Sejħiet tal-Missjoni
Kapitlu 11: Għin lil Nies Jagħmlu u Jżommu l-Impenji


“Għin lil Nies Jagħmlu u Jżommu l-Impenji,” Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi: Gwida biex Naqsmu l-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu mal-Oħrajn (2023)

“Kapitlu 11,” Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi

I Shall Not Want, ta’ Yongsung Kim

Kapitlu 11

Għin lil Nies Jagħmlu u Jżommu l-Impenji

Ikkunsidra Dan

  • Li nżommu l-impenji kif jirrelata mal-konverżjoni?

  • Li nżommu l-impenji kif jirrelata mal-ħarsien tal-patti?

  • Kif nista’ nistieden lin-nies u hekk ngħinhom jikbru spiritwalment u jqawwu l-fidi tagħhom f’Ġesù Kristu.

  • Għalxiex huwa importanti li naqsmu testimonjanza sinċiera ma’ oħrajn?

  • X’barkiet nista’ nwiegħed?

  • Kif nista’ ngħin lin-nies iżommu l-impenji?

Ndiema, Impenn, u Konverżjoni

Bħala missjunarju u dixxiplu ta’ Ġesù Kristu, int tixtieq is-salvazzjoni tal-erwieħ (ara Mosija 28:3). Is-Salvatur għandu s-”setgħa li jsalva” lil dawk li jħarsu l-patti li jagħmlu billi jirċievu ordinanzi saċerdotali essenzjali, li jibdew bil-magħmudija (ara 2 Nefi 31:19). Li testendi stedina u tgħin lin-nies iżommu l-impenji se jippreparahom għall-magħmudija.

In-nies jiġu salvati bil-kundizzjoni tal-indiema (ara Ħelaman 5:11). L-indiema hija meta wieħed idur kollu kemm hu u b’sinċerità lejn Ġesù Kristu. L-impenn huwa parti essenzjali mill-indiema. Meta, bħala parti mit-tagħlim tiegħek, tistieden lin-nies biex jieħdu impenji, int qed tistedinhom li jindmu.

L-impenn ifisser li jagħżlu rotta ta’ azzjoni u li jimxu fuq dik l-għażla sal-aħħar. Li timxi konsistentament fuq il-veritajiet tal-evanġelju jwassal sal-konverżjoni.

Il-konverżjoni hija bidla fit-twemmin, fil-qalb, u fil-ħajja ta’ persuna li se taċċetta u timxi wara r-rieda ta’ Alla. Hija deċiżjoni konxja li ssir dixxiplu ta’ Kristu. Il-konverżjoni sseħħ hekk kif in-nies jeżerċitaw il-fidi fi Kristu, jindmu minn dnubiethom, jitgħammdu, jirċievu d-don tal-Ispirtu s-Santu, u jibqgħu sħaħ sal-aħħar. Il-Mulej u l-profeti tiegħu jirreferu għal din il-bidla bħala twelid spiritwali mill-ġdid (ara Ġwanni 3:3–5; Mosija 27:25–26).

L-Espjazzjoni tas-Salvatur tagħmel il-konverżjoni possibbli, u l-Ispirtu s-Santu jġib din il-bidla setgħana fil-qalb (ara Mosija 5:2; Alma 5:12–14).

Il-konverżjoni hija proċess mhux avveniment. Li tgħin lin-nies jikkonvertu għal Ġesù Kristu huwa ċentrali għall-għan missjunarju tiegħek. Iggwidat mill-Ispirtu, int tistieden li niex biex jagħmlu impenji li se jgħinuhom jikbru spiritwalment u jħossu l-influwenza tal-Ispirtu s-Santu f’ħajjithom. Imbagħad int tissapportja lin-nies iżommu l-impenji li jkunu għamlu. Int tgħinhom jaġixxu fil-fidi biex jiksbu bidla li tibqa’ sal-aħħar (ara Mosija 6:3).

