajiet li ssib biex tkun ubbidjenti jew biex taħdem f’unità. Irrisolvi xi kunflitti billi (1) tħalli lil kull persuna tesprimi b’mod sħiħ il-ħsibijiet tagħha, (2) tifhem u taċċetta t-tħassib ta’ kull persuna, u (3) taslu għal soluzzjoni flimkien li tindirizza l-aktar tħassib importanti.

    • Aqsam mal-kumpann tiegħek dak li taħseb li huma l-ħiliet tiegħu jew tagħha. Staqsi għas-suġġerimenti dwar kif tista’ ttejjeb lilek innifsek.

    • Fassal miri li se jgħinuk ittejjeb ir-relazzjoni tiegħek.

    Il-kunsilli tas-sħubija jistgħu jgħinuk tiżviluppa ħiliet importanti li int tista’ tuża fil-ħajja personali u tal-familja tiegħek, fis-servizz tal-Knisja, fix-xogħol, u f’okkażjonijiet oħrajn.

  7. Spiċċa permezz ta’ talba.

Sezzjonijiet ta’ Ippjanar ta’ Kuljum.

Fassal miri u agħmel pjanijiet mal-kumpann tiegħek għal 30 minuta kull filgħodu. Segwi l-passi t’hawn taħt.

  1. Itlob u fittex ispirazzjoni.

  2. Irrevedi l-progress lejn il-miri tal-indikaturi ewlenin ta’ kull ġimgħa.

  3. Irrevedi l-pjanijiet tiegħek biex tgħin lin-nies li qed tgħallem. Iprijoritizza l-isforzi tiegħek biex tgħin lil dawk li l-aktar qed jagħmlu progress. Biddel il-miri u l-pjanijiet ta’ kuljum hekk kif meħtieġ.

  4. Ikkommetti għall-azzjonijiet li se tieħu f’dak il-jum biex issib nies ġodda biex tgħallem u biex tgħin lin-nies li qed tgħallem.

  5. Ippjana kif se taħdem mal-mexxejja u l-membri lokali.

  6. Spiċċa permezz ta’ talba.

Studju Akkumpanjat

Irrevedi Appendiċi 1 u Appendiċi 2 fl-aħħar ta’ dan il-kapitlu għall-ideat dwar kif għandek tapplika l-proċess biex tfassal il-miri fit-tagħlim u s-sejbien. Identifika kif tista’ tuża xi ftit minn dawn l-ideat.

Uża l-App Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi

Dwar dawk li tgħammdu fi żmienu, Moroni qal, “Isimhom kien miżmum, ħalli jkunu mfakkrin u mgħajxin bil-kelma t-tajba t’Alla, sabiex jibqgħu fit-triq it-tajba” (Moroni 6:4). Li żżomm rekords tajbin huwa mod wieħed li bih tista’ tapplika dan il-prinċipju.

Irreġistra l-Ħsibijiet Tiegħek

Li żżomm rekords hija parti mill-ħarsien diliġenti tar-reġjun tiegħek b’imħabba u interess. Żomm ir-rekords tiegħek preċiżi u aġġornati. Dan se jgħinek tiftakar x’għandek tagħmel biex tgħin lin-nies.

L-app Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi tħallik tikkoordina u taqsam mal-oħrajn informazzjoni importanti mal-mexxejja u l-membri lokali fuq il-progress tan-nies u tax-xogħol.

Segwi l-Linjigwida tad-Data u tal-Privatezza

Segwi l-linjigwida tad-data u tal-privatezza meta tirreġistra l-miri u l-pjanijiet fl-app Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi u fl-għodda pprintjati. Għall-informazzjoni, ara Standards tal-Missjunarji għad-Dixxipli ta’ Ġesù Kristu, 7.5.

Staqsi lilek innifsek il-mistoqsijiet li ġejjin qabel iżżomm rekord jew taqsam informazzjoni fl-app Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi, fl-imejl, midja soċjali, noti, jew komunikazzjonijiet oħrajn:

  • Din il-persuna kif se tħossha dwar dak li qed nirreġistra jiena?

  • Kif kont inħossni jiena kieku xi ħadd qasam ma’ ħaddieħor din it-tip ta’ informazzjoni dwar?

