“Kapitlu 12: Għin lil Nies Jitħejjew għall-Magħmudija u l-Konferma,” Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi: Gwida kif Naqsmu l-Evanġelju mal-Oħrajn (2023)
“Kapitlu 12,” Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi
Kapitlu 12
Għin lil Nies Jitħejjew għall-Magħmudija u l-Konferma
Il-magħmudija hija ordinanza li tnissel l-hena u ġġib il-qawwa ta’ Alla fil-ħajja ta’ persuna. Dak il-qawwa tasal meta aħna nirċievu d-don tal-Ispirtu s-Santu. Din il-qawwa tkompli meta persuna tibqa’ sħiħa sal-aħħar fil-ħarsien tal-patt tal-magħmudija.
L-għan tat-tagħlim tiegħek huwa biex tgħin lill-oħrajn jiżviluppaw il-fidi tagħhom f’Ġesù Kristu, jindmu minn dnubiethom, u jitgħammdu b’xewqa sinċiera li jimxu wara Kristu. Bħalma għallem Mormon, “l-ewwel frott tal-indiema hija l-magħmudija” (Moroni 8:25). Hekk kif in-nies li tgħallem iżommu l-impenji li int tisetdinhom jagħmlu, huma se jkunu mħejjijn jagħmlu u jħarsu patti ma’ Alla u igawdu mill-barkiet imwiegħda.
Il-magħmudija u l-konferma mhumiex id-destinazzjoni finali. Anzi, dawn l-ordinanzi huma l-portal li minnu ulied Alla jidħlu fuq it-triq tal-patt. Din it-triq twassal għall-ordinanzi, patti, u l-barkiet li jhennu tat-tempju—u ultimament għall-ħajja eterna (ara 3 Nefi 11:20–40).
Kwalifiċi għall-Magħmudija u l-Konferma
Alla jistieden lil uliedu biex jiġu għandu permezz tal-magħmudija u l-konferma (ara 2 Nefi 26:33; 3 Nefi 27:20). Il-kwalifiċi għall-magħmudija huma l-istess għal kulħadd.
-
Iċċekken quddiem Alla.
-
Kun mixtieq li titgħammed.
-
Ejja ’l quddiem b’qalb maqsuma u spirtu sogħbien.
-
Indem minn dnubietek kollha u itlob għall-maħfra.
-
Imtela bir-rieda li tieħu fuqek l-isem ta’ Kristu.
-
Kun determinat li sservi lil Kristu sat-tmiem.
-
Uri bil-ħidma tiegħek li int rċevejt l-Ispirtu ta’ Kristu sal-maħfra ta’ dnubietek.
Mill-Ewwel Presidenza u l-Kworum tat-Tnax-il Appostlu:
-
Irrispomdi b’mod xieraq il-mistoqsijiet tal-intervista tal-magħmudija.
-
Irċievi l-lezzjonijiet kollha tal-missjunarji.
-
Iltaqa’ mal-president tal-kworum tal-presbiteri, mal-president tas-Soċjetà tas-Solliev, u mal-isqof.
-
Attendi diversi laqgħat tas-sagrament.
Dawn il-kwalifiċi huma idikaturi tal-proċess spiritwali tal-konverżjoni. Meta n-nies jiksbu dawn il-kwalifiċi, huma jkunu lesti għall-ordinanzi sagri tal-magħmudija u l-konferma.
Meta persuna appuntat data fissa għall-magħmudija:
-
Irrevedi bir-reqqa r-rekors tagħha fl-app Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi biex tassigura li int għallimt id-duttrina u l-kmandamenti meħtieġa.
-
Oħloq skeda għall-avvenimenti li huma meħtieġa biex titħejja għall-magħmudija u l-konferma. Irrevedi din l-iskeda mal-persuna.
-
Jekk ikun possibbli, stieden lill-persuna biex tattendi għal xi servizz tal-magħmudija qabel il-magħmudija tagħha.
Għin lin-Nies Jitħejjew għall-Intervista tal-Magħmudija Tagħhom
L-intervista tal-magħmudija hija pass importanti biex tassigura li persuna għandu l-kwalifiċi tal-Mulej għall-magmudija. Iffissa skeda għall-intervista tal-magħmudija meta persuna hija lesta, u mhuc qabel.
