Fuljetti għat-Tagħlim
Lista ta’ Termini


Lista ta’ Termini

Barka tas-saċerdozju:Barka li fiha wieħed li jħaddan s-Saċerdozju ta’ Melkisedek ipoġġi idejh bil-ħlewwa fuq ras persuna u jgħid talba speċjali. Dawn il-barkiet jingħataw permezz tal-qawwa tas-saċerdozju biex jipprovdu parir, faraġ, jew fejqan.

Eżonerar:Li tħoll lil xi ħadd mill-assenjazzjoni, mir-responsabbiltajiet, u mid-dmirijiet ta’ xi sejħa, fejn tagħtih ċans li jservi f’xi kapaċitajiet oħrajn.

Issostni:Li tissapportja lil oħrajn fis-sejħiet tagħhom. Il-membri juru li huma se jsostnu lil ħaddieħor fis-sejħiet tagħhom billi jgħollu idhom il-leminija meta jintalbu jagħmlu dan f’laqgħa tas-sagrament.

Kollegi:Tìm ta’ tnejn min-nies (fejn possibbli) li regolarment jaħdmu flimkien biex iwettqu ħidma tal-ministeru.

Kworum:Grupp organizzat ta’ rġiel u ġuvintur li għandhom l-istess uffiċċju, jew dmirijiet, fis-saċerdozju.

Lejla d-dar:Lejla waħda fil-ġimgħa riservata għall-membri tal-familja biex flimkien jitgħallmu l-evanġelju u jgawdu ċerti attivitajiet edifikanti.

Ministeru:Programm li jgħin jiżgura li kull membru fil-knisja hemm min jieħu ħsiebu. Dawk li jħaddnu s-saċerdozju bħala aħwa li jimministraw lill-individwi u lill-familji. L-aħwa tas-Soċjetà tal-Għajnuna jservu bħala aħwa nisa li jimministraw lil nisa oħra. L-aħwa rġiel u nisa tal-ministeru jservu flimkien mal-kollegi tagħhom u permezz tal-ministeru jilħqu lil dawk li huma assenjati lilhom skont il-ħtieġa.

Ordinanza tas-saċerdozju:Att sagru u reliġjuż imwettaq bl-awtorità tas-saċerdozju. Eżempji jinkludu l-magħmudija, l-għotja tad-don tal-Ispirtu s-Santu (il-konferma), u s-sagrament. L-ordinanzi huma mezz kif nistgħu nagħmlu ċerti patti ma’ Alla.

Organizzazzjonijiet tal-Knisja:L-organizzazzjonijiet fil-Knisja li jissapportjaw is-Saċerdozju ta’ Melkisedek u ta’ Aron u jgħinu jimministraw u jgħallmu lill-membri tal-Knisja. L-organizzazzjonijiet huma s-Soċjetà tal-Għajnuna, it-Tfajliet, il-Primarja, u l-Iskola tal-Ħadd.

Organizzazzjoni tat-Tfajliet:L-organizzazzjoni tal-Knisja għal bniet ta’ bejn il-11 u t-18-il sena.

Primarja:L-organizzazzjoni tal-Knisja għal tfal minn 18-il xahar sal-bidu tas-sena li fiha jkunu se jagħlqu 12-il sena.

Rivelazzjoni personali:Komunikazzjoni personali minn Alla lil xi individwu rigward il-ħajja jew is-sejħa individwali ta’ dan l-individwu.

Saċerdozju ta’ AronIs-saċerdozju anqas jew preparatorju. Imsemmi għal Aron fit-Testment il-Qadim. Aron kien ħu Mosè u ġie maħtur mill-Mulej biex jitkellem għalih.

Saċerdozju ta’ Melkisedek:L-ogħla jew l-akbar saċerdozju. Huwa msemmi għal Melkisedek fit-Testment il-Qadim, li kien qassis il-kbir jew sultan ġust.

Sagrament:Ordinanza li tfakkar lill-membri tal-Knisja fl-Espjazzjoni ta’ Ġesù Kristu. Meta nieħdu sehem fis-sagrament, aħna nġeddu l-patti li għamilna ma’ Alla. Il-ħobż u l-ilma jitbierku u jingħataw lill-kongregazzjoni. Il-ħobż jirrappreżenta l-ġisem ta’ Ġesù Kristu, u l-ilma jirrappreżenta d-demm Tiegħu. Din l-ordinanza sseħħ kull ġimgħa f’servizz ta’ qima li jissejjaħ il-laqgħa tas-sagrament.

Sejħa:Assenjazzjoni jew responsabbiltà formali li tgħinek isservi fil-Knisja.

Skola tal-Ħadd:Organizzazzjoni tal-Knisja għal membri żgħażagħ u adulti fejn huma jiġu mgħallmin l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu.

Soċjetà tal-Għajnuna:L-organizzazzjoni tal-Knisja għal nisa minn 18-il sena ’l fuq.

Testimonjanza:Xhieda spiritwali mogħtija li xi individwu permezz tal-Ispirtu s-Santu.

Tiddistingwi:Tagħti lil xi ħadd barka li tagħtih l-awtorità minn Alla li jaġixxi f’sejħa u jirċievi l-ispirazzjoni marbuta magħha.

Ħidma missjunarja:Li taqsam l-evanġelju ma’ ħaddieħor, tgħinhom jibnu l-fidi f’Ġesù Kristu u fl-Espjazzjoni tiegħu, u tistedinhom biex jesperjenzaw il-barkiet tal-evanġelju għalihom infushom.