  • Qiegħed nimxi mal-polisis tal-Knisja u mal-liġijiet tal-privatezza tad-data tar-reġjun tiegħi jekk nirreġistra jew naqsam din l-informazzjoni?

missjunarji jitolbu

Kontabilità

Il-prinċipju tal-kontabilità huwa fundamentali fil-pjan etern ta’ Alla (ara Alma 5:15–19; Duttrina u Patti 104:13; 137:9). Dan il-prinċipju jinfluwenza kif taħseb u tħoss dwar ir-responsabbiltà sagra li l-Mulej tak. Il-kontabilità tinfluwenza wkoll kif int tiffaċċja xogħlok.

Matul il-ministeru tiegħu fid-dinja, is-Salvatur ta essajnments lid-dixxipli tiegħu biex jgħinhom jikbru, jiżviluppaw, u jilħqu xogħolhom. Hu tahom ukoll l-opporunitajiet biex ikunu kontabbli għax-xogħol li ngħataw jagħmlu (ara Luqa 9:10; 3 Nefi 23:6–13). Bħala missjunarju, int ukoll għandek tkun kontabbli għax-xogħol li l-Mulej tak biex tagħmel.

Ħares lejn it-tfassil tal-miri u tal-ippjanar bl-idea li int se tagħti kont lill-Mulej permezz tat-talb kull ġurnata. Kun ukoll kontabbli lejk innifsek u lejn il-mexxejja tal-missjoni tiegħek.

Li tagħti kont għandha tkun azzjoni ta’ mħabba u esperjenza pożittiva li fiha l-isforzi tiegħek jiġu rikonoxxuti u li permezz t’hekk tidentifika modi li bihom int tista’ titjieb.

Studju tal-Iskrittura

Xi tfisser li tkun kontabbli?

Għalxiex il-volantà hija importanti għall-kontabilità?

Kif għandhom jaħdmu flimkien missjunarju u mexxej tal-missjoni?

Xi jwiegħed il-Mulej lil dawk li jkunu fidili fir-responsabbiltajiet tagħhom?


Ideat għal Studju u Applikazzjoni

Studju Personali

  • Ikkunsidra s-sentenza li ġejja mill-ittra tas-sejħa tiegħek: “Hekk kif tiddedika ħinek u l-attenzjoni tiegħi fil-qadi tal-Mulej, u hekk tħalli warajk l-affarjiet personali kollha, il-Mulej ibierkek b’għarfien iu testimonjanza imkattrin ta’ Ġesù Kristu u tal-evanġelju rrestawrat Tiegħu.” Staqsi lilek innifsek dawn il-mistoqsijiet li ġejjin, u rrikordja l-ħsibijiet tiegħek.

    • Kif sejjer fid-dedikazzjoni tal-ħin u l-attenzjoni tiegħi biex inservi lill-Mulej?

    • X’barkiet esperjenzajt?

    • Kif ġiet imsaħħa t-testimonjanza tiegħek?

    • Kif nista’ ntejjeb lili nnifsi?

  • Ħu ftit mumenti biex taħseb dwar l-aħħar ġurnata tiegħek fl-għalqa tal-missjoni. Meta dik il-ġurnata tasal:

    • Kif tixtieq li tkun ir-relazzjoni tiegħek mal-Missier fis-Smewwiet u ma’ Ġesù Kristu?

    • X’tixtieq li sirt?

    Fil-ġurnal tal-istudju tiegħek, ikteb tweġiba għal kull waħda minn dawn il-mistoqsijiet. Uża l-proċess tat-tfassil tal-miri biex tippjana x’tista’ itagħmel ssa biex tirsisti ħa tilħaq dawn il-miri. Irrekordja l-pjanijiet tiegħek.

Kumpann tal-Istudju u Skambju ta’ Kumpann

  • Uża l-app ta’ Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi biex twieġeb il-mistoqsijiet t’hawn taħt:

    • Ir-rekords huma kollha kurrenti u preċiżi?

    • Missjunarju li huwa ġdid fir-reġjun se jibbenifika mir-rekord tal-isforzi tiegħek biex isib nies ġodda biex jgħallem?

    • Kieku kellek tirrevedi l-app bħalissa, tgħinek issir taf fejn qegħdin in-nies bħalissa? Se tgħinek tkun taf dwar il-progress tagħhom?