Għin lin-nies jippreparaw għal din l-intervista sabiex iħossuhom komdi dwarha. Spjegalhom f’xiex se tikkonsisti. Għidilhom li se jiltaqgħu ma’ missjunarju bħalek.
X’inhu l-għan tas-sagrament? Hija opportunità għalihom biex jagħtu xhieda li huma “nidmu minn dnubiethom kollha [u] qed jimmanifestaw bil-ħidma tagħhom li huma rċevew l-Ispirtu ta’ Kristu għall-maħfra tad-dnubiet” (Duttrina u Patti 20:37).
Aqsma magħhom il-mistoqsijiet li l-intervistatur se jsaqsihom (ara hawn taħt). Dan jgħin lill-persuna jipprepara t-tweġibiet għalihom.
Kun ċert li l-persuna tifhem dak li int għallimt u l-patt li hija se tagħmel fil-magħmudija. Dan il-patt huwa biex:
-
Ikollha rieda li tieħu fuqha l-isem ta’ Ġesù Kristu.
-
Tħares il-kmandamenti ta’ Alla.
-
Isservi lil Alla u lill-oħrajn.
-
Tibqa’ sħiħa sal-aħħar. (Ara lezzjoni 4.)
Agħti xhieda dwar il-barkiet kbar li jistgħu jiġu meta tkun mgħammed u kkonfermat u tħares il-patt tal-magħmudija. Dawn il-barkiet jinkludu l-maħfra tad-dnubiet u d-don tal-Ispirtu s-Santu.
Inmexxu l-Intervista tal-Magħmudija
Kull persuna li tixtieq titgħammed tiġi intervistata minn mexxej tas-saċerdozju awtorizzat. F’missjoni, din il-persuna hija l-mexxejj tad-distrett jew taz-zona. Huwa jmexxi l-intervisti fil-każ ta’:
-
Persuni ta’ 9 snin jew ikbar li qatt ma ġew mgħammdin u kkonfermati.
-
Tfal ta’ 8 snin jew ikbar li l-ġenituri tagħhom mhumiex membri tal-Knisja.
-
Tfal ta’ 8 snin jew ikbar li għandhom ġenitur li ħa jkun mgħammed u kkonfermat ukoll.
Linjigwida għall-intervistatur huma pprovduti hawn isfel.
-
Agħmel din l-intervista f’post komdu u privat fejn l-Ispirtu jista’ jinħass.
-
Meta l-intervista qed issir lil tifel jew tifla, żagħżugħ, jew mara, il-kumpann tal-intervistatur għandu jkun qrib fil-kamra, fwajer, jew sala, ħdejn il-post fejn issir l-intervista. Jekk tkun ix-xewqa tal-persuna, persuna adulta oħra tista’ tiġi mistiedna biex tipparteċipa waqt l-intervista. Il-missjunarji għandhom jevitaw kwalunkwe ċirkostanza li taf twassal għal xi nuqqas ta’ ftehim.
-
Ibda permezz ta’ talba.
-
Għin biex il-persuna tħossha komda.
-
Agħmel l-intervista esperjenza spiritwalment edifikani.
-
Kun ċert li l-persuna tifhem l-għan tal-intervista.
-
Staqsi l-mistoqsijiet tal-intervista tal-magħmudija li jidhru hawn taħt. Addatta l-mistoqsijiet għall-età, il-maturità, u ċ-ċirkostanzi tal-persuna skont kif meħtieġ.
-
Irrispondi għall-mistoqsijiet tal-persuna.
-
Irrivedi l-informazzjoni fuq il-Formula tal-Magħmudija u Konferma għall-eżattezza. Jekk il-persuna hija waħda minuri, jeħtieġ li ġenitur jew gwardjan jiffirmaw il-formola qabel il-magħmudija (ara s-sezzjoni “Magħmudija u Konferma: Mistoqsijiet u Tweġibiet” f’dan il-kapitlu).
-
Stieden il-persuna biex tagħti testimonjanza jew taqsam miegħek is-sentimenti tagħha.
-
Esprimi l-apprezzament li qed tkun tista’ tiltaqa’ mal-persuna.
Mistoqsijiet tal-Intervista tal-Magħmudija
Il-mistoqsijiet tal-Intervista tal-magħmudija huma kif ġej:
-
Temmen li Alla hu l-Missiern Etern tagħna? Temmen li Ġesù Kristu hu l-Iben ta’ Alla, is-Salvatur u l-Feddej tad-dinja?
