Oqsma ta’ Servizz fil-Knisja
Il-Knisja hi organizzata biex tgħin sabiex jintleħqu l-bżonnijiet u l-interessi speċifiċi tal-irġiel, tan-nisa, taż-żgħażagħ, u tat-tfal. L-adulti kollha huma membri jew tal- kwora tas-saċerdozju (gruppi ta’ rġiel) jew tas- Soċjetà tal-Għajnuna (l-organizzazzjoni għan-nisa). Il-kwora tas-saċerdozju u s-Soċjetà tal-Għajnuna jiltaqgħu regolarment, inkluż il-Ħadd, biex jistudjaw l-evanġelju, iħeġġu lil xulxin, u jippjanaw modi kif iservu u jgħinu lil ħaddieħor. Inti taf tirċievi sejħa biex tmexxi, tgħallem, tgħin bil-mużika, jew tipprovdi servizz f’kworum tas-saċerdozju jew fis-Soċjetà tal-Għajnuna.
Responsabbiltà ewlenija tal-Knisja hi li tassisti lill-ġenituri fit-tagħlim u r-responsabbiltà tat-tfal u ż-żgħażagħ tal-Knisja. Inti taf tirċievi sejħa biex tgħin fit-tagħlim jew fl-organizzazzjoni tal-attivitajiet għal tfal li għandhom sa 11-il sena fl-organizzazzjoni tal- Primarja, jew minn 11 sa 18-il sena fil-kwora tas- Saċerdozju ta’ Aron jew fl-organizzazzjoni tat- Tfajliet. Iż-żgħażagħ jew it-tfal jistgħu wkoll jirċievu sejħiet jew assenjazzjonijiet għal żmien qasir biex imexxu, jitkellmu, jgħallmu, jew iservu. Barra minn hekk, l-Iskola tal-Ħadd torganizza l-klassijiet tal-istudju tal-evanġelju għaż-żgħażagħ u l-adulti kollha, u inti taf tissejjaħ biex tgħin fit-tagħlim jew fl-organizzazjoni ta’ dawn il-klassijiet.
L-organizzazzjonijiet tas-Soċjetà tal-Għajnuna, tal-Primarja, tat-Tfajliet, u tal-Iskola tal-Ħadd jaħdmu mal-kwora tas-saċerdozju biex iwettqu l-ħidma tal-Knisja.