Kif Nista’ Nkompli Nitgħallem fil-Knisja?
Li titgħallem u tgħix l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu hi xi ħaġa għal tul ħajtek. M’hemmx għalfejn tħossok li trid tkun taf kollox dwar l-evanġelju qabel inti titgħammed jew saħansitra wara li titgħammed. L-għarfien u d-dehen tiegħek tal-evanġelju jikber maż-żmien u b’daqsxejn ta’ sforz hekk kif inti tafda fis-Salvatur, tindem minn dnubietek, u tagħmel li tista’ biex tkompli titgħallem u sservi. Il-membri tal-Knisja jkomplu kontinwament jitgħallmu u jservu flimkien.
Inti titgħallem aktar dwar l-evanġelju u r-rieda ta’ Alla għalik meta tqimu permezz tat-talb, permezz tal-istudju tal-evanġelju, u meta tosserva jum il-Mulej.
L-Istudju tal-Evanġelju Personali u mal-Familja
Inti mħeġġeġ tistudja l-iskrittura kuljum, kemm waħdek kif ukoll mal-familja tiegħek. It-talb u l-istudju tal-iskrittura ta’ kuljum iressquk aktar viċin Alla u jsaħħu t- testimonjanza tiegħek. Testimonjanza hi xhieda spiritwali mogħtija li xi individwu permezz tal-Ispirtu s-Santu. It-talb u l-qari tal-iskrittura jistiednu l-Ispirtu s-Santu f’ħajtek. Il-gwida mill-Ispirtu s-Santu hi importanti fit-tagħlim tiegħek fil-Knisja, għaliex “bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu inti tista’ tkun taf il-verità ta’ kull ħaġa” (Moroni 10:5). It-talb u l-istudju tal-iskrittura jgħinuk tikseb aktar għarfien dwar l-evanġelju permezz tar- rivelazzjoni personali, jew komunikazzjoni minn Alla, li tasal permezz tal-Ispirtu s-Santu.
Il-Knisja tassistik fit-tagħlim tal-evanġelju billi tipprovdi riżorsi onlajn bħall-iskrittura, messaġġi mingħand profeti ħajjin, u materjal edifikanti ieħor (ara ChurchofJesusChrist.org għal aktar riżorsi ta’ studju). Inti tista’ tixtri wkoll kopji fiżiċi u rħas tal-iskrittura, tar-rivisti tal-Knisja, u ta’ riżorsi oħra tal-Knisja.
Filwaqt li l-Knisja tipprovdi bosta opportunitajiet biex titgħallem l-evanġelju, id-dar hi l-aktar post importanti għat-tagħlim tal-evanġelju. Il-membri tal-familja għandhom responsabbiltà li jsaħħu u jissapportjaw lil xulxin spiritwalment. L-Ispirtu s-Santu jista’ jgħinek tkun taf kif tista’ sservi lill-familja tiegħek. Il-ġenituri għandhom dmir sagru li jrabbu lil uliedhom fl-imħabba u s-sewwa. Huma għandhom “jgħallmu lil uliedhom iħobbu u jaqdu lil xulxin, josservaw il-kmandamenti ta’ Alla u jkunu ċittadini li jobdu l-liġijiet ta’ fejn huma jgħixu” (“Il-Familja: Proklamazzjoni lid-Dinja,” Ensign jew Liahona, Nov. 2010, 129).
Lejla d-Dar
Il-Knisja tħeġġeġ lill-familji biex jiddedikaw lejla fil-ġimgħa għal lejla mal-familja. Din insejħulha lejla d-dar. Il-lejla d-dar tagħti ċans lill-membri tal-familja biex jitgħallmu l-evanġelju u jgawdu ċerti attivitajiet edifikanti flimkien. Hu ħin ukoll biex intom titolbu, tkantaw kanzunetti, taqraw l-iskrittura, u tiddiskutu suġġetti relatati mal-bżonnijiet tal-familja tiegħek. Għal riżorsi biex jgħinu lilek u l-familja tiegħek tħejju l-lejliet d-dar tagħkom, żur ChurchofJesusChrist.org/topics/family-home-evening.
Ħafna kongregazzjonijiet joffru wkoll attivitajiet għal-lejla d-dar għall-adulti single li m’għandhomx familja qribhom.