-
Temmen li l-Knisja u l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu ġew irrestawrati permezz tal-Profeta Joseph Smith? Temmen li l-[President tal-Knisja attwali] huwa profeta ta’ Alla? Dan xi jfisser għalik?
-
Xi tfisser għalik meta ngħidu tindem? Tħoss li inti indimt mid-dnubiet passati tiegħek?
-
Int tgħallimt lu l-isħubija fil-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien jinkludi li tgħix l-istandards tal-evanġelju. X’tifhem b’dawn l-istandards li ġejjin? Lest li tobdihom?
-
X’tifhem bil-liġi tal-kastità, li tipprojbixxi kull relazzjoni sesswali ’il barra mill-għaqda ta’ żwieġ legali bejn raġel u mara?
-
Il-liġi tad-dieċmi
-
Il-Kelma tal-Għerf
-
Li żżomm Jum il-Mulej qaddis, inkluż li tieħu sehem fis-sagrament kull ġimgħa u sservi lill-oħrajn?
-
-
Qatt ikkommettejt xi reat serju? Jekk iva, tinsab fuq xi prova jew pleġġ?
-
Qatt ipparteċipajt f’abort? (Ara Manwal Ġenerali, 38.6.1.)
-
Meta titgħammed, inti tkun qed tagħmel patt ma’ Alla li int lest tieħu fuqek l-isem ta’ Kristu, li taqdi lill-oħrajn, li tkun xhud ta’ Alla f’kull waqt, u li tħares lill-kmandamenti matul ħajtek kiollha. Lest li tagħmel dan il-patt u tagħmel ħiltek li tkun fidil lejh?
Għal struzzjonijiet jekk il-persuna twieġeb fl-affermattiv għall-mistoqsijiet 5 jew6, ara il-Manwal Ġenerali, 38.2.8.7 u 38.2.8.8.
Sir familjari mal-polisis u l-linjigwida relatati mal-magħmudija u l-konferma fil-Manwal Ġeneralo, 38.2.8. Uħud minn dawn il-polisis jinvolvu ċirkostanzi speċjali li tista’ tiltaqa’ magħhom.
Wara l-intervista, il-missjunarju u l-kandidat jingħaqdu mal-missjunarji mill-ġdid. Jekk il-persuna hija lesta għall-magħmudija, il-missjuanrji jispjegaw x’se jiġri fis-servizz tal-magħmudija. Jispjegaw ukoll li l-konferma tipikament isseħħ f’laqgħa tas-sagrament fil-qasam fejn il-persuna tgħix.
Meta Jkun Jeħtieġ li Magħmudija Tiġi Posposta
Xi minn daqqiet magħmudija jeħtiġilha tiġi posposta minħabba kwistjonijiet rigward testimonjanza jew denjità. Meta jiġri dan, ħu ħsieb is-sitwazzjoni b’mod sensittiv u privat. Għin lill-persuna tifhem kif għandha tipprepara għall-magħmudija f’data futura.
Ħeġġeġ lill-persuna u offrlha tama fi Kristu u l-Espjazzjoni Tiegħu. Itlob lill-membri tal-qasam biex joffru l-ħbiberija tagħhom. Kompli għallem il-prinċipji bażiċi tal-evanġelju sakemm il-persuna hija lesta li tiġi mgħammda u kkonfermata. Stenna sa dak iż-żmien biex tiskeda data ġdida tal-magħmudija.
Il-Magħmudija u l-Konferma: Mistoqsijiet u Tweġibiet
Għandi bżonn permess biex ngħammed persuna minuri? Il-Knisja hija kkonċernata dwar il-benesseri ta’ wliedha u l-armonija tal-ambjent tad-dar. Persuna minuri, kif definita mil-liġijiet lokali, tista’ tiġi mgħammda meta ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin jiġu sodisfatti:
-
Il-ġenitur(i) kustodjali jew il-gwardjan(i) legali jagħtu permess bil-kitba. Għandhom ikollhom għarfien ġenerali tad-duttrina li it-tifel (jew it-tifla) tagħhom se jiġi mgħallem bħala membru tal-Knisja. Għandhom ukoll ikunu lesti li jissapportjaw lit-tifel (jew it-tifla) biex jagħmel u jżomm il-patt tal-magħmudija.