Nies li jżommu l-impenji qabel il-magħmudija aktarx ħa jkunu iktar lesti lijagħmlu u jħarsu l-patti sagri iktar ’il quddiem. Meta tgħallem lin-nies li għandhom iżommu l-impenji tkun qed tgħallimhom li għandhom iħarsu l-patti. Li nagħmlu u nħarsu l-patti huwa parti essenzjali mill-evanġelju ta’ Ġesù Kristu u l-pjan ta’ Alla għal uliedu.

Dan il-kapitlu jinkludi linjigwida ta’ kif għandek tistieden stedina, billi twiegħed barkiet, taqsam testimonajnza, u tgħin lin-nies iżommu l-impenji sabiex ikunpu jistgħu jiġu għand is-Salvatur u jkunu salvati.

missjunarji jgħallmu mara

Estendi l-Istedin

Bħala rappreżentant ta’ Ġesù Kristu, inti tistieden lin-nies biex jimxu warajh u jirċievu l-hena tal-evanġelju Tiegħu. Inti testendilhom stendiniet speċifiċi biex jagħmlu affarjiet li jibnu l-fidi tagħhom fi Kristu. Imbagħad inti tissapportjahom biex iżommu l-impenji tagħhom.

L-istedin u l-impenji huma vitali għal dawn ir-raġunijiet li ġejjin:

  • Huma jgħinu lin-nies jgħixu l-prinċipji li jitgħallmu sabiex iħossu x-xhieda li tfarraġ tal-Ispirtu.

  • Li żżomm l-impenji huwa mod wieħed kif in-nies juru l-indiema (ara Duttrina u Patti 20:37).

  • L-indiema tgħin lin-niies jesperjenzaw l-paċi u s-sliem tal-maħfra ta’ Alla. Se jkollhom ukoll għajnuna miżjuda minn Alla waqt l-isfidi tagħhom.

  • Li nżommu l-impenji jipprepara lin-nies jagħmlu u jħarsu l-patti sagri.

  • Int tista’ turi l-imħabba tiegħek għan-nies u l-fidi tiegħek fil-wegħdi ta’ Alla billi tgħin lin-nies iżommu l-impenji tagħhom.

Stieden skont kif Immexxi mill-Ispirtu

Fittex il-gwida tal-Ispirtu s-Santu dwar liema stediniet għandek testendi u meta għandek testendihom. Ikkunsidra x’tagħlim jew x’duttrina, jekk mifhuma sewwa, se jgħinu lill-persuna taċċetta l-istedina tiegħek. L-istedina t-tajba fil-waqt it-tajjeb tista’ twassal lin-nies biex jagħmlu affarijiet li se jibnulhom l-fidi tagħhom. Dawn l-azzjonijiet jistgħu jwasslu għal bidla qawwija fil-qalb (ara Mosija 5:2; Alma 5:12–14).

L-istediniet li testendi int jistgħu jkunu żgħar, bħall-qari ta’ kapitlu mill-iskrittura jew li dak li jkun jiġi għal-laqgħa tas-sagrament. Jew inkella jistgħu jkunu kruċjali bħalma hi l-magħmudija. L-istediniet għandhom ikunu xierqa għal fejn persuna tinsab fil-vjaġġ spiritwali tagħha.

Stediniet li huma mmexxija mill-Ispirtu jibnu fuq xulxin biex jgħinu lill-persuna tipprogressa spiritwalment (ara 2 Nefi 28:30; Duttrina u Patti 93:12–13). Staqsi lilek innifsek, “Liema impenji qed iżżomm din il-persuna? X’pass imissha tagħmel biex tipprogressa?”

Isma’ lil dawk li qed titkellem magħhom jew tgħallimhom. Minn dak li tisma’ u tħoss, fittex il-gwida tal-Ispirtu s-Santu dwar liema stediniet se jgħinu fil-progress ta’ kull persuna biex jagħmlu patti sagri.

Prinċipji biex Testendi l-Istediniet

Biex testendi l-istediniet tirrikjedi l-fidi fi Kristu. Ara li jkollok il-fidi li hu qed ibierek lin-nies meta int taċċetta u tmexxi bl-istediniet tiegħek.