Kunsill tad-Distrett, Konferenzi taż-Żona, u Kunsill tat-Tmexxija tal-Missjoni

  • Stieden lill-missjunarji biex jaqsmu ma’ ħaddieħor dak li tgħallmu u kif is-salvagwardji għenuhom. Eżempji jafu jinkludu miri u pjanijiet biex tgħin lin-nies:

    • Jiżviluppaw fidi ikbar fis-Salvatur.

    • Jindmu u jagħmlu tibdil biex jersqu aktar viċin ta’ Alla.

    • Jitgħammdu u jiġu kkonfermati.

    • Jerġgħu lura fi ħdan il-Knisja u jġeddu l-patt tal-magħmudija tagħhom.

  • Aqra waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet li ġejjin lill-missjunarji. Aqsam lill-missjunarji fi gruppi żgħar. Itlob lil kull grupp juża passi 1 u 2 fil-proċess tat-tfassil tal-miri biex jgħinu lin-nies f’dawn l-eżempji jagħmlu progress lejn il-magħmudija u l-konferma. Itlob lil kull grupp jaqsam l-ideat mal-oħrajn.

    • Persuna li qed tgħallem aċċettat l-istedina biex tattendi l-knisja din il-ġimgħa.

    • Persuna aċċettat stedina tal-magħmudija u fasslet mira miegħek biex titgħammed.

    • Persuna aċċettat l-invit tiegħek biex taqra l-Ktieb ta’ Mormon u ħadet impenn li taqra 1 Nefi 1.

  • Stieden lill-membri jużaw l-app Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi biex tgħinhom ifasslu miri realistiċi iżda diffiċli billi:

    • Jirrevedu l-istorja u l-progress ta’ indikaturi ewlenin tal-passat.

    • Ifasslu miri għal kuljum, għall-ġimgħa, u għax-xahar.

    • Iżidu nies fil-miri tal-indikaturi ewlenin.

    Iddiskuti kif dawn il-passi jistgħu jgħinu lill-missjunarji jippjanaw b’mod iktar effettiv hekk kif jgħinu lin-nies jagħmlu progress. Staqsi lill-missjunarji biex jikkonsidraw dan li ġej:

    • Kif se tuża l-app Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi fil-futur inti u tippjana?

    • Liema modi oħrajn skoprejt biex tuża l-app b’mod iktar effettiv?

Mexxejja tal-Missjoni u Konsulenti tal-Missjoni

  • Irrevedi ta’ spiss l-app Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi tal-missjunarji. Stedinhom biex jaqsmu miegħek kif jużawaha biex jintraċċaw l-għanijiet u l-pjanijiet tagħhom biex jgħinu lin-nies jagħmlu progress

  • Xi drabi osserva s-sessjonijiet tal-ippjanar għall-ġimgħa u għal kuljum tal-missjunarji.

Appendiċi 1

Applika l-Proċess tat-Tfassil tal-Miri ma’ Nies li Qed Tgħallem

Din is-sezzjoni tipprovdi eżempji ta’ kif tista’ tapplika l-proċess biex tfassal l-miri biex tgħin lin-nies li qed tgħallem.

1. Fassal Miri u Agħmel Pjanijiet

Permezz tat-talb ikkunsidra l-bżonnijiet spiritwali tan-nies li qed tgħallem. Fassal miri u agħmel pjanijeit biex tgħinhom jilħqu dawn il-bżonnijiet. Uża l-app ta’ Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi biex tirrevedi l-progress ta’ kull persuna. Uża l-indikaturi Ewlenin għal Konverżjoni biex tidentifika l-azzjonijiet li se jgħinu lil kull persuna tieħu l-pass li jmiss biex tersaq lejn Kristu.

Hekk kif tfassal il-miri u tagħmel il-pjanijiet, staqsi lilek innifsek mistoqsijiet bħal dawn:

  • Xi jfisser għalik li jkollok il-fidi f’Ġesù Kristu?

  • X’esperjenzi qed ikollha l-persuna mal-Ispirtu?

  • Xi sfidi jista’ jkun li hi jew hu qed jesperjenzaw?

  • X’nistgħu nitgħallmu aktar minn din il-persuna biex ngħinuha?

  • Xi jrid jiġri biex ngħinu lil din il-persuna tiżviluppa l-fidi f’Ġesù Kristu, tħoss u tagħraf l-Ispirtu, tindem, u tkun mgħammda?