-
Il-persuna li jmexxi l-intervista jagħraf li t-tifel (jew it-tifla) tifhem il-patt ta’ magħmudija. Għandu jkun kifidenti li t-tifel (jew it-tifla) se jagħmel ħiltu biex iħares dan il-patt billi jobdi l-kmandamenti, inkluż li jattendi l-laqgħat tal-Knisja.
Għandi bżonn kunses tal-konjuġi biex ngħammed raġel jew mara miżżewġin. Iva. Persuna miżżewġa għandu jkollha l-kunsens tal-konjuġi tagħha qabel ma tiġi mgħammda.
Jekk ġenitur f’familja mhux lest għall-magħmudija, għandi ngħammed membri tal-familja oħrajn jew nistenna sakemm il-ġenitur huwa lest? Huwa preferibbli li membri tal-familja jitgħammdu flimkien. Madanakollu, jekk xi wħud minnhom mhumiex lesti, membri individwali tal-familja jistgħu jitgħammdu jekk kull kunsens meħtieġ ikun ingħata.
Il-magħmudiji tal-membri tal-familja għandhom jiġu posposti sakemm il-missier jista’ jirċievi s-Saċerdozju ta’ Aron u hekk ikun jista’ jwettaq il-magħmudija huwa stess? Le. Aħwa li għadhom kemm tgħammdu ma jirċevux s-Saċerdozju ta’ Aron fil-jum li fih jiġu mgħammda. L-ewwel jeħtiġilhom li jiġu intervistati mill-isqof u jkunu sostnuti mill-membri tal-qasam.
Nista’ ngħallem u ngħammed persuna li rriżenjat mis-sħubija tagħha fil-Knisja jew li l-isħubija tagħha kienet ritirata. Nies li rriżenjaw mill-isħubija fil-Knisja jew li kellhom l-isħubija ritirata jistgħu jiġu riammessi permezz tal-magħmudija u l-konferma. Jekk huma jkunu jixtiequ li jiġu mgħallma, ħu parir mingħand il-mexxejja tas-saċerdozju lokali u l-president tal-missjoni tiegħek dwar kwalunkwe rwol li jista’ jkollok.
F’wited, ir-riammessjoni bil-magħmudija taqa’ taħt id-direzzjoni tal-isqof jew tal-president tal-wited. F’missjoni, ir-riammessjoni taqa’ taħt id-direzzjoni tal-president tal-missjoni. Dawn il-mexxejja għandhom jirċievu l-gwida tal-Ewwel Presidenza skont il-ħtieġa. Il-missjunarji ma jmexxux dawn l-intervisti tal-magħmudija jew jimlew il-Formola tal-Magħmudija u Konferma. Madanakollu, missjunarju jista’ jiġi mistieden biex iwettaq magħmudija.
Membri preċedenti tal-Knisja li jerġgħu jingħaqdu mal-Knisja mhumiex konvertiti. Madanakollu, il-missjunarji jistgħu xi drabi jkollhom rwol importanti biex jgħinuhom igawdu l-barkiet mill-ġdid tal-isħubija fil-Knisja.
X’jiġri jekk persuna skedat data tal-magħmudija iżda mhijiex iżżomm l-impenji kollha. Biex tiskeda intervista tal-magħmudija, stenna sakemm il-persuna qed iżżomm l-impenji u tissodisfa l-kwalifiċi tal-magħmudija. Ara “Meta Jkun Jeħtieġ li Magħmudija Tiġi Posposta” f’dan il-kapitlu.
X’jiġri jekk koppja tkun trid li titgħammed imma huma qed jgħixu flimkien? Koppja li tgħix flimkien barra miż-żwieġ legali bejn raġel u mara jaf ma tkunx mgħammda sakemm din ma tkunx qed tgħix il-liġi tal-kastità. Dan ifisser li ma jgħixux aktar flimkien—kemm jekk huma koppja eterosesswali jew koppja tal-istess sess—jew, għal raġel u għal mara, dan ifisser li jiżżewġu. Dan jinkludi wkoll li jeżerċitaw il-fidi sal-indiema kif deskritt fi Duttrina u Patti 20:37. Iż-żwieġ bejn raġel u mara huwa parti essenzjali mill-pjan ta’ Alla.