Hemm aktar ċans li n-nies jinbidlu meta tistedinhom biex jaġixxu fuq verità tal-evanġelju u tgħinhom jaraw kif il-bidla tista’ tibdilhom. Huma se jinbidlu tant li jħossu l-Ispirtu u jesperjenzaw l-hena li jgħixu l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu.

Kull meta tikkomunika man-nies, fil-verità jew onlajn, ikkunsidra xi stedina tista’ tgħinek tqawwi l-fidi tagħhom fi Kristu u kif jistgħu jħossu l-Ispirtu. Xi drabi dan jista’ jkun xi ħaġa sempliċi bħal laqgħa oħra miegħek jew li jiġu għal attività tal-Knisja

Hekk kif tipprepara biex tgħallem lezzjoni, ikkunsidra l-bżonnijiet u l-progress ta’ kull persuna. Kun ċert li l-pjan tal-lezzjoni tiegħek jinkludi stedina waħda jew aktar li se jgħinu fil-progress tal-persuna.

Oqgħod attent li ma tagħmilx ħafna stediniet f’daqqa. Persuna għandha bżonn iż-żmien biex taġixxi, tikber, u titgħallem minn kull stedina.

Kun kuraġġuż imma mhux iżżejjed hekk kif tistieden lin-nies biex jagħmlu l-impenji (ara Alma 38:12). Irispetta l-volontà tan-nies.

Studju tal-Iskrittura

Għalxiex l-impenji huma importanti?

Stieden b’Lingwa Ġentili u Ċara

Ħafna drabi stedina tieħu l-forma ta’ mistoqsija b’“tixtieq”, li tirrikjedi risposta ta’ iva jew le. Agħmel stedina ġentili, speċifika, u ċara. Huma għandhom jistiednu jew iħeġġu lin-nies biex jagħmlu impenn biex jaġixxu b’fidi f’Ġesù Kristu

Għalkemm l-istediniet tagħna se jkunu uniċi għal kull persuna, ikkunsidra l-eżempji li ġejjin:

  • Li tattendi l-knisja tipprovdilek ħin u post għalik biex tqim lil Alla u tħoss l-Ispirtu tiegħu. Tista’ tgħinek ukoll biex issir parti minn komunità sapportiva hekk kif tagħmel tibdil biex tersaq eqreb lejn is-Salvatur. Tixtieq tiġi magħna għal-laqgħa tas-sagrament nhar il-Ħadd?

  • Issa li ddiskutejna l-importanza li nistudjaw l-iskrittura, tixtieq taqra [passaġġ partikolari mill-iskrittura]? Tixtieq tikteb xi impressjonijiet jew mistoqsijiet li jista’ jkollok? Aħna nistgħu niddiskutu l-ħsibijiet tiegħek id-darba li jmiss niltaqgħu.

  • Aħna ilna niddiskutu l-ħajja tas-Salvatur u l-kmandamenti tiegħu. Tixtieq timxi wara l-eżempju tiegħu billi titgħammed fil-Knisja tiegħu u tagħmel wegħdiet miegħu? (Ara “L-Istedina biex Titgħammed u Tkun Ikkonfermat” f’kapitlu 3.)

  • Int urejt interess biex tagħmel aktar kuntatt ma’ Alla fil-ħajja tiegħek. Tixtieq titlob bil-fidi matul dawn il-ftit ġranet li ġejjin biex tkun tista’ tesperjenza l-barkiet tat-talb?

  • Għandna vidjow li naħsbu li tista’ ssib utli. Nistgħu nuruhulek jew nibagħtulek il-ħolqa? Tixtieq tarah? Nistgħu nikkuntattjawk għada biex naraw x’taħseb?

Fittex is-suġġerimenti tal-Ispirtu s-Santu hekk kif tikkunsidra l-modi naturali biex testendi l-istediniet b’mod ġentili, speċifiku, u ċar.