  • Kif nistgħu nippreparaw għal-lagħqa ta’ koordinazzjoni tal-qasam ta’ kull ġimgħa biex tinkludi l-mexxejja u l-membri tal-qasam biex tgħin lil din il-persuna? (Ara kapitlu 13.)

  • X’miri tal-indikaturi ewlenin nistgħu nfasslu li jirriflettu l-fidi tagħna fil-Mulej?

2. Irrekordja u Skeda l-Pjanijiet Tiegħek

Uża l-app ta’ Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi biex tirrikordja u tiskeda l-miri u l-pjanijiet tiegħek fid-dettall. Dan jgħinek sabiex torganizza xogħlok u tidentifika l-azzjonijiet. Segwi l-liġijiet tal-privatezza tad-data fir-reġjun tiegħek.

Hekk kif tirrekordja u tiskeda l-pjanijiet tiegħek, staqsi lilek innifsek mistoqsijiet bħal dawn:

  • X’affarijiet speċifiċi nistgħu nagħmlu kuljum u din il-ġimgħa biex nissapportjaw il-progress ta’ din il-persuna?

  • X’duttrina (jew lezzjoni) se tgħin lil din il-persuna tiżviluppa fidi aktar qawwija fi Kristu u tgħix l-evanġelju? Kif nistgħu ngħallmu d-duttrina biex hu jew hi jifhmuha u jedifikawha mill-Ispirtu s-Santu?

  • Kif u meta se nikkonfermaw l-appuntamenti?

  • Xi stediniet għandna nestendu jew insegwu? Kif u meta se nsegwu?

  • Kif u meta se ngħinu lill-persuna tattendi l-knisja, taqra l-iskrittura, titlob, u żżomm il-patti li jwasslu biex nagħmlu l-patti ma’ Alla?

  • Kif jistgħu jipparteċipaw il-membri?

  • X’riżorsi onlajn nistgħu naqsmu mal-persuna?

  • Xi pjanijiet sekondarji nistgħu nagħmlu jekk xi ħaġa ma tmurx kif ippjanata?

3. Aġixxi fuq il-Pjanijiet Tiegħek

Żomm talba f’qalbek matul il-ġurnata hekk kif taġixxi fuq il-pjanijiet tiegħek. L-Ispirtu se jgħinek tkun taf fejn għandek tmur, x’għandek tagħmel, x’għandek tgħid, u x’aġġustamenti għandek tagħmel.

Matul ġurnata, staqsi lilek innifsek mistoqsijiet bħal dawn:

  • Kif nistgħu naħdmu fil-fidi, nafdaw fil-Mulej biex jgħinna u nkabbru l-isforzi tagħna biex inservu lil uliedu?

  • Kif nistgħu nkunu kreattivi u kuraġġużi meta naġixxu fuq il-pjanijiet tagħna?

  • Kif nistgħu nadattaw il-pjanijiet tagħna skont il-bżonnijiet u ċ-ċirkustanzi tan-nies?

Il-pjanijiet mhux dejjem imorru kif nisperaw. Kun flessibbli u uża pjanijiet sekondarji meta meħtieġa.

4. Reviżjoni ta’ Progress u Segwitu

Mal-kumpann tiegħek, irrevedi l-progress lejn il-miri li fassalt biex tgħallem lin-nies u tgħinhom jimxu ’l quddiem. Ippjana modi bħala segwitu. Biddel il-pjanijiet tiegħek kif meħtieġ hekk kif tagħmel l-almu tiegħek biex tilħaq il-miri.

Staqsi lilek innifsek mistoqsijiet bħal dawn:

  • In-nies li qed ngħallmu qegħdin jimxu iżommu l-patti ma’ Alla?

  • Xi sfidi qed jiffaċċjaw? X’inhu t-tħassib tiegħek?

  • X’nistgħu nagħmlu llum biex ngħinuhom u ninkoraġġuhom biex jaġixxu—meta niltaqgħu u anke permezz tat-teknoloġija?

  • Qed ikollhom esperjenzi li fihom iħossu l-Ispirtu?

  • Għandhom kuntatt mal-mexxejja u l-membri tal-Knisja u mal-bini tal-ħbiberiji? Min jista’ jipparteċipa d-darba li jmiss li ngħallmu?

  • X’nistgħu nitgħallmu minnhom?