Il-mistoqsijiet 5 u 6 fl-intervista tal-magħmudija jistaqsu jekk il-persuna qattx xi darba kkommettiet reat serju jew ipparteċipat f’abort. X’għandi nagħmel jekk xi ħadd iwieġeb “iva” għal waħda minn dawn il-mistoqsijiet? Jekk issir taf b’waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet matul l-intervista tal-magħmudija, tistaqsix dwar id-dettalji. Twegħidx li l-persuna se tkun approvata għall-magħmudija. Minflok, esprimi l-imħabba tiegħek u b’mod ġentili spjega li xi ħadd b’iktar maturità u esperjenza se jkellem lill-persuna u jgħin fis-sitwazzjoni.
Ibgħat rikjesta għal intervista tal-magħmudija lill-president tal-missjoni tiwegħek. Huwa, jew wieħed mill-konsulenti tiegħu, sejrin jiltaqgħu mal-persuna. Ara il-Manwal Ġenerali., 38.2.8.7 u 38.2.8.8.
X’għandi nagħmel jekk rekord tas-sħubija ġie maħluq qabel ma jien nibgħat il-Formola tal-Magħmudija u Konferma? Ikkuntattja lill-president tal-missjoni tiegħek għall-istruzzjonijiet.
Is-Servizz tal-Magħmudija
Is-servizz tal-magħmudija u l-konferma għandhom ikunu l-mument spiritwali l-aktar sinifikattivi għal membru ġdid. Is-servizz tal-magħmudija għandu jkun skedat malli persuna ssodisfat il-kwalifiċi tal-magħmudija. Spjega x’hemm ippjanat u għaliex. Iddiskuti l-ilbies xieraq, inkluż kif il-persuna se tingħata lbies abjad biex tilbes għall-magħmudija.
Is-servizz tal-magħmudija għall-ikkonvertiti huma ppjaniti taħt il-gwida tal-isqof. Il-mexxej tall-missjoni tal-qasam (jekk wieħed huwa msejjaħ) jew il-membru mill-presidenza tal-kworum tal-presbiteri li jmexxi l-ħidma missjunarji jippjana u jmexxi dawn is-servizzi Huwa jikkoordina mal-missjunarji full-time. Is-servizzi tal-magħmudija għandhom ikunu sempliċi, fil-qosor, u spiritwalmwent elevanyi
Stiden membru tal-veskovat, membru tal-presidenza tas-Soċjetà tas-Solliev, u membru tal-presidenza tal-kworum tal-presbiter (jekk mhuwiex imexxi hu) biex jattendu s-servizz tal-magħmudija. Meta jkun xieraq, stieden lill-mexxejja tal-organizzazzjoni, lill-mexxejja taż-żgħażagħ, u l-aħwa rġiel u nisa li jimministraw (jekk assenjati). Irranġa mal-persuna li qed titgħammed biex tistiednu lil ħbieb u nies tal-familja biex jattendu s-servizz tal-magħmudija u l-konferma.
Ikkunsidra għandekx tistieden nies oħra li qed tgħallem. Dawn l-esperjenzi se jgħinuhom iħossu l-Ispirtu u jitgħallmu iktar dwar l-evanġelju. Wara s-servizz, segwi b’diskussjoni dwar l-esperjenza tagħhom u stedinhom biex jiġu mgħallma.
Servizz tal-magħmudija jista’ jinkludi:
-
Preludju bil-mużika
-
Diskors ta’ introduzzjoni mill-mexxej tas-saċerdozju li qed imexxi s-servizz (membru tal-veskovat għandu jippresedi jekk possibbli)
-
Innu u talba tal-ftuħ
-
Messaġġ qasir jew tnejn fuq suġġetti tal-evanġelju, bħall-magħmudija u għad-don tal-Ispirtu s-Santu
-
Selezzjoni mużikali
-
Il-magħmudija
-
Ħin ta’ riverenza waqt li dak li pparteċipaw fil-magħmudija jilbsu ħwejjeġ nixfin. (Innijiet jew għanjiet tal-Primarja jistgħu jindaqqu jew jitkantaw matul dan il-ħin. Jew il-missjunarji jistgħu jagħtu preżentazzjoni qasira mill-evanġelju.)
-
L-għoti ta’ testimonjanza minn membri ġodda, jekk ikun mixtieq.
-
Innu u talba tal-għeluq
-
Mużika tal-għeluq
Jekk tiskeda magħmudija għal nhar ta’ Ħadd, agħżel ħin li kemm jista’ ma jikkonfliġġix mal-laqgħat regolari tal-Ħadd.