Studju Personali jew Akkumpanjat

Fid-djarju tal-istudju tiegħek, ikteb stedina li hija sempliċi, diretta, u ċara għal kull impenn ta’ lezzjoni. Jekk għamilt din l-attività qabel, irrepetiha u qabbel l-istediniet ġodda tiegħek ma’ dawk ta’ qabel.

Irrevedi l-istediniet li ktibt mal-kumpann tiegħek. Imbagħad iddiskutu il-mistoqsijiet li ġejjin:

  • Kif nistgħu ngħinu lin-nies jifhmu l-barkiet imwiegħda tal-Mulej assoċċjati ma’ din l-istedina?

  • Għaliex din l-istedina hija importanti għalija personali?

  • Kif nista’ ngħin lin-nies iħossu l-imħabba ta’ Alla għalihom hekk kif nestendi l-istedina?

  • Kif nista’ nitjieb biex ngħin lill-oħrajn jaġixxu fuq l-istediniet li nestendi?

Aħseb f’xi ħadd li qed tgħallem. Ipprattika il-mod li bih se tagħmel l-istedina bħalikieku qed tindirizza lil dik il-persuna. Irrevedi l-istediniet kif meħtieġ.

Wiegħed il-Barkiet lin-Nies

Alla jwiegħed li jberikna hekk kif aħna nħarsu l-kmandamenti tiegħu (ara Duttrina u Patti 130:20–21). Nies li jħarsu l-kmandamenti u jibqgħu fidili “huma mberkin f’kull ħaġa” u se “jgħammru ma’ Alla fi stat ta’ ferħ bla tmiem” (Mosija 2:41).

Hekk kif tistieden lin-nies biex jagħmlu l-impenji, wegħedhom barkiet biex iżommu l-patti tagħhom. Int tista’ tidentifika ħafna minn dawn il-barkiet billi tistudja l-iskrittura, it-tagħlim tal-profeti tal-aħħar żmien, u l-lezzjonijiet f’kapitlu 3. Aħseb ukoll fil-barkiet tal-ħajja tiegħek. Permezz tat-talb iddeċiedi liema barkiet se twiegħed lil kull persuna hekk kif testendi l-istediniet.

Meta tistieden persuna biex tgħix kmandament, għallem dan li ġej:

  • Meta nobdu l-kmandamenti nuru l-imħabba tagħna għall-Missier fis-Smewwiet u għal Ibnu, Ġesù Kristu (ara Ġwanni 14:15).

  • Meta nobdu l-kmandamenti nuru lil Alla li aħna nafdaw fih (ara Proverbji 3:5–6).

  • Il-barkiet ta’ Alla huma kemm spiritwali u anki temporali (ara Mosija 2:41).

  • L-akbar barka ta’ Alla hija l-ħajja eterna (ara Duttrina u Patti 14:7).

  • Hekk kif nitolbu b’mod sinċier u naġixxu bil-fidi, Alla se jgħinna nwettqu l-affarijiet li hu kkmandana biex nagħmlu (ara 1 Nefi 3:7).

  • Alla jwettaq il-wegħdiet tiegħu biex iberikna bil-mod u l-ħin tiegħu (ara Duttrina u Patti 88:68).

In-nies spiss jiffaċċjaw oppożizzjoni biex jobdu l-kmandamenti. Offri sapport lil dawk li tgħallem, u offrilhom ċertezza li Alla se jberikhom hekk kif huma jagħmlu li jistgħu biex jobdu x-xewqa tiegħu. Għinhom jifhmu li l-oppożizzjoni hija opportunità biex jikbru billi jagħżlu biex jimxu wara Kristu anke meta hi diffiċli (ara 2 Nefi 2:11, 13–16).

Il-Presbiteru Jeffrey R. Holland wiegħed, “Xi barkiet niksbuhom fi żmien qasir, oħrajn jaslu aktar tard, u xi oħrajn irridu nistennew sakemm inkunu fis-smewwiet; iżda għal dawk li jħaddnu l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu, jaslu żgur.” (“Qassis il-Kbir ta’ Ħwejjeġ Tajbin li ħa Jaslu,” Ensign, Nov. 1999, 38).