  • Kemm morna tajjeb fil-miri li lħaqna? Hemm xi ħaġa li għandna bżonn inbiddlu jew nagħmlu differenti?

  • Huwa l-ħin għal inqas kuntatt frekwenti?

Ara kapitlu 11 għal iktar prinċipji u ideat kif tibqa’ ssegwi lin-nies u tgħinhom jagħmlu progress.

Appendiċi 2

Applika l-Proċess tat-Tfassil tal-Miri sabiex Issib Nies biex Tgħallem

Din is-sezzjoni tipprovdi eżempji ta’ kif tista’ tapplika l-proċess tat-tfassil tal-miri sabiex issib nies ġodda biex tgħallem. Uża l-proċess fl-ippjanar tiegħek għall-ġimgħa u għax-xahar.

1. Fassal Miri u Agħmel Pjanijiet

Flimkien mal-kumpann tiegħek, ikkonsidra bl-għajnuna tat-talb x’jixtieqek li tagħmel il-Missier fis-Smewwiet sabiex issib iktar nies biex tgħallem. Agħmel dan kull ġimgħa u kull jum. Ara li jkollok il-fidi li Hu qed iħejji nies għalik (ara Duttrina u Patti 100:3–8).

Fassal miri ta’ sejbien ta’ kuljum. Agħmel pjanijiet ta’ azzjoni fil-kontroll tiegħek li jinfluwenzaw riżultati tal-indikaturi ewlenin. Xi eżempji jinkludu:

  • Kemm nies ġodda se tkellem dwar l-evanġelju kull jum.

  • Kemm-il darba se ssaqsi membri, nies li int tgħallem, u nies li inti tagħmel kuntatt magħhom jekk jafux lil xi ħadd li jista’ jkun interessat fil-messaġġ tiegħek.

  • Kemm se tirrispondi malajr għal referimenti jew kummenti fuq posts tal-midja soċjali.

Irrevedi l-app ta’ Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi u staqsi lilkom infuskom mistoqsijiet bħal dawn li ġejjin:

  • X’jixtieqna nagħmlu l-Missier fis-Smewwiet illum u din il-ġimgħa biex insibu nies li ngħallmu?

  • X’miri ta’ indikaturi ewlenin nistgħu nfasslu sabiex insib nies biex ngħallmu?

  • Liema attività ta’ sejbien hija l-aqwa għal dan il-ħin tal-ġurnata u dan il-post?

  • Kif nistgħu nispiraw u nappoġġjaw lill-membri tal-qasam fl-isforzi tagħhom biex jaqsmu l-evanġelju ma’ oħrajn permezz tal-prinċipji tal-imħabba, tat-tixrid, u tal-istedin?

  • Liema membri ġodda nistgħu nikkuntattjaw biex ngħinuhom jattendu laqgħa tas-sagrament? Għandhom ħbieb li forsi jistgħu jistiednu?

  • Kif nistgħu naħdmu mal-kunsill u l-parteċipanti tal-qasam fil-laqgħa ta’ koordinazzjoni ta’ kull ġimgħa fil-qasam biex nidentifikaw familji part-member, membri li qed jirritornaw, u presbiteri prospettivi, sabiex nikkuntattjawhom?

  • Liema nies li bħalissa qed jiġu mgħallma, nies li ġew mgħallma diġà, u nies referuti, nistgħu nikkuntattjaw? Kif se nikkuntattajawhom? (Fil-persuna, pwermezz tat-teknoloġija bit-telefon, jew b’modi oħra)

  • X’inhuma xi modi ġodda li bihom nistgħu nsibu n-nies?

  • X’talenti u x’ħiliet personali nistgħu nużaw?

  • Kif nistgħu ntejbu l-ħila tagħna biex insibu nies sabiex ngħallmu?

  • Kif nistgħu ngħinu lil dawk li nikkuntattjaw iħossu l-influwenza tal-Ispirtu s-Santu?

Għal eżempji ta’ attivitajiet ta’ sejbien, ara kapitli 9, 10, u 13.

Uża l-app Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi biex tgħinek tidentifika attivitajiet ta’ sejbien li kienu effettivi fil-passat. Per eżempju, tista’ ssib kif ikkonvertiti riċenti nstabu.