Konferma
Persuna tirċievi l-ordinanza tal-konferma wara li hi tgħammdet (ara Duttrina u Patti 20:41). Ikkonvertit ġdid huwa meqjus membru tal-Knisja wara li l-ordinanzi tal-magħmudija u l-konferma huma t-tnejn magħmula u rreġistrati kif xieraq.
Il-konfermi huma taħt id-direzzjoni tal-isqof. Madanakollu, huwa ma jikkonduċix intervista separata għall-konferma.
Aħdem mill-qrib mal-isqof u mal-mexxej tal-missjoni tal-qasam (jekk dan huwa msejjaħ) biex taċċerta ruħek li l-ikkonvertiti ġodda huma kkonfermati. Il-konferma għandha ssir kemm jista’ jkun wara l-magħmudija, preferbbilment il-Ħadd ta’ wara. Madanakollu, l-isqof jista’ jippermetti l-konferma li sseħħ waqt is-servizz tal-magħmudija bħala eċċezzjoni (ara il-Manwal Ġenerali, 18.8).
L-ikkonvertiti huma tipikament ikkonfermati f’laqgħa tas-sagrament fil-qasam fejn il-persuna tgħix. Tipikament, l-isqof jirċievi presbiteri missjunarji li qed iservu fil-qasam biex jipparteċipaw fil-konferma. Jekk ikun missjunarju li jwettaq il-konferma, huwa għandu bżonn ukoll ta’ approvazzjoni mill-president tal-missjoni (ara Manwal Ġenerali, 18.8.1). Mill-inqas membru wieħed mill-veskovat jippartteċipa.
Imla l-Formula tal-Magħmudija u l-Konferma
Huwa importanti ħafna li reġistrazzjoni tas-sħubija tinħoloq minnufih wara li persuna hija mgħammda u kkonfermata. Rigward dawn it-tali reġistrazzjonijiet fi żmienu, Moroni kiteb lill-membri ġodda “kienu mgħadda mal-poplu tal-knisja ta’ Kristu; u isimhom kien miżmum, ħalli jkunu mfakkrin u mgħajxin bil-kelma t-tajba t’Alla, sabiex jibqgħu fit-triq it-tajba” (Moroni 6:4).
Hekk kif tgħallem lil xi ħadd li qed jitħejja biex jitgħammed, ibda billi timla formula tal-Magħmudija u Konferma fl-app Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi. Spjega li din il-formula se tintuża biex jinħoloq reġistrazzjoni ta’ sħubija. Din ir-reġistrazzjoni tikkontjeni informazzjoni importanti dwar l-ordinanzi li tirċievi l-persuna. Meta l-membri tal-Knisja jmorru jgħixu x’imkien ieħor, ir-reġistrazzjoni ta’ sħubija tagħhom tintbagħat il-qasam ill-ġdid ħalli l-mexxejja u l-membri tal-lokal ikunu jistgħu jissapportjawhom.
Malli l-membru ġdid jitgħammed u jiġi kkonfermat, aġġorna l-formola bl-informazzjoni dwar kull ordinanza, inkluż min ikun wettaqha. Meta timla l-formula, irrekordja l-informazzjoni fuq l-app Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi u ssottomettiha lill-iskrivan tal-qasam b’mod elettroniku. Malli l-iskrivan jirċievi l-formula, huwa jirrevedia u joħloq reġistrazzjoni ta’ sħubija.
Wara r-reġistrazzjoni ta’ sħubija tkun maħluqa, skrivan jipprepara Ċerifikat tal-Magħmudija u l-Konferma. Iċ-ċertiifkat huwa ffirmat minn isqof u jingħata lill-persuna.
L-isem u s-sess fuq ir-reġistrazzjoni u ċ-ċertifikat għandu jaqbel maċ-ċertifikat tat-twelid, mar-reġistru ċivili tat-twelid, jew mal-isem legali kurrenti tal-persuna.
Wara l-Magħmudija u l-Konferma
Kompli Imministra
Kompli segwi bi ħbiberija u sapport lill-membri l-ġodda wara li huma jiġu mgħammdin u kkonfermati. Għinhom biex jattendu l-knisja u jiżviluppaw ħbiberiji mal-membri. Aqra l-Ktieb ta’ Mormon magħhom, u għinhom jaqsmu l-evanġelju mal-membri tal-familja u l-ħbieb. Introduċihom mal-ktejjeb It-Triq tal-Patt Tiegħi. Kompli uża l-app Ippriedka l-Evanġelju Tiegħi biex tirreġistra l-progress, fosthom l-attendenza tagħhom għal-laqgħa tas-sagrament u lezzjonijiet li rċevew.