Studju tal-Iskrittura

X’jgħallmu s-siltiet tal-iskrittura li ġejjin dwar ix-xewqa tal-Mulej li jberikna?

Studju Personali

Aqra Duttrina u Patti 82:10; 130:20–21. Imbagħad studja is-siltiet li ġejjin mill-iskrittura. Agħmel żewġ kolonni fid-djarjul tal-istudju tiegħek. Fuq naħa minnhom, niżżel il-kmandament li ssib f’kull passaġġ. Fuq in-naħa l-oħra, niżżel x’hemm imwiegħed talli tħares il-kmandament.

Aqsam it-Testimonjanza Tiegħek

Aqsam it-testimonjanza tiegħek kull meta testendi stedina u twiegħed barkiet. Għidilhom kif int ġejt imbierek hekk kif intio għixt il-prinċipji li qed tgħallem. Aqsam it-testimonjanza tiegħek li l-prinċipju li qed tgħallem se jbierek il-ħajja tal-persuna jekk din se tiimxi fuqu.

It-testimonjanza sinċiera tiegħek se tgħin biex jinħoloq ambjent biex in-nies iħossu l-Ispirtu s-Santu jikkonferma l-verità. Dan se jħeġġiġhom biex jaċċettaw l-istediniet li int se testendi.

Għal iktar informazzjoni, ara “Aqsam it-Testimonjanza Tiegħek ma’ Oħrajn” f’kapitlu 10.

grupp jitlob

Għin lil Nies Jżommu l-Impenji Tagħhom

Meta n-nies jaċċettaw l-istediniet tagħkom biex jagħmlu xi ħaġa, kompli segwihom biex tgħinhom iżommu l-impenji tagħhom. Int qed tgħin lin-nies jiżviluppaw il-fidi fi Kristu. L-irwol tiegħek huwa li tgħinhom isaħħu l-fidi tagħhom u d-deċiżjoni biex jagħmlu progress sa ma jilħqu konverżjoni sħiħa. Tistedinx biss lin-nies biex jinbidlu; issapportjahom biex jagħmlu dan.

In-nies se jirċievu x-xhieda tal-Ispirtu hekk kif jeżerċitaw il-fidi sa ma jaslu għall-indiema billi jżommu l-impenji. Spiss, dik ix-xhieda ma tasalx qabel “intom ma tiksbu l‑ebda xhieda qabel mal‑fidi tagħkom tiġi ppruvata” (Għeter 12:6). Tissorprendix ruħek meta titfaċċa l-oppożizzjoni. Ippjana ġkif se tgħinhom matul iż-żmien ta’ prova sabiex huma jirċievu x-xhieda tal-Ispirtu. Membri oħra tal-Knisja jistgħu wkoll jipprovdu sapport.

In-nies spiss iħossu l-influwenza tal-Ispirtu meta inti tkun magħhom. Enfasizza l-importanza li jitolbu, jaqraw l-iskrittura, u li jkomplu jwettqu l-istediniet tiegħek ħalli huma jkollhom dawn is-sentimenti meta jkunu waħedhom.

Li jżommu l-impenji jipprepara lin-nies għall-ordinanzi u l-patti matul it-triq ta’ konverjoni tul il-ħajja. L-isforzi tiegħek jistgħu jingħuhom “jimmanifestaw bil-ħidmiet tagħhom” ix-xewqa tagħhom li jimxu wara Ġesù Kristu (Duttrina u Patti 20:37).

nisa jitgħannqu

Ippjana għall-Kuntatt Qasir ta’ Kuljum

L-għajnuna tiegħek biex in-nies iżommu l-impenji tibda meta żżurhom u tgħallimhom għall-ewwel darba. Itlobhom biex iniżżlu l-impenn tagħhom fuq it-telefown tagħhom, jew il-kalendarju, jew fuq xi ħaġa li tagħtihom.

