Sejħiet tal-Missjoni
Kapitlu 3: L-istedina biex Titgħammed u Tkun Ikkonfermat


“Kapitlu 3: L-istedina biex Titgħammed u Tkun Ikkonfermat,” Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi: Gwida biex Naqsmu mal-Oħrajn l-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu (2023)

“L-istedina biex Titgħammed u Tkun Ikkonfermat,” Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi

Kapitlu 3

L-Istedina biex Titgħammed u Tkun Ikkonfermat

Ejjew mal-Merħla ta’ Alla, minn Walter Rane

Sisien Duttrinali

Aħna lkoll ulied Missierna fis-Smewwiet. Aħna ġejna fid-dinja biex ikollna l-opportunità biex nitgħallmu, nikbru, u nsiru aktar bħalu biex nistgħu nirritornaw għall-preżenza tiegħu (ara Mosè 1:39). Ma nistgħux insiru bħalu jew nirritornaw għandu mingħajr għajnuna divina. Missierna fis-Smewweit bagħat lil Ibnu, Ġesù Kristu, sabiex jieħu fuqu, permezz tas-sofferenza Tiegħu, id-dnubiet ta’ dawk kollha li jgħixu fid-dinja u jegħleb il-mewt fiżika (ara 3 Nefi 27:13–22).

Aħna nirċievu aċċess għall-qawwa feddejja ta’ Kristu billi neżerċitaw il-fidi tagħna sa ma nindmu, billi nitgħammdu, nirċievu d-don tal-Ispirtu s-Santu permezz tal-konfermazzjoni, u nibqgħu sodi sal-aħħar. Li nħarsu l-patt tal-magħmudija huwa l-ewwel pass li bih norbtu lilna nfusna ma’ Alla biex l-Ispirtu s-Santu jkun jista’ jnaddafna, iqawwina, u jbiddlilna n-natura tagħna għall-aħjar. L-esperjenza tal-influwenza li tqaddisna hija msejħa twelid mill-ġdid spiritwali. (Ara 2 Nefi 31:7, 13–14, 20–21; Mosija 5:1–7; 18; 27:24; 3 Nefi 27:20; Ġwanni 3:5.)

Twelid mill-ġdid spiritwali jibda meta nitgħammdu kemm permezz tal-ilma kif ukoll permezz tal-Ispirtu. Il-magħmudija hija ordinanza ta’ ferħ u ta’ tama. Meta aħna nitgħammdu b’qalb maqsuma u spirtu sogħbien, nibdew il-ħajja mill-ġdid bil-qawwa li ssostni ta’ Alla. Meta nitgħammdu u nkunu kkonfermati, aħna nistgħu nkomplu nżidu fil-qawwa billi nieħdu sehem fis-sagrament b’mod den. (Ara 2 Nefi 31:13; Mosija 18:7–16 ; Moroni 6:2; Duttrina u Patti 20:37.)

Nestendu l-Istedina

Hekk kif tiġi ggwidat mill-Ispirtu, stieden lin-nies sabiex jitgħammdu u jiġu kkonfermati. Dan jista’ jiġri waqt kull lezzjoni.

Għallem id-duttrina tal-magħmudija u għin lin-nies jifhmu d-duttrina ta’ Kristu (ara lezzjoni 3). Għallem dwar l-importanza u l-pjaċir tal-patt tal-magħmudija, ta’ li nirċievu l-maħfra tad-dnubiet, u ta’ li nirċievu d-don tal-Ispirtu s-Santu permezz tal-konferma.

Ipprepara lin-nies għall-istedina tal-magħmudija billi taċċerta ruħek li jifhmu dak li ħsibt int u l-patt li se jagħmlu. Il-patt tal-magħmudija huwa kif ġej:

  • Kun lest li tieħu fuqek isem Ġesù Kristu.

  • Ħares il-kmandamenti ta’ Alla

  • Servi lil Alla u lill-oħrajn.

  • Ibqa’ sod sal-aħħar. (Ara lezzjoni 4.)

Forsu tajjeb li taqsam dan li ġej mal-oħrajn:

“Meta nitgħammdu, aħna nixhdu quddiem il-Mulej li aħna dħalna f’patt miegħu, li sejrin naqduh, u nħarsu l‑kmandamenti tiegħu. Meta nagħmlu dan il-patt, Huwa jwiegħed li Hu se ‘jsawwab l‑Ispirtu tiegħu fuqna bil‑kotra?’ (Mosija 18:10).”

L-istedina tiegħek biex tkun mgħammed għandha tkun speċifika u diretta. Tista’ tgħid:

“Int se timxi wara l-eżempju ta’ Ġesù Kristu billi titgħammed minn xi ħadd li ġie ordnat biex iwettaq din l-ordinanza? Aħna se ngħinuk biex titħejja għall-magħmudija. Aħna nemmnu li int se tkun lest fi [data]. Lest tħejji lilek innifsek sabiex titgħammed f’dik id-data?”

Ma’ kull stedina li testendi, wiegħed il-barkiet il-kbar li n-nies se jirċievu hekk kif jaċċettaw l-istedina biex jiġu mgħammda u jżommu l-patti assoċjati. Aqsam ma’ ħaddieħor it-testimonjanza tiegħek ta’ dawn il-barkiet.

Għallem li l-magħmudija u l-konferma mhumiex id-destinazzjoni finali. Anzi, huma punt matul il-triq tal-konverżjoni li jġibu tama, ferħ, u l-qawwa ta’ Alla b’mod aktar sħiħ fil-ħajja ta’ persuna (ara Mosija 27:25–26). Wara li n-nies jiġu mgħammda u kkonfermati, huma jistgħu jħarsu ’l quddiem biex ikunu mqaddsa mill-Ispirtu hekk kif huma jiżviluppaw matul it-triq tal-patt.

Jekk ikun possibbli, stieden lill-investigaturi għal xi servizz tal-magħmudija u għal xi laqgħa tas-sagrament li fiha jkun sa jiġi kkonfermat xi ħadd.

Ideat għall-Istedina biex Jitgħammdu

Ikkunsidra li taqra r-rakkont spiritwali ta’ Ġesù qed jiġi mgħammed (ara Mattew 3:13–17). Tista’ wkoll turi l-vidjo tal-Bibbja li juri l-magħmudija tas-Salvatur jew il-vidjo tal-Ktieb ta’ Mormon tad-dixxipli tas-Salvatur jitgħammdu.

Tista’ wkoll taqra r-rakkont ta’ Nefi tal-magħmudija ta’ Ġesù (ara 2 Nefi 31:4–12). Il-qari tar-rakkonti tal-magħmudija ta’ Ġesù Kristu jista’ jqawwi lil dawk li qed jitgħallmu.

Studju tal-Iskrittura

Studja l-iskrittura li ġejja:

Ikteb taqsira ta’ dak li tgħallimt.