Wara l-konferma, għallem il-lezzjonijiet missjunarji mill-ġdid. Int tmexxi t-tagħlim. Madanakollu, ikkoordina mal-mexxejja tal-qasam sabiex il-missjuanrji tal-qasam jew membri oħra jipparteċipaw. Int u tgħallem, ħeġġeġ lill-membri ġodda sabiex iżommu l-impenji kollha fil-lezzjonijiet.
F’lezzjonijiet ta’ koordinament ta’ kull ġimgħa, ħu paprir kif il-membri jistgħu jissapportjaw ikkonvertiti ġodda u jgħinuhom jibqgħu attivi u parteċipanti fil-Knisja. Ippjana min se jintroduċihom għall-mexxejja tal-kworum jew tal-organizzazzjonijiet. Ikkordina l-parteċipazzjoni tal-membri l-oħra inti u tgħallem il-lezzjonijiet tiegħek mill-ġdid. Itlob biex ikollok aħwa li jimministraw assenjati (jew sisters li jimministraw għan-nisa).
Wara li raġel jiġi kkonfermat, huwa eleġibbli biex jirċievi s-Saċerdozju ta’ Aron jekk huwa se jkun għandu mill-inqas 12-il sena sal-aħħar tas-sena. L-ordinazzjonijiet tas-Saċerdozju ta’ Aron huma taħt d-direzzjoni tal-isqof (ara l-Manwal Ġenerali., 38.2.9.1).
Skont kif xieraq, ikkomunika matul il-bqija ta’ ħajtek kollha ma’ dawk li tkun għallimt. Issapportjahom biex jirċievu l-barkiet kollha tal-evanġelju ta’ Ġesù Kristu.
“Meta mmorru quddiemu b’qalb niedma u spirtu sogħbien, aħna nistgħu nsibu lil Ġesù Kristu bħala l-vuċi tagħna, li jifhimna u jgħannaqna permezz tad-dirgħajn siguri tiegħu. L-ordinanzi sagri joffrulna l-appartenenza tal-patt u ‘l-qawwa tad-divinità’ biex iqaddsu l-intenzjoni u l-għemil tagħna [Duttrina u Patti 84:20]. Bit-tjubija kollha mħabba Tiegħu u t-tbatija twila Tiegħu, il-Knisja Tiegħu ssir id-Dverna tagħna” (Gerrit W. Gong, “Kamra fid-Dverna,” Liahona, Mejju 2021, 27).
Għin Membri Ġodda Jipparteċipaw fil-Barkiet tat-Tempju
Membri ġodda ta’ età xierqa jistgħu jirċievu rakkomadazzjoni tat-tempju li jippermettilhom ikunu mgħammdin għall-membri tal-familja mejtin tagħhom (ara l-Manwal Ġenerali, 26.4.2). Huma jirċievu din ir-rakkomandazzjoni mill-isqof. Inkoraġġixxi u għin lill-membri ġodda biex jiksbu rakkomandazzjoni kemm jista’ jkun malajr. Jekk hemm tempju fil-qrib, ikkonsidra li testendi stedina għal ħin speċifiku għall-membri ġodda biex iwettqu magħmudijiet għal antenati mejtin.
Fil-laqgħat ta’ koordinazzjoni ta’ kull ġimgħa, ippjana min se jintroduċi lill-mexxej tat-tempju u l-istorja tal-familja tal-qasam. Dan il-mexxej jista’ jgħinhom jitħejjew biex jirċievu l-barkiet tat-tempju billi jagħmlu l-patti tat-tempju tagħhom stess.
Ideat għal Studju u Applikazzjoni
studju personali
-
Agħmel lista ta’ sfidi li kandidat tal-magħmudija jista’ jiltaqa’ magħhom. Għalfejn huwa importanti li persuna jħoss l-imħabba u l-ħbiberija tal-membri tal-Knisja?