Staqsihom jekk int, jew xi membru ieħor li kien qed jipparteċipa, tistgħu tagħmlu kuntatt qasir ta’ kuljum bejn iż-żjarat tat-tagħlim. Spjegalhom li l-għan ta’ dawn il-kuntati huwa biex tissapportjahom, u ddeskrivi xi modi kif tista’ tagħmel dan Dawn il-kuntatti huma mod biex tapplika l-prinċipju fi Duttrina u Patti 84:106.

Iddetermina l-metodu ta’ kuntatt li ħa jkun l-iktar effettiv, bħal per eżempju żjara qasira, telefonata, test elettroniku, jew messaġġ bil-midja soċjali. It-teknoloġija toffri bosta għażliet għal tfakkir u sapport addizzjonali.

Ħeġġeġ u Għin lin-Nies fil-Kuntatt ta’ Kuljum Tiegħek

Għal kull stedina, agħmel moti fuq l-app Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi dwar kif se ssegwi fil-jum ta’ wara. Hekk kif tippjana l-jum ta’ wara, fittex il-gwida tal-Ispirtu inti u tiddiskuti kif ħa tgħin lin-nies iżommu ll-impenji tagħhom.

Qis li l-kuntatti ta’ kuljum li tagħmel man-nies ikunukuntatti pożittivi u inkuraġġanti. Itolob għalihom. Uri mħabba u simpatija hekk kif tgħinhom iżommu l-impenji tagħhom. Wieġeb il-mistoqsijiet u għinhom jegħlbu l-isfidi. Jekk ikun hemm żmien, aqraw flimkien mill-Ktieb ta’ Mormon. Aqsam magħhom midja relevanti tal-Knisja, inkluż mużika prodotta mill-Knisja li tista’ televahom. Irrispetta l-ħin u x-xewqat tagħhom.

Introduċihom ma’ membri oħrajn tal-Knisja. Meta jkun xieraq, staqsi lill-membri biex jgħinu lin-nies iżommu l-impenji tagħhom (ara kapitlu 10).

Ikkumplimenta lin-nies li qed jaħdmu biex iżommu l-impenji tagħhom. Għinhom jaraw kif il-Mulej huwa kuntent bl-isforzi tagħhom. Dawn in-nies qegħdin jibdlu ħajjithom, xi ħaġa li titlob ħafna xogħol u sabar. Għinhom jagħrfu l-barkiet li qegħdin jirċievu. Esprimi l-kunfidenza li huma se jirnexxielhom.

Uri l-imħabba wkoll jekk in-nies ma jkunux żammew l-impenji tagħhom. Offri li tissapportjahom fil-kuntatt ta’ kuljum tiegħek Per eżempju, jekk xi ħadd aċċetta l-istedina li jaqra kapitlu mill-Ktieb ta’ Mormon iżda għadu ma għamilx dan, offrilu li taqrawh flimkien. Għin lill-persuna tiskopri bl-esperjenza kif li żżomm l-impenji jista’ jberkilha ħajjitha.

In-nies jaf ikollhom bżonn bosta attentati biex jitgħallmu jżommu impenn, u inti jaf ikollok bżonn tagħemel bosta żjarat biex tgħinhom. Iddiskuti kif jistgħu jegħlbu l-isfidi biex iżommu l-impenji. Kun paċenzjuż u offri sapport, u mhux kritiku u wieħed li jgħaddi ġudizzju.

Qis li jkollok l-Influwenza tal-Ispirtu s-Santu fil-Kuntatt ta’ Kuljum Tiegħek

Meta ssegwi lin-nies, itlobhom biex jaqsmu l-esperjenza tagħhom ta’ meta żammew l-impenji. Staqsihom x’tgħallmu u x’ħassew. Dan se jgħinhom jagħrfu l-influwenza tal-Ispirtu f’ħajjithom u jgħinhom jidentifikaw il-pass li jkun imiss.

