Sejħiet tal-Missjoni
Kapitlu 3: Studja u Għallem l-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu


“Kapitlu 3: Studja u Għallem l-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu,” Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi: Gwida biex Naqsmu mal-Oħrajn l-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu (2023)

“Studja u Għallem l-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu,” Preach My Gospel

Immaġni
Il-Magħmudija ta’ Kristu, ta’ Joseph Brickey

Kapitlu 3

Studja u Għallem l-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu

Il-lezzjonijiet f’dan il-kapitlu jikkonsistu fid-duttrina essenzjali, prinċipji, u kmandamenti tal-evanġelju ta’ Ġesù Kristu. Dawn il-lezzjonijiet huma dak li l-profeti ħajjin u l-appostli ddireġewk biex titgħallem u tgħallem. Dawn huma pprovduti hawnhekk biex int tista’ tgħallen oħrajn jifhmu b’mod ċar id-duttrina ta’ Kristu.

L-ewwel sezzjoni f’dan il-kapitlu hija l-istedina għall-magħmudija. Il-bqija tal-kapitlu jikkonsisti fl-erba’ lezzjonijiet kif ġejjin:

Studja l-iskrittura u għożż id-duttrina f’kull lezzjoni. Hekk kif tagħmel dan, l-Ispirtu jixhed il-veritajiet li tistudja. Hu jgħinek tkun taf x’għandek tgħid u tagħmel biex tgħin lill-oħrajn jirċievu xhieda tal-verità. (Ara Duttrina u Patti 84:85.)

In-nies se jsiru jafu lis-Salvatur b’mod aktar sħiħ hekk kif jagħmlu dak li hu stedinhom biex jagħmlu. Estendi l-istediniet f’kull lezzoni, u għin lin-nies iżommu l-patti tagħhom. Hekk kif in-nies iżommu l-patti, huma jibdew jgħixu l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu u jippreparaw biex jagħmlu patti ma’ Alla.

Għallem il-lezzjonijiet kollha qabel u wara l-magħmudija. Missjunarji full-time jieħdu r-riedni fit-tagħlim tal-lezzjonijiet id-dartbejn li huma. Missjunarji tal-wited u membi oħrajn jipparteċipaw meta jkun possibbli. Ara kapitli 10 u 13 għal informazzjoni dwar kif ninkludu membri fit-tagħlim.

Ħejji sabiex Tgħallem

Hekk kif tħejji biex tgħallem, irrevedi l-informazzjoni għal kull persuna fl-app ta’ Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi. Agħmel lezzjoni ibbażata fuq il-bżonnijiet tal-persuna. Ikkunsidra dak li huma għandhom ikunu jafu u dak li jħossu waqt iż-żjara tat-tagħlim tiegħek. L-Ispirtu se jkabbar l-isforzi hekk kif int tieħu l-ħin biex tipprepara u tippjana.

Hawnhekk hawn ftit mistoqsijiet għalik u għas-sieħeb tiegħek biex bl-għajnuna tat-talb tikkunsidraw hekk kif tippreparaw biex tgħallmu.

  • Xi stedina se nestendu biex ngħinu lill-persuna tibni fidi fi Kristu u tagħmel progress? L-istediniet huma l-modi kif ngħinu lin-nies jindmu u jesperjenzaw “il-qawwa tal-Feddej” Ħelaman 5:11). Ikkunsidra l-progress, is-sitwazzjoni, u l-bżonnijiet tal-persuna. Imbagħad inkludi stedina waħda jew tnejn fil-pjan tal-lezzjoni tiegħek.

  • X’duttrina u prinċipji se jgħinu lill-persuna żżomm il-patti li aħna stedinna lill-persuna biex tagħmel? Permezz tat-tagħmel iddetermina x’duttrina u prinċipji se jgħinu lin-nies jifhmu għaliex li jżommu l-patti tagħhom huwa importanti għalihom u għall-Mulej.

  • Kif se ngħinu lill-persuna titgħallem id-duttrina? Biex tipprepara biex tgħallem id-duttrina, organizza u agħmel taqsira ta’ dak li se tgħallem billi tuża lezzjonijiet 1–4. Identifika mistoqsijiet, skritturi, eżempji, u midja adattat li se jgħinu lill-persuna tifhem dak li inti tgħallem. Ara kapitlu 10 għal informazzjoni dwar kif se ttejjeb it-tagħlim tiegħek.

  • X’barkiet wiegħdek Alla talli taċċetta u żżomm il-patti? Hekk kif tistudja d-duttrina, identifika l-barkiet Imwiegħda minn Alla. Hekk kif tgħallem, wiegħed barkiet u agħti testimonjanza tagħhom.

  • Liema membri jistgħu jipparteċipaw? Fil-laqgħa ta’ koordinazzjoni ta’ kull ġimgħa, iddetermina liema membri jistgħu jgħinuk tgħallem u tissapportja lill-persuna. Qabel il-lezzjoni, iddiskuti l-parteċipazzjoni tagħhom. Ara kapitlu 10.

  • X’nistgħu nagħmlu biex ngħinu lin-nies iżommu l-patti wara li aħna nitilqu? Kompli segwi billi tagħmel kuntatt qasir ta’ kuljum biex tgħin lin-nies iżommu l-patti tagħhom. Fittex modi biex tinkludi membri biex jgħinu lil dawk li tgħallem iżommu l-patti tagħhom. Dan il-kuntatt jista’ jinkludi li taqra kapitlu mill-Ktieb ta’ Mormon jew minn skritturi oħrajn. Jekk xi ħadd mhux qed iżomm impenn ta’ qabel, jaf ikun aħjar li tfittex li ttejjeb dan l-aspett qabel testendi ieħor. Ara kapitlu 11.

  • Kif nistgħu ngħinuhom aħjar id-darba li jmiss? Wara kull sitwazzjoni, evalwa l-esperjenza tan-nies li qed tgħallem. Il-fidi tagħhom fi Kristu qed tikber? Qegħdin iħossu l-Ispirtu? Qegħdin jindmu u jagħmlu u jżommu l-impenji tagħhom? Qegħdin jitolbu, jistudjaw il-Ktieb ta’ Mormon, u jattendu l-knisja? Agħmel pjanijiet biex tgħinhom.

Għallem minn Qalbek hekk kif Iggwidat mill-Ispirtu

Fid-diskors għall-presbiteri u sisters, l-Ewwel Presidenza u l-Kworum tat-Tnax-il Appostlu qalu:

“L-għan tagħna huwa li ngħallmu l-messaġġ tal-evanġelju rrestawrat b’ tali mod li nħallu l-Ispirtu jidderieġi kemm lill-missjunarji kif ukoll lil dawk li jkunu qegħdin jiġu mgħallma. Hija ħaġa essenzjali li inti titgħallem il-kunċett tal-[lezzjonijiet], iżda dawn m’għandhomx jiġu mgħallmin permezz ta’ xi preżentazzjoni li tkun tgħallimt bl-amment minn qabel. Il-missjunarju għandu jħossu liberu li juża kliem kif jiġi mnebbaħ mill-Ispirtu. M’għandux jgħid kliem bl-amment, iżda għandu jitkellem bi kliem skont dak li jħoss ġewwa qalbu. Huwa m’għandux għalfejn jimxi mal-ordni tal-lezzjonijiet, iżda għandu jagħmel dak li jiġi ispirat jagħmel, fl-interess u l-bżonnijiet tal-persuna. Meta jitkellem skont il-konvinzjoni personali tiegħu u fi kliemu għandu jaqsam it-testimonjanza tal-verità tat-tagħlim tiegħu.”

Immaġni
missjunarji jiltaqgħu ma’ raġel

Għallem u Stieden skont il-Bżonnijiet Individwali

Inti għandek tkun flessibbli biżżejjed li tgħallem il-lezzjonijiet bl-aħjar mod li taħseb li tista’ tgħin lin-nies biex jitħejjew kompletament għall-magħmudija u l-konferma. X’lezzjoni tgħallem, meta għandek tgħallimha, u kemm tiddedika ħin għaliha huwa determinat l-aħjar mill-bżonnijiet li jkollha l-persuna li qed tgħallem u skont kif imexxik l-Ispirtu. Per eżempju, meta tgħallem lin-nies li mhux ġejjin minn ambjent Kristjan, jaf tibda billi tgħinhom jiżviluppaw konnessjoni akbar mal-Missier fis-Smewwiet u fehim tal-pjan tiegħu (ara “Ngħallmu Nies Li Mhux Ġejjin Minn Ambjent Kristjan” f’kapitlu 10).

Ħalli l-Ispirtu jiggwidak f’dak li huwa liema stediniet se testendi u meta se testendihom. L-istedina t-tajba fil-ħin opportun tista’ tnebbaħ lin-nies biex jagħmlu affarijiet li bihom jibnu l-fidi tagħhom. Dawn l-azzjonijiet jistgħu jwasslu għall-bidlla qawwija tal-qalb (ara Mosija 5:2; Alma 5:12–14).

Għallem lezzjonijiet li huma sempliċi, ċari, u qosra. Tipikament, żjara ta’ lezzjoni m’għandhiex tkun aktar minn 30 minuti, u int tista’ tgħallem persuna f’temp ta’ 5 minuti biss.

Ġeneralment se jkollok bżonn diversi laqgħat biex tgħallem il-prinċipji f’lezzjoni waħda. Ħafna drabi in-nies jifhmu aħjar il-messaġġ tiegħek jekk tgħallem lezzjonijiet qosra, jekk tgħallem b’mod frekwenti, u jekk tgħallem porzjonijiet żgħar ta’ materjal.

Studju tal-Iskrittura

X’inti mitlub li tgħallem?

Għaliex huwa importanti li tistudja d-duttrina li ssib fil-lezzjonijiet?

Ipprintja