Fittex ispirazzjoni u kien miftuħ għal impressjonijiet u ideat ġodda. Evita li tinqabad f’rutina. Il-missjunarji li konsistentament isibu nies ġodda biex jgħallmu ta’ spiss jużaw varjetà ta’ metodi kull ġimgħa. Qatt ma jaqtgħu jippruvaw affarjiet ġodda.

2. Irrekordja l-Pjanijiet Tiegħek u Oħolqilhom Skeda

Flimkien mal-kumpann tiegħek, uża l-app Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi biex tirrekordja u tiskeda fid-dettal il-miri u l-pjanijiet tiegħek. Li tirrekordja u tiskeda l-pjanijiet tiegħek se jgħinek tidentifika x’azzjonijiet għandek tieħu u meta għandek teħodhom.

Staqsi lilkom infuskom mistoqsijiet bħal dawn:

  • Kif u meta se nikkuntattjaw lin-nies? Kif l-aħjar li nikkomunikaw magħhom? Fejn huma l-aqwa postijiet? X’inhuma l-aħjar ħinijiet tal-ġurnata għall-metodi differenti biex insibu in-nies?

  • Kif nistgħu jkollna taħditiet sinifikattivi man-nies li niltaqgħu magħhom?

  • Kif iu meta se nużaw metodi onlajn permezz tal-midja soċjali u teknoloġija oħra?

  • Meta se nikkuntattajaw nies li kienu referuti lilna?

  • Xi pjanijiet sekondarji nistgħu nagħmlu jekk xi ħaġa ma tmurx kif ippjanata?

3. Aġixxi fuq il-Pjanijiet Tiegħek

Bi bżulija kollha fittex li tikseb il-miri tiegħek li ssib nies sabiex tgħallem. Żomm talba f’qalbek matul il-ġurnata kollha. Kun dejjem lest li ssellem u titkellem ma’ nies li tiltaqa’ magħhom. L-Ispirtu se jgħinek tkun taf fejn għandek tmur, x’għandek tagħmel, x’għandek tgħid, u x’aġġustamenti għandek tagħmel.

Matul ġurnata, staqsi lilek innifsek mistoqsijiet bħal dawn:

  • Kif nistgħu naħdmu fil-fidi, billi nafdaw fil-Mulej biex jgħinna u nkabbru l-isforzi tagħna biex inservu lil uliedu?

  • Kif nistgħu nkunu kreattivi u kuraġġużi meta naġixxu fuq il-pjanijiet tagħna?

  • Kif nistgħu nadattaw il-pjanijiet tagħna skont il-bżonnijiet u ċ-ċirkustanzi tan-nies?

  • Kif nistgħu ngħinu lin-nies iħossu l-influwenza tal-Ispirtu s-Santu?

Il-pjanijiet mhux dejjem imorru kif tispera. Kun flessibbli u uża pjanijiet sekondarji meta meħtieġa.

4. Reviżjoni ta’ Progress u Segwitu

Matul il-ġurnata u l-ġimgħa, irrevedi l-progress bl-għajnuna tat-talb biex tilħaq il-miri tiegħek li ssib lin-nies biex tgħallem. Staqsi lilek innifsek mistoqsijiet bħal dawn:

  • Kemm morna tajjeb biex nilħqu l-miri tagħna u nsegwu l-pjanijiet tagħna?

  • X’aġġustamenti għandna nagħmlu biex nilħqu l-miri tagħna li nsibu n-nies.

  • Kif nistgħu nevitaw li naqgħu f’rutina li mhix effettiva biex insibu nies sabiex ngħallmu?

  • X’inhi dik il-ħaġa ġdida li nistgħu nippruvaw f’dan il-ħin tal-ġuranta?

  • X’inhuma wħud mill-ideat li nistgħu niddiskutu fil-laqgħa ta’ kull ġimgħa tal-koordinazzjoni tal-qasam biex jgħinuna nsibu nies biex ngħallmu. (Ara kapitlu 13.)

Bħala sħubija, użaw it-tabella “Niskopru Sforzi” f’kapitlu 9 biex tevalwaw l-sforzi tagħkom tal-ġimgħa u tal-jum biex issibu nies li tgħallmu. Irrikonoxxu dawk l-affarjiet li qed tagħmlu sew, u kkonsidraw kif tistgħu titjiebu.

Matul il-ġurnata, ieqaf għal ftit minuti biex tirrikonoxxi l-id ta’ Alla fil-ħidma tiegħek.