Hekk kif tikkuntattja lin-nies kull ġurnata, parti importanti tal-għan tiegħek huwa li tistieden l-influwenza tal-Ispirtu s-Santu jiġi f’ħajjithom. Għinhom jagħrfu kif iħossu l-Ispirtu meta inti ma tkunx preżenti. Il-kuntatt tiegħek ta’ kuljum għandu jqawwi s-sentimenti spiritwali li huma ħassew meta għallimthom. Huma se jikkonvertu meta jħossu l-qawwa u l-influwenza tal-Ispirtu s-Santu.

Uri l-imħabba

Il-proċess tal-konverżjoni huwa ċċentrat fuq imħabba Kristjana (ara 4 Nefi 1:15). Fittex ir-rigal tal-karità. Li turi mħabba sinċiera jista’ jgħin lin-nies iħossu l-Ispirtu f’ħajjithom. L-espressjonijiet tiegħek tal-imħabba jistgħu wkoll jgħinuhom jaċċettaw l-istediniet u jżommu l-impenji li jwasslu sal-konverżjoni.

Hekk kif tħobb lill-oħrajn u tgħallimhom, il-konverżjoni tiegħek stess lejn is-Salvatur tibda ssir dejjem iżjed profonda.

Li tassisti fil-konverżjoni ta’ persuna oħra hija ħidma sagra. Int se ssib hena dejjiemi hekk kif tiddedika lilek innifsek għal din il-ħidma u li sservi lill-oħrajn (ara Mattew 10:39; Mosija 2:17; Alma 27:17–18; Duttrina u Patti 18:10–16).

Studju Personali jew Akkumpanjat

Niżżel fl-app Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi l-pjanijiet tiegħek għall-kuntatt ta’ kuljum ma’ kull persuna li qed titgħallem. Ippjana minn ħafna ġranet bil-quddiem x’se tagħmel biex issegwi kull persuna.

Agħżel stedina waħda biex tagħmel meta tgħallem kull persuna. Imbagħad identifika tħassib differenti li jista’ jżomm lil xi ħadd milli jaċetta l-istedina jew li jżomm l-impenn. Iddiskuti u pprattika kif l-aħajr tista’ tgħin lin-nies hekk kif jaħdmu biex jirrisolvu t-tħassib tagħhom.

Il-Mulej Jixtieq li n-Nies Jiġu u Jibqgħu

Ix-xogħol missjunarju għandu l-aktar effett meta n-nies jagħmlu u jżommu l-impenn tagħhom li jgħixu l-evanġelju u jibqgħu attivi fil-Knisja matul ħajjithom. Mhux biżżejjed li sempliċiment jiġu fil-Knisja. Il-Mulej jixtieq li jiġu u jibqgħu (ara Ġwanni 15:16). Idderiġi t-tagħlim u l-istediniet kollha tiegħek lejn dan l-għan. Biex tirċievi l-barkiet kollha li l-Missier fis-Smewwiet għandu għalihom, il-membri jridu jibqgħu jgħixu l-evanġelju billi jobdu l-kmandamenti u l-patti li jkunu għamlu hekk kif jibqgħu attivi fil-Knisja.

Nefi għallem: “Wara li tkunu dħaltu fit-triq stretta u dejqa, jiena nistaqsikom jekk hux biżżejjed? Araw, jiena ngħidilkom, Le; … araw li tibqgħu mexjin ’il quddiem b’mod kostanti fi Kristu, … u [jekk intom] tibqgħu żżommu sħiħ sal‑aħħar, araw, hekk jgħid il‑Missier: Intom ikollkom il‑ħajja eterna”(2 Nefi 31:19–20).

Agħmel l-akbar sforzi tiegħek biex tgħin lin-nies jikkwalifikaw għall-”ħajja eterna, liema rigal huwa l-akbar fost ir-rigali kollha ta’ Alla” (Duttrina u Patti 14:7).