-
Studja Moroni 6 u Duttrina u Patti 20:68–69. X’tista’ titgħallem minn dawn il-versi dwar kif tgħin lin-nies li qed jitħejjew għall-magħmudija u l-konferma? Ikteb dak li titgħallem. Aqsam ħsibijietek mal-kumpann tiegħek matul il-ħin tal-istudju mal-kumpann.
Kumpann tal-istudju u Skambju ta’ Kumpann
-
Il-President Henry B. Eyring spjega għala l-istandards tal-evanġelju huma importanti. Iddiskuti l-parir li ġej. Kif tsta’ tħeġġeġ lin-nies jixtiequ li jilħqu dawn l-istandards.
“Il-Mulej fassal l-istandards Tiegħu sabiex Hu jkun jista’ jberikna. Aħsbu f’dawk il-barkiet: Hu jwiegħed lil dawk li jilħqu l-istandards l-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu. Huwa jwiegħed paċi personali. Hu jwiegħed l-opporunità li nirċievu l-ordinanzi qaddisa f’daru. U hu jwiegħed lil dawk li jfittxu li jgħixu l-istandards tiegħu li huma se jgħixu ħajja eterna. …
“Peress li aħna nħobbu lin-nies li aħna nservu, aħna lkoll irridu mmorru aħjar fil-mod kif nelevaw ulied il-Missier fis-Smewwiet sal-qofol tal-fidi u s-safa li jeħtieġu biex ikollhom il-barkiet kollha tal-Mulej. …
“… Tibdew billi tfittxu li żżommu l-istandards tal-Mulej b’mod ċar u bla ebda apoloġija. U iktar ma d-dinja titbiegħed minnhom u twaqqagħhom għaċ-ċajt, iktar jeħtieġ li aħna nkunu qalbiena biex nagmlu hekk” (“Standards ta’ Denjità,” L-Ewwel Laqgħa Globali ta’ Taħriġ, Jan. 2003, 10–11).
-
Irrevedi l-mistoqsijiet tal-intervista tal-magħmudija. Ikkunsidra kif kieku tmexxi sitwazzjonijiet bħal dawn li ġejjin:
-
Il-persuna ma qaltlekx li hi qiegħda fuq perjodu ta’ prova għal reat.
-
Il-persuna għadha ma rċevitx risposta għat-talba li Joseph Smith kien profeta.
-
Il-persuna pejpet sigarett jumejn ilu.
-
Il-persuna mhix ċerta li hi rċeviet tweġiba għat-talb tagħha.
-
Il-familja ħasset pressjoni mingħand il-ħbieb u l-membri mhumiex ċerti li huma lesti għall-magħmudija.
-
-
Irrevedi l-formola tal-Magħmudija u l-Konferma. Għalxiex l-informazzjoni li tipprovdi inti għandha tkun korretta u kompluta?
Kunsill tad-Distrett, Konferenzi taż-Żona, u Kunsill tat-Tmexxija tal-Missjoni
-
Irrevedi l-importanza tal-intervista tal-magħmudija. Iddiskuti kif il-missjunarji jistgħu jgħinu lin-nies jippreparaw għall-intervista.
-
Iddiskuti kif se tuża s-servizzi tal-magħmudija u l-konfermi biex issib opportunitajiet.
Mexxejja tal-Missjoni u Konsulenti tal-Missjoni
-
Aħdem mal-mexxejja tas-saċerdozju lokali u tal-organizazzjoni biex tkun ċert li qed jużaw ir-rapport tal-Progress fit-Triq tal-Patt fir-Riżorsi effettivament.
-
Għallem lill-mexxejja tad-distrett, lill-mexxejja taż-żoni, u lill-mexxejja tat-taħriġ tal-aħwa nisa, kif se jippreparaw lin-nies għall-intervisti tal-magħmudija. Stedinhom biex iħarrġu lill-missjunarji oħrajn sabiex jippreparaw lin-nies għal din l-intervista.
-
Għallem lill-mexxejja tad-distrett u taż-żona kif se jmexxu l-intervisti tal-magħmudija.
-
Għallem kif se jirrispondu fl-intervista tal-magħmudija meta persuna tiżvela li hi kkommettiet dnub serju.
-
Meta possibbli, attendi servizzi tal-magħmudija tal-membri l-ġodda. Tkellem mal-membri l-ġodda u tgħallem dwar l-esperjenzi tal-konverżjoni tagħhom. Aqsam mal-kumpann tiegħek u mal-missjunarji dak li titgħallem.