Ideat għal Studju u Applikazzjoni

Studju Personali

  • Identifika kmandament minn lezzjoni 4. Sib u ħu nota tar-referenzi u l-kwotazzjonijiet tal-iskrittura mill-profeti tal-aħħar żmien li jiddeskrivu l-barkiet imwegħdin assoċjati ma’ dan il-kmandament. Aħseb fil-barkiet li int irċevejt billi obdejt dan il-kmandament, u iktibhom fuq id-djarju tiegħek.

  • Meta tikkomunika ma’ tal-familja jew oħrajn, staqsihom kif ġew imberkin billi obdew il-kmandament speċfiku (per eżempju, billi jżommu Jum il-Mulej b’mod qaddis, billi jobdu l-liġi tad-dieċmi, jew billi jħarsu xi kmandament li huwa diffiċli għal xi ħadd li int qed tgħallem).

  • Wieġeb il-mistoqsijiet li ġejjin biex jgħinuk tidentifika elementi fejn int tista’ titjieb meta testendi l-istediniet. Agħmel pjanijiet biex titjieb.

    • In-nies jafu li jien inħobbhom?

    • Jiena ninsab kunfidenti li huma se jitbierku billi jaġixxu fuq l-istediniet tagħna?

    • Jien nagħti ħin u attenzjoni xieraqa biex nagħmel kuntatt ta’ kuljum man-nies biex ngħinhom iżommu l-impenji tagħhom.

    • Il-pjanijiet tal-lezzjoni tagħna jinkludu stediniet speċifiċi biex jaġixxu?

Kumpann tal-Istudju u Skambju ta’ Kumpann

  • Irrevedi l-istediniet f’waħda mill-lezzjonijiet tal-missjunarji. Għal kull stedina, wieġeb il-mistoqsijet li ġejjin:

    • X’barkiet wiegħek Alla lil dawk li jżommu dan l-impenn?

    • Li jobdu dan il-prinċipju kif se jgħin lin-nies iżidu l-fidi u t-testimonjanza tagħhom?

    • Dan l-impenn kif se jgħin lin-nies jindmu u jkunu iktar sensittivi għall-Ispirtu?

  • Mill-għodda tal-ippjanar tiegħek, agħmel lista ta’ nies li int ikkuntattjajt fl-aħħar jumejn. Inkludi dawk li qed tgħallem u l-membri.

    • Għal kull persuna, ikteb l-istediniet li int estendejt u l-impenji li huma għamlu.

    • Ikkpnsidra xi stediniet oħra li stajt estendejt.

    • Iddiskuti għalfejn inti statjt tikseb impenji minn uħud minn dawn in-nies iżda mhux minn oħrajn.

    • X’se tagħmel biex issegwi fuq dawn l-istediniet?

Kunsill tad-Distrett, Konferenzi taż-Żona, u Kunsill tat-Tmexxija tal-Missjoni

  • Iddiskuti ideat effettivi u kreattivi għall-kuntatt ta’ kuljum li għandek ma’ nies li qed tgħallem. Il-missjunarji kif ħadmu mal-membri b’mod effettiv? Liema midja stampata u diġitali kienet ta’ benefiċċju? X’tista’ tagħmel meta n-nies ma jkunux id-dar jew għandhom wisq x’jagħmlu biex jiltaqgħu miegħek.

  • Iddiskuti modi kif il-missjunarji għallmu b’mod effettiv il-kmandamenti f’lezzjoni 4.

Mexxejja tal-Missjoni u Konsulenti tal-Missjoni

  • Meta possibbli, akkumpanja lill-missjunarji waqt li qed jgħallmu. Għinhom jiffukaw fuq kif se jgħinu lin-nies jagħmlu u jżommu l-patti.

  • Ħeġġeġ lill-mexxejja tas-saċerdozju fil-qasam, lill-mexxejja tal-organizzazzjonijiet, u lill-membri biex jagħmlu kuntatt ta’ kuljum man-nies li l-missjunarji qed jgħallmu—jekk in-nies kienu aċċettaw li jsir dan il-